|
Siltiet mid-Domine Deus (Sinjur Alla) tal-Beatu Ġorġ Preca Sinjur Alla – Inti hawn u jiena fik bħal ħuta fl-ilma safi. Fik ngħix, fik niċċaqlaq, fik nistrieħ u mill-ħarsa tiegħek b’ebda mod ma nista’ ninħeba. Sinjur Alla – Kemm ħabbejtna meta ħlaqtna fuq ix-xbieha tiegħek u kemm unurajtna! U xi skola tajtna biex nagħrfuk! Sinjur Alla – Inti ħlaqtna għalik u kwiet u paċi ma sibux ħlief fik. Sinjur Alla _ Inti Alla qawwi li tissaporti l-azzjonijiet ħżiena li nagħmlulek aħna bnedmin! Sinjur Alla – Meta naħseb fuq il-Ġustizzja tiegħek nitriegħed, iżda meta naħseb fuq il-Ħniena tiegħek nithenna. Sinjur Alla – Tiegħek hija l-art u kull ma fiha; f’idejk il-ħajja u –mewt, inti Sid ta’ kulħadd u ta’ kollox. Sinjur Alla – F’kollox u għal kollox għandi bżonnk u mingħajrek xejn ma niswa, xejn ma niflaħ, u xejn ma nista’. Int ħajja ta’ ruħna u ta’ ġisimna. Sinjur Alla – Jiena ibnek u inti Missieri. B’dan il-ħsieb jiena ntaffi l-biża tal-qalb tiegħi, għax f’kollox nilmaħ is-serjetŕ tal-Manijifiċenza tremendissma tiegħek. Sinjur Alla – Kemm jiena obbligat lejk! Nixtieq nirringrazzjak kif jistħoqqlok. Sinjur Alla – Nitolbok tberikni, li tindukrani u li ssalvani. Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla. |