GRAZZI MULEJ ĠESU`

 

Mulej ħallini nagħraf

Li Int tiegħi s-Sid

U jien immil quddiemek

Biex Lilek nibda nqim.

 

U għax Inti s-sid tiegħi

Int anke s-Salvatur

Jiena nsibek dejjem miegħi

F’kull sitwazzjoni li nkun.

 

Kull meta ndur fuqek

Lilek insibek lest

Qalbek u jdejk miftuħa

Biex jien nidħol għall-kenn.

 

Hekk kif inkun qrib qalbek

Minn qalbi jibda jgġib

Dak kollu li jżommni iebsa

Biex jien ma nersaqx lejk.

 

Mulej, issa li sibtek

Kemm hu aħjar li tkun tgħix fik

Kun Int li dejjem tiggwidani

Biex ma nitlifx it-triq.

 

Issa għandi qalb tal-laħam

Għandi għajnejn jistgħu jarawk

Għandi jdejn li nħossok bihom

U riġlejn jimxu warajk.