|
ĠESU` FIT-TABERNAKLU
O Ġesu Sagramentat Kemm nixtieq nirringrazzjak Għalkemm Inti dejjem waħdek Tistenna ma tiddejjaqx.
Kull meta niġi nżurek Ġo darek tkun magħluq Imm’inti tħossni qribek Tgħidli : Idħol il-bieb miftuħ.
Hekk kif lejk jien nersaq Biex aktar inkun qrib Idejk tiftaħ u tħaddanni Ta’ qalbek nisma it-taħbit.
Meta jiena nibda ngħidlek L-għan li għandek ġejt għalih Int tismagħni bil-paċenzja Hekk tħalli l-qalb tistrieħ.
Għalkemm Inti Alla qawwi Għalkemm Int Re tar-rejiet Inti għoġbok tiġi fostna U anqas minna iċċekkint.
Ġesu se ngħidlek: Grazzi Ta’ xi ħaġa li hi kbira Għax il-Ġisem u d-Demm tiegħek Sar ikel u xorb għalija.
|