|
QUDDIEMEK NIĠI
Marija, omm ħanina, Quddiemek erġajt ġejt, Niftaħ qalbi miegħek, Fin-nilet u fil-ferħ.
Marija, omm ferrieħa Ħallini nħoss il-ferħ Kif ħass iċ-ċkejken Ibnek, X’ħin ħaddantu bejn idejk.
Marija, omm id-duluri, Inti taf niket x’inhu, Għax dan kollu sofrejtu, Meta rajt ’l-Ibnek mislub.
Hekk hi l-ħajja tiegħi, Kollha ħotob, tlugħ u nżul, Jien ma naqtax qalbi, Naf li lejk għandi ndur.
Int, għax inti ommi, U omm ħija, Ġesu, Tilqagħni u tismagħni, B’hekk imħabbtek jien induq.
Verġni, Mqaddsa Marija, Għidli kemm tħoss għalija, Tressaqni quddiem Ibnek, U titolbu jħenn għalija.
Inti li dhert fil-grotta, Biex aħna l-bnedmin, Nieqfu mit-triq li qbadna, Għax ser twassalna għat-telfien.
O twajba’ o Verġni Mqaddsa, Int kellimt lil Bernardina, Dak il-kliem li int għidtilha, Kollu kien ta’ ġid għalina.
O Verġni, omm imbierka, Nitolbuk ikollok ħniena, Fuqna ifrex il-mant tiegħek, Biex għall-kenn inkunu miegħek.
Marija, omm ta’ tjieba, Aċċettat li nkunu wliedha, Qgħadet għall-kliem ta’ Missierna, Biex teħlisna minn ilsiera.
Int il-mara li magħżula, Biex il-patt ta’ Alla jseħħ, Il-kelma tiegħu saret laħam, Mil-laħam tiegħek stess.
|