BIK ĦDEJJA MULEJ

 

Kull meta nħares lejn ix-xefaq

Sa fejn itini d-dawl t'għajnejja,

Mulej hemm insib lilek

Qiegħed tħares lejja.

 

Kont qiegħed f'din id-dinja,

F'nofs poplu li ma ħabbekx,

Mulej ħallini nagħrfek

Ha nħobbok għal dawk li ma ħabbewkx.

 

Mulej int biss kont li ħabbejtni

u bħalek ma ħabbni ħadd,

Għalhekk tini mħabbtek

Biex bħalek inħobb lil kulħadd.