|
IR-RAGĦAJ IT-TAJJEB
Mulej, Int ir-ragħaj it-tajjeb Rgħajja bħalek ma jkunx hawn Għax tindokra sewwa l-merħla Il-ħin kollu lejl u nhar.
Meta l-merħla ddaħħal ġewwa Int toqgħod attent fil-bieb Biex tkun tista’ tara sewwa Min ġie u min ma ġiex.
U meta inti tara Li fil-għadd hemm in-neqsin Int titħasseb x’seta ġara Minn dawk in-nagħaġ ċkejknin.
Fil-waqt li Int titnikket Għal dawk il-mitlufin Tagħlaq il-bieb tal-maqjel Hemm joqogħdu mistriħin.
U Inti l-għasluġ taqbad Titlaq għal għonq it-triq Itterraq mat-toroq kollha Fil-widien u fuq l-għoljiet.
Int, Mulej, tibda ssejħiloim Għax b’isimhom lilhom taf U bħal ma tafhom Inti Żgur li ma jafhom ħadd.
Ġesu`, met’ Int issibhom Tarak nieżel kokka fl-art Ġo dirgħajk Inti terfagħhom Biex ma terġgħu tinfirdu qatt.
U bil-ferħ jidher fuq wiċċek Ferħ li ma jista’ jfissru ħadd Tmur lura lejn il-maqjel U tpoġġihom ma’ l-oħrajn.
Ġesu`, hekk tagħmel miegħi Meta nintilef jien Ma ssibx il-mistrieħ tiegħek Qabel teħlisni mit-telfien.
|