EJJEW INĦALLUH IĠEDDIDNA

 

Alla kbir u setgħani

Ħalaq id-dinja u l-univers

Lill-bniedem ħalqu xbieha tiegħu

Tah il-ħajja b‘nifsu stess.

 

Hu lesta d-dinja tant sabiħa

Biex il-bniedem hieni jgħix

Jaħkem l-art u nislu jkattar

U tbatija ma kienx hemm.

 

Id-dinja baqgħet tiżviluppa

B’għerf il-bniedem tul is-snin

L-art frott tatu b’dan il-mod

Għax Alla bierku b’dan id-don.

 

Imma l-bniedem biddel triqtu

Qabad miexi ‘l-fejn ried

B’hekk fid-dinja spiċċat l-ordni

Li kien ħejja il-Missier.

 

Ta’ Missier Int bqajt mal-bniedem

M’hemmx mument li lilu tlaqt

Kont turih in-nuqqas tiegħu

Fl-ebda żmien ma ried jintebaħ.

 

Għax Alla hu Missier u mħabba

Ried li jwaqqaf kull ma ġġarraf

Nissel ’l-Ibnu f’ġuf Marija

Mill-kobor tiegħu sar tarbija.

 

Ġesu` kiber u beda jgħallem

Fejjaq, farraġ ’l-imnikktin

Ħajtu kienet ta’ eżempju

Għax ried iġedded il-ħolqien.

 

Ħafna kienu telqu kollox

Bdew il-mixja għal warajh

Oħrajn kliemu ħassew iebes

Ma fehmuhx u abbandunawh.

 

Dawk li telqu mtlew bir-rabja

Lil Ġesu` riedu jwarrbuh

Għaddewh minn ħafna kefrija

Ġesu miel fost it-tbatija.

 

Ġesu` kien iwettaq missjoni

Qabel għadda mill-passjoni

Bena fuq kolonni sodi

Lill-appostli tahom id-doni.

 

Fuq il-mewt ħareġ rebbieħ

Qiegħed isaltan fis-smewwiet

Imma Hu xorta qiegħed magħna

U bl-Ispirtu tiegħu jindukrana.

 

Hekk għaddew elfejn sena

Mill-miġja fostna ta’ Ġesu`

U wara daż-żmien kollu

Hawn min għadu ma għarfux.

 

Ġesu reġa beda jsejjaħ

Lin-nagħaġ li kienu mxerrdin

Biex Hu bl-ikbar imħabba

Jagħtihom posthom mal-merħliet.

 

Flimkien ejjew nisimgħu

Din is-sejħa ta’ l-imħabba

Naraw xi jrid jgħidilna

Niftħulu l-bieb ta’ qalbna.

 

Ġesu` ser jerġa’ jiġi

Ma nafux meta hu l-ħin

Jiġi fil-glorja ta’ Missieru

U miegħu jieħu t-tajbin.

 

Ġesu` qiegħed jgħidilna

Tiegħu noqogħdu qrib

Biex meta s-siegħa tasal

Miegħu lilna fis-sema jwassal.