ALLA HU MĦABBA

 

Ejjew nagħrfu ’l-Missier Alla

Li hu ta’ kollox sid

Kollox qagħad għall-kelma tiegħu

B’hekk beda l-ħolqien.

 

Kienet ix-xewqa tiegħu

Li minn nofs dawk l-ilmijiet

Tgħaddi medda biex tifridhpm

Hekk inħoloq is-smewwiet.

 

Ħa jinġemgħu naħa waħda

Ta’ taħt is-sema l-ilmijiet

Ma’ kelmtu sari l-baħar

L-inxief sejħilhom artijiet.

 

Fuq l-art ried il-ħaxix jinbet

Ta’ kull għamla siġar, frott

Jagħmlu ż-żerriegħa tagħhom

Skond għamliethom jagħmlu l-frott.

 

Imnariet fis-sema firex

Biex jinfirdu l-jum mil-lejl

Iż-żminijiet tas-snin iqassmu

Il-kwiekeb biex idawlu l-lejl.

 

Ridt li jkun hawn l-annimali

Tjur jittajru fis-smewwiet

Ħut kbir biex jimla l-baħar

U b’li jitkaxkru miżgħudin.

 

Ħa tnissel l-art il-ħlejjaq

Bhejjem selvaġġi ta’ kull ġens

Bhejjem oħra fid-dar jgħixu

Ma’ l-art jitkaxkru jkun hemm.

 

Alla ried joħloq il-bniedem

Sawru mit-trab ta’ l-art

Hut ah nifsu, sar ruħ ħajja

Kien tah l-isem ta’ Adam.

 

Meta ra lil Adam waħdu

Alla qal li hekk m’hux sew

Aħjar li nagħmlu sieħba

Li għall-bniedem tgġodd tassew.

 

Alla lil Adam raqqad

F’nasgħa tqila u fil-fond

Resaq lejh, ħadlu kustilja

Mara ssawret b’dan il-mod.

 

Raġel u mara Hu sejħilhom

Ħallihom jgħixu t-tnejn flimkien

Alla berikhom u qalilhom

Nisslu, oktru tul iż-żmien.

 

Ħawwel Alla l-ġnien fil-Eden

U qiegħed lill-bniedem fih

Nibbet siġar l-għajn ipaxxu

U mimlija b’ikel bnin.

 

Alla kien qal lill-bniedem

Biex jiekol minn kull m’hemm

Ma jmiss is-siġra li kien hemm f’nofshom

Din ħajjithom żgur ittemm.

 

Meta Alla mix-xogħol waqaf

Kien wasal is-seba’ jum

Alla bierek dil-ġurnata

Għax dak li beda kien mitmum.

 

Kienu t-tnejn jgħixu kuntenti

Qrib ta’ Alla il-Missier

Ix-xitan kien għer għalihom

Beda jinseġ it-tkissir.

 

Darba waħda irnexxielu

 Jidħak b’Eva t-traditur

U din lejn żewġha resqet

Din il-frotta tgħidlu jduq.

 

Wara l-waqgħa tagħhom

Fin-nasba tax-xitan

Bdew jinħbew bejniet is-siġar

Indunaw it-tnejn bl-iżball.

 

Semgħu leħen il-Missier Alla

Isejħilhom inkurlat

U keċċihom ’il-bogħod minnu

Għaliex kliemu ma tawx kas.

 

Għalkemm Alla kien keċċihom

U kien wegħedhom il-kastig

Fl-ebda ħin ma kien twlaqgħhom

Għax imħabbtu hi bla tmiem.

 

Il-bniedem, ħajtu inbidlet

Biex jiekol, jaħdem ried

U biex twelled li uliedha

Il-mara tbati trid.

 

Alla baqa’ jwiddeb

Matul iż-żminijiet

Kien jibgħat ’il-profeti

U jinqeda bl-iċken nies.

 

Il-bniedem qalbu bbieset

Mar kontra l-Ħallieq

Ta qima ’l-allat foloz

Dak li kien tah Alla nsieh.

 

Alla hekk ħabb ’il-bniedem

Tant, li riedu għalih

Ħadem il-pjan tal-fidwa

Biex żgur ma jintilifx.

 

Tara kif Alla hu mħabba

X’għamel għalik u għalija

Wegħedna u bagħat lil għażiż Ibnu

Għax hu kien il-prezz tal fidwa.

 

Mela nfaħħru ’Missier Alla

Għax hu tajjeb u qaddis

Ngħolluh u nagħtuh glorja

Għax dan jixraq liu biss.