|
IL-BIDLA TAL-MEXXEJ PUBBLIKAN
Int kont miexi f’folla kbira Tiġri wrajk matul it-triq Attenta għal kull ma tagħmel Biex isiru jafu x’Int.
Kif wasalt fil-belt ta’Ġeriko Mexxej pubblikan kien hemm Dan kien wieħed raġel qsajjar Mal-ġid qalbu rabat ferm.
Meta hu ma setax jilmħek Għal fuq siġra ta s-salt U fuq l-ogħla fergħa tela’ B’hekk ikun jista’ jarak.
Waqt li kont għaddej minn taħtu It-tnejn ħaristu lejn xulxin Int sejjaħtlu, għidtlu jinżel Kellek bżonnu dak il-ħin.
Żakkew kien pront sema’ minnek Niżel mingħajr telf ta’ħin Għidtlu:illum jiena ġej għandek Hu laqgħek bl-akbar pjaċir.
In-nies li kien hemm madwarkom Bdew jgħidu dan il-kliem: Kif, lil dan Ġesu` hekk twajjeb Tarah spiss mal-midinbin?
Fetaħlek il-bieb ta’ daru Biex Int tidħol ġewwa nett Għax il-preżenza tiegħek Ferrħet lil kull min kien hemm.
Ġesu`, Int, lilu beriktu Għaliex laqgħek mingħajr kliem U mad-daħla tiegħek ġibtlu Salvazzjoni, paċi u sliem.
|