ĠESU` EJJA, AVOLJA HEKK KIF JIEN

 

Ġesu`, qiegħda nsejjaħlek

Jien lilek biss irrid

Biex tfejjaqli ’l-qalbi

Int taf li jien marida.

 

Naf li inti tiġi

Avolja hekk kif jien

Għax int kollok imħabba

Lejn dnubiet ma tħarisx.

 

Ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien

Għax jien għaraft ħtijieti

L-għajnuna tiegħek  neħtieġ.

 

Mulej, isma l-karba tiegħi

Avolja hekk kif jien

Nixtieq li jkollna relazzjoni

Li jkollha bidu, ma jkollhiex tmiem.

 

Mulej, Int taf li jien sogħbiena

Ta’ kemm lilek qatt ma ridt

Imm’ issa ejja, Ġesu, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Int dejjem kont tistenna

Li jasal dan iż-żmien

Ngħidlek: ejja, Ġesu, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Ħu l-kontroll ta’ ħajti

Bit-tajjeb u bil-ħażin

Ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Mulej, nagħtik lil moħħi

Bid-dawl u d-dlam li fih

U ngħidlek; ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Kemm nixtieq nista’ ninħeles

Minn dal-ġisem kollu taħsir

Ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Id-dinja li ngħix fiha

Tħajjarni għall-ħażin

Ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha

Ngħajjatlek bla mistrieħ

Ngħidlek: ejja, Ġesu`, ejja

Avolja hekk kif jien.

 

Nitolbok, ġedded in-nifs tiegħi

Ruħi trid tkun dejjem miegħek

Ġesu`, ejja, ħudha Int

Avolja hekk kif jien.

 

Hekk kif jasal il-jum

Li ruħi ttir il-fuq

Ġesu` ħdejja tersaq Int

Avolja hekk kif jien.