|
KATEKEŻI ADULTA MA’ L-ADULTI

Tarxien, 2
Ottubru 2006:
Minn għada ser jerġgħu jibdew f’Dar Nażaret, il-laqgħat ta’ Katekeżi
Adulta ma’ l-Adulti. Dawn il-laqgħat li l-bażi tagħhom tkun l-Evanġelju
tal-Ħadd ta’ wara jsiru kull nhar ta’ Tlieta bejn is-7.00 u 8.15 ta’
filgħaxija.
Fi
żmienna l-Knisja tirrikkmanda li għandha ssir katekeżi fuq il-mudell
tal-katekumenat l-antik, anki ma’ dawk l-imgħammdin li twieldu f’pajjiż
nisrani jew f’ambjent soċjoloġikament nisrani, iżda bħala adulti qatt ma
ġew edukati fil-fidi tagħhom u, bħala adulti, għadhom fil-fatt
katekumeni. Hawnhekk ninsabu sewwa sew fis-sitwazzjoni tagħna.

Il-katekeżi tmexxina pass pass biex minn “soċjoloġikament” Insara nsiru
dixxipli adulti ta’ Ġesù u ngħixu fil-prattika l-ħajja l-ġdida li qed
joffrilna. Il-ħajja l-ġdida ta’ adulti fi Kristu ma tiġix minn drawwiet,
tradizzjonijiet u riti, iżda mit-tiġdid u l-konverżjoni tal-qalb.
Għal
aktar dettalji tista ċċempel l-Uffiċċju Parrokjali fuq 21828153 inkella
tiktbilna fuq email
jf@interteklabs.com.
Kappella Ewkaristika
online u Rużarju mas-Sorijiet
Għal dawk li ma
jkunux jistgħu jmorru f’xi knisja jew kappella biex jitolbu ir-Rużarju
quddiem Ġesù fl-Ewkaristija, qegħdin noffru l-faċilità tar-Rużarju
flimkien mas-Sorijiet tal-Klawsura. Għandna wkoll trasmissjoni diretta
minn kappella fejn hemm espost Ġesù Sagramentat għal erbgħa u għoxrin
siegħa kuljum.
Infakkru li dawn
il-faċilitajiet permezz ta’ l-internet qatt ma jistgħu jieħdu post
il-preżenza fiżika tagħna fil-knisja jew flimkien mal-komunità, iżda
f’mumenti meta wieħed ma jkunx jista’ joħroġ mid-dar, dawn jistgħu ikun
ta’ għajnuna biex nidħol fil-preżenza ta’ Alla u hemm naduraw u nagħtuh
qima.
Għar-Rużarju ikklikkja hawn >>
Għall-Kappella Ewkaristika ikklikkja hawn >> |