LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Kappella Ewkaristika

Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

F’PAĠNI OĦRA


San Padre Pio tal-Pjagi

Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

Il-Madonna tal-Għar

 

Ir-Rużarju: Katina ta’ tama f’dinja ta’ taqtigħ il-qalb...

"EJJEW NERĠGĦU NISKOPRU L-QAWWA TAR-RUŻARJU"

Ħadd, 1 Ottubru 2006: Qed nibdew x-xahar ta’ Ottubru biċ-ċebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Rużarju.  Fit-30 ta’ Settembru ta’ ħames snin ilu, il-Papa Ġwanni Pawlu II, wara li temm il-quddiesa li biha fetaħ is-Sinodu tal-Isqfijiet, ħeġġeġ lil dawk preżenti biex regolarment jitolbu r-Rużarju.  Dawn huwa xi siltiet qosra mid-diskors tiegħu...

Ir-Rużarju huwa triq li biha nikkontemplaw il-wiċċ ta’ Kristu u nħarsu lejn Kristu bl-għajnejn ta’ Marija.

Huwa talba li fil-qalba tagħha hemm hemm l-Evanġelju u għalhekk huwa f’sintonija ma’ l-ispirazzjoni tal-Konċilju Vatikan II.

Fid-dawl tan-nuqqas kbir ta’ paċi fost il-popli, ir-Rużarju huwa dik il-forma ta’ talba l-aktar meħtieġa biex tinbena l-paċi, għaliex titlob għall-grazja ta’ Alla u tiżra’ f’min qed jitlob iż-żerriegħa tat-tajjeb, li minnha jikber il-frott tal-ġustizzja u s-soloidarjetà.

Kemm joħroġ ġid għall-familji, jekk dawn jibdew jitolbu regolarment ir-Rużarju!

Nistedinkom biex matul dan x-xahar tagħtu attenzjoni speċjali għat-talba tar-Rużarju, talba kbira ta’ interċessjoni lil Marija.

Ara l-paġna dwar ir-Rużarju u itlob din it-talba mas-Sorijet tal- Klawsura >>

ALLA MHU MONOPOLJU TA’ ĦADD

IL-26 ĦADD MATUL IS-SENA

-1 Ottubru 2006 -

F’dak iż-żmien: Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi."
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

LAQGĦAT TA’ TALB 

Mill-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa

 

Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Kappella ta’ Santa Marija

fis-7.00 pm

"Duqu ħa taraw kemm hu tajjeb il-Mulej."

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5