|
SENA 2000
Mulej, kemm hawn fid-dinja, Li għadhom ma għarfukx, Jixtiequ li jitgħallmu, L-għalliema ma waslux.
Aħna jeħtieġ nirsistu, Biex Lilek inressquk, Għand dawn il-bnedmin kollha, Li għadhom ma jafukx.
Ejjew infittxu nqumu, Mill-mod l’aħna reqdin, Għax għad hemm ħafna x’nagħmlu, Fl-għelieqi mħarbtin.
Fi żmien ta’ tmien snin oħra, Tkun is-sena elfejn, Intom kollha tafu bħali, Din ser tingħatha lill-Mulej.
Int tajtna eżempju tajjeb, Ta’ l-għalqa kollha żbul, Int xorta bqajt tgħassisha, La l-ħassada ma waslux.
Mulej, jien darba rajtek, F’din l-għalqa kollha żbul, Kont Int bilqiegħda f’nofsha, Żgur ħaddiema ma dehrux.
Imm’ Inti ma kontx waħdek, Għax fuq għolja ftit warajk, Kien hemm l-għadu qed jistenna, Li jsibek ftit aljenat.
Kull tant ħin jagħti titjira, Għal fuq l-għalqa fejn kont Int, Kellu l-ħsieb illi jniġġisha, B’ħafna mard u bid-dnubiet.
Meta jħoss il-qawwa tiegħek, Jerġa’ lura minn fejn ġie, Ipoġġi mgerbeb fuq l-għolja, Irrabjat, maħruġ tellief.
Mel’ejjew inqawwu qalbna, Immiddu għonqna għax-xogħol, Jekk l-għalqa naħsduha aħna, Kristu jibqa’ fuq it-tron.
|