|
IL-KELMA ĦAJJA
Mulej, il-kelma tiegħek Ma titbielx u ma tmut qatt Għax din hi kelma ħajja Ilha mill-eternita.
Aħna l-friegħi ġodda Id-dielja huwa Ġesu Il=bidwi hu Missieru Li jqaċċtilhom it-taħsir.
Ix-xogħol tiegħu jagħmlu sewwa Imiss lil dawk il-magħżulin Li jikbru fl-imħabba tiegħu U jgħinu sewwa lil xulxin.
“Jekk xi fergħa li hemm miegħi Tikber bla ma tagħmel frott Fis naqtagħha minn miegħi U minni nitfagħha ‘l bogħod.”
Iżda l-friegħi it-tajba Bl-attenzjoni jindukrahom Jiżborhom u jnaddafhom Biex huma jagħmlu ħafna frott.
|