|
IT-TĦEJJIJA
Eliżabetta mara twajba Hija qatt ma kellha tfal Żewġha jismu Żakkarija Hu ukoll kien kbir f’l-eta.
Għalkemm huma l-ulied riedu U Alla ma tahom qatt Baqgħu dejjem viċin tiegħu U bil-korla qatt ma mtlew.
Għexu dejjem ħajja umli Iħobbu ’l Alla u lil xulxin M’Alla dejjem kienu ġusti Fi triqatu t-tnejn mexjin.
Gġodwa waħda tlajt bix-xorti Biex taħraq l-inċens int Tgħaddi ġewwa fis-santwarju B’hekk tkun tista’ tmwxxi r-rit.
Waqt li int kont waħdek ġewwa Tipprepara għal ħin it-talb Li l-Mulej talbek kien sema’ Anġlu ġie u lilek qal:
Eliżabetta settik iben Lilek bih għandha thennik Ikun qawwi quddiem Alla Ireġġa’ lura ħafna nies.
Fih ikun l-Ispirtu t’Alla Xorb li jsakkar ma jixrobax Jilbes ġlud ta’ l-annimali Qorq ġo riġlu ma jidħolx.
Imma hu ma setax jemmen Għax kien jafu li kienu xjuħ Fil-pront dar fuq l-anġlu u qallu: Kif se nkun naf li dan żgur.
Jiena l-Anġlu Gabrieli Bagħatni Alla b’dal-messaġġ Talli m’emmintx din il-bxara Int ser tiġi ikkastigat.
Hekk kif ’l-anġlu ma rajtx aktar Indunajt illi l-kliem Ma għadux aktar fuq fommok Minnufih kien isogħobbik.
Meta raw li Żakkarija Minn ġewwa ma ħariġx Il-folla baqgħu mistagħġba ’L-għala qed jinħela l-ħin.
X’ħin hu ħareġ minn ġewwa U baqa’ ma tkellimx Il-poplu malajr induna Li kellu xi dehriet.
Int bqajt tagħti s-servizz tiegħek Sa m’għalaqlek iż-żmien Wara erġajt lura f’darek Xorta waħda mingħajr kliem.
Għadda ż-żmien u martek tqalet Baqgħet ġejja ’l-quddiem Għalkemm kienet ir-rieda t’Alla Għall-ewwel xhur kienet inħbiet.
Tul it-tqala ta’ martek Żjara kellha minn Marija Hekk kif hija sellmitilha F’ġufha qabżet it-tarbija.
Għadda ż-żmien u welldet iben Kollu qawwa u sbuħija Hi riedet issemmih Ġwanni Qrabatkom riedu Żakkarija.
Huma bdew isaqsu lilek Bis-sinjali x’isem ridt Inti tlabthom fuq xiex tikteb Biex tgħidilhom x’isem ridt.
Żakkarija kiteb l-isem Tat-tifel x’għandu jkun B’għaġeb kbir inti ktibtilhom Illi Ġwanni għandu jkun.
Kien wasal il-ħin imwiegħed Illi jseħħu l-ġrajjiet Żakkarija jiftaħ fommu U jerġa’ jieħu l-kliem.
Dak il-ħin fomm Żakkarija Għolla ’l Alla u tah tifħir Għax bil-miġja ta’ dat-tifel Wiċċ id-dinja itwittiet.
|