|
X’HEMM BĦALEK, MULEJ?
Kien kmieni, f’għodwa sajfija Imxejt fit-tul f’bajja ramlija Hekk kif ħarist madwari Bdejt naħseb xi ħlaqt għalija.
Tfajt għajnejja fuq il-baħar U rajt wesgħat millakbar Bl-ebda qies ma stajt inkejlu Hekk ma nsibx qisek b’għajnejja.
U wara għollejt għajnejja Rajt is-sema ’l fuq ’il fuq Bl-ebda sellum ma stajt nilħqek L-għoli tiegħek mhux mitmum.
Għajnejja marru fuq ix-xefaq U ilmaħt tielgħa x-xemx Kienet safra, tleqq, sabiħa Ftit minn ġmielek rajtu hemm.
Taħt saqajja kelli r-ramel Li ġo fih niżlu riġlejja Kien hemm kwantita kbira M’huwiex sod dan għall-bennejja.
Jien tajt qabża għal fuq blata Din kienet soda ma’ l-art Ġieni l-ħsieb nintrabat magħha Biex b’hekk żgur ma naqa’ qatt.
Dak il-ħin fil-fond tal-baħar Rajt għaddejjin żewġ ħutiet Kienu mlewna l-ġmiel tagħhom X’inhu ġmiele, O Ħallieq!
Rajt għasfur kien qed jittajjar Mar fuq siġra biex jistrieħ Beda jgħanni u jgħid lilek: Grazzi ħafna taż-żernieq.
Jiena bdejt infaħħar lilek Għas-sbuħija tal-ħolqien Talli għoġbok toħloq lili Biex ingawdi dan il-ġmiel.
Hekk kif ħarist madwari Ħassejt lilek qed fil-qrib Għax Inti fil-qawwa tiegħek L’għandek bidu u lanqas tmiem.
|