|
ATT TA' FIDI FL-EWKARISTIJA
Mulej Ġesú, jiena nemmen li inti tinsab tassew fis-Santissmu Sagrament tal-Artal. Inti taf li bħalissa mhux possibli għalija li niġi ninvistak sagramentalment. Imma nemmen li inti qiegħed miegħi spiritwalment. Agħtini l-Ispirtu qaddis tiegħek biex it-talb, il-qima, it-tifħir u l-adorazzjoni tiegħi jkunu jistgħu jitilgħu bħal inċens ifuħ quddiem it-tron tal-Missier. Amen
|