|
Il-Mulej kien qal lil Santa Fawstina: “Inti għandek tgħid din
it-talba fuq il-kuruna tar-Rużarju b’dan il-mod.”
Tibda bir-Radd tas-Salib.
+
Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Amen.
Tgħid darba l-Missierna.
Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi
saltnatek, ikun li trid Int, kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma
naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna minn kull deni. Amen.
Tgħid darba s-Sliema.
Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek.
Imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu`.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen.
Tgħid darba
l-Kredu ta’ l-Appostli
Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema
u l-art; u f’Ġesu` Kristu, Ibnu wieħed Sidna, li kien konċeput
mil-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq
ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu,
mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet,
qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox;
minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u
mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; il-Knisja Mqaddsa
Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet;
il-qawma ta’ l-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem. Amen.
Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna għandek tgħid dawn il-kelmiet:
Missier Etern,
jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’
Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet
tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.
Fuq iż-żibeġ ta’ l-Ave Maria għandek tgħid dawn il-kelmiet:
F’ġieħ
il-Passjoni ħarxa Tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha.
(Għal għaxar darbiet).
Imbagħad, wara
l-ħames posta tgħid għal tliet darbiet:
Qaddis Alla,
Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, ħenn għalina u għad-dinja
kollha. Amen.
Fl-aħħar tgħid it-Talba lil Ġesù Ħanin.
“O Ġesu` ħanin, aħna nemmnu Fik u nafdaw Fik. Għinna għaliex
aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu
lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna
fiduċja fil-kobor bla qies ta’ Mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu
niġġieldu kontra l-ħażen li hemm fina u fid-dinja kollha
għall-glorja Tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.” Amen.
It-talba ta’ l-għeluq hija meħuda mill-ktieb “Il-Messaġġ ta’
l-Imħabba Ħanina”.
|