|
MULEJ SID IL-ĦOLQIEN
Għodwa waħda kont ħriġt kmieni Dlam kien għadu kullimkien Hemm kont Inti xorta waħda Imxejna jien u Int flimkien.
Waqt li mxejna tul it-toroq Għollejt ħarsti fis-smewwiet Hemhekk rajt qamar u stilel Bid-dawl tagħhom rajt it-triq.
Għadda l-ħin u beda jisbaħ Għeb il-qamar, tfaċċat ix-xemx Dak il-ħin kont qiegħda nifhem Li aqwa minnek żgur li m’hemmx.
L-għasafar ħarġu minn ġol-bejta Bdew itiru ’l hawn u ’l hinn Sebbħu ’l-għodwa bl-għana tagħhom Fihom kont tinstema’ Int.
Ħarist lejn l-uċuh tar-raba Kollha jħaddru bil-ħaxix Kienu mxarrbin bin-nida Tagħhom Int kont il-ġennien.
Aktar tard spiċċat il-ħemda Li jġib miegħu ż-żernieq In-nies qamet, bdew il-ħsejjes Li fihom aħna mehdijin.
Mhux aħjar li kieku aħna Nieqfu naqra u naħsbu ftit Kemm ħabbna Alla tagħna Qegħedna f’dinja kollha ġmiel.
Ejja f’kull m’hawn madwarna Nibdew nifhmu lill-Ħallieq U b’leħen wieħed ngħidu Kemm għandna Alla ħanin.
|