RUĦ TA’ KRISTU

 

Ruħ ta' Kristu qaddisni

Ġisem ta' Kristu salvani

Demm ta' Kristu ferraħni

Ilma tal-Kustat ta' Kristu aħsilni

Passjoni ta' Kristu sabbarni

O Ġesú ħanin ismagħni

Fil-pjagi tiegħek aħbini

Tħallinix ninfired minnek

Mill-għadu ħażin ħarisni

Fis-siegħa ta' mewti sejjaħli

Ġewwa ħdanek ilqagħni

Biex ma' l-angli u l-qaddisin tiegħek

infaħħrek u nroddlok ħajr għal dejjem.