IL-MIXJA MATUL IL-GOLGOTA

 

Tul il-għolja imxejt miegħek

Mhux għax kelli interess fik

Bi skop biss li nkun mal-folla

Lanqas għax ħassejt għalik.

 

 

Imma Int daqqa t’għajn tajtni

Dik il-ħarsa ma nafx kif

Ħassejtha dieħla ġo qalbi

U nbdilt minn dak il-ħin.

 

Ippruvajt nersaq ma’ ġenbek

Biex nipprova ngħinek ftit

Imma Int bi ħlewwa kbira

Għidtli: Le ħa nġoru Jien,

 

Għax la int u ebda bniedem

Ma jiflaħ dan is-salib,

Għaliex dan jien qed inġorru,

Biex intom tidħu fis-smewwiet.