|
XEWQTI
Mulej, Int xi trid minn? Għax jien għadni ma nafx’ Agħtini dehra ċara Biex b’hekk jien insir naf.
Naf li jien ħolqien tiegħek Dover tiegħi li naqdik Naf ukoll li jiena dgħajfa U ma nagħmilx dak li Inti trid.
Imma issa illi sibtek Ħajja hienja qed ngħix mill-ġdid Għalhekk għidli x’għandi nagħmel Hawn jien lesta biex naqdik.
|