MATER DEI

 

Sliem għalik, Verġni Marija,

Għax b’kull don inti mogħnija

Int omm Alla u l-bnedmin

Għax Hu għażlek mis-smewwiet.

 

Nitolbuk biex tħares lejna

Għax aħna wliedek miġburin

Qawwi mħabbtek ġewwa fina

Biex aħna nibqgħu magħqudin.

 

Għalkemm aħna midinbin

U fi dnubietna imarrqin

Inti lesta tatina jdejk

Biex noqorbu aktar lejk.

 

U meta naslu ħdejk

Qalbna żgur li tfur bil-ferħ

Nitolbuk isma t-talb tagħna

U fil-bżonn int ieqaf magħna

 

Omm qaddisa, Omm imbierka

Omm u Verġni bla mittiefsa

Niżel fik Spirtu Qaddis

Bil-qawwa tiegħu int nissilt.