Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’ Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.
 

 

 

 

Ġesù, Jiena Nafda Fik.

 

 

 

 

 

 

STAMPA L-LITANIJA

 

Mulej Ħniena Mulej Ħniena
Kristu Ħniena Kristu Ħniena
Mulej Ħniena Mulej Ħniena
Kristu Ismagħna Kristu Ismagħna
Kristu ilqa’ t-talb taghna Kristu ilqa’ t-talb tagħna
Missier Etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja Ħenn għalina
Spirtu Qaddis Alla Ħenn għalina
Trinita` Qaddisa Alla wieħed Ħenn għalina


Ħniena Divina, li ħriġt minn ħdan il-Missier.  Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, l-akbar attribut ta’ Alla, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, misteru li ħadd ma jista’ jifhmu, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, għajn li ħarġet mill-misteru tat-Trinita` Qaddisa, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Qaddisa, li ebda moħħ tal-bnedmin jew ta’ l-anġli ma jista’ jifhmek, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li minnha tiġi kull ħajja u hena, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, aqwa mis-smewwiet, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, għajn ta’ mirakli u għeġubijiet, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tħaddan il-ħolqien kollu, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li nżilt fl-art fil-Persuna tal-Verb Inkarnat, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, miġbura għalina fil-Qalb ta’ Ġesu`, b’mod speċjali għall-midinbin, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, fit-twaqqif ta’ l-Ewkaristija, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, fit-twaqqif tal-Knisja Mqaddsa, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, fis-Sagrament tal-Magħmudija, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, fil-ġustifikazzjoni tagħna permezz ta’ Ġesu Kristu, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li sseħibna tul ħajjitna kollha, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tħaddanna speċjalment fis-siegħa ta’ mewtna, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tagħtina l-ħajja li ma tintemmx, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tkun magħna f’kull ħin ta’ ħajjitna, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tħarisna min-nar ta’ l-Infern Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tidher fil-konverżjoni tal-midinbin l-iktar ostinati, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li l-anġli jistgħaġbu biha, u l-Qaddisin ma jistgħux jifhmuha, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li ħadd ma jista’ jifhmek fil-misteri kollha ta’ Alla, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li terfagħna mill-miżerja tagħna, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, għajn ta’ l-hena u l-ferħ tagħna, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li mix-xejn ġibitna fl-eżistensa, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tħaddan l-għemejjel kollha ta’ jdejn Alla, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li tinkuruna x-xogħol kollu tiegħu, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, li fiha aħna lkoll ninsabu, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, serħan ħelu għall-qlub imnikkta, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, tama waħdanija ta’ l-erwieħ b’jieshom maqtugħ, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, mistrieħ tal-qlub, paċi f’kull biża’, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, għaxqa u ferħ kbir ta’ erwieħ qaddisa, Jiena Nafda Fik.
Ħniena Divina, tama kontra kull tama, Jiena Nafda Fik.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja Aħfrilna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja Ismagħna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja Ħenn għalina.

V. Qalb ta’ Ġesu`.
R. Kebbes fina n-nar ta’ Mħabbtek

Nitolbu.
O Alla ta’ dejjem, li l-Ħniena Tiegħek hija bla tmiem, u t-teżor tal-mogħdrija Tieghek qatt ma jispiċċa, ħares bit-tjieba lejna u kattar il-Ħniena Tiegħek fina, sabiex fil-mumenti tqal tal-ħajja aħna ma naqtgħux qalbna u lanqas nibżgħu, imma b’fiduċja kbira noqogħdu għar-rieda mqaddsa Tiegħek, li hija l-istess Imħabba u Ħniena. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.