|
JKEĊĊI SPIRTI MNIĠĠSA
Ġesł jfejjaq żewġ imxajtna
[Mt:8:28] Wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista' jgħaddi bihom minn dik it-triq.[Mt:8:29] U nfexxew jgħajjtu u jgħidu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?"[Mt:8:30] Mela ftit 'il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer tirgħa.[Mt:8:31] U x-xjaten talbu ħafna lil Ġesł u qalulu: "Jekk toħroġna, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer."[Mt:8:32] "Morru?" qalilhom. Mbagħad ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla kollha nxteħtet mill-għoli tax-xaqliba għal ġol-baħar u nqerdet fl-ilma.[Mt:8:33] Ir-rgħajja ħarbu u marru l-belt ixerrdu l-aħbar ta' kollox u ta' kull ma kien għadda minn għala l-imxajtna.[Mt:8:34] U l-belt ħarġet bi ħġarha għal ħdejn Ġesł u kif rawh, bdew jitolbuh ħafna biex jibqa' sejjer 'il barra minn pajjiżhom.
[Mk:5:1] Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin.[Mk:5:2] Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin.[Mk:5:3] Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista' jżommu marbut, anqas b'katina,[Mk:5:4] għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu.[Mk:5:5] Lejl u nhar kien il-ħin kollu joqgħod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta' ġismu biż-żrar.[Mk:5:6] Kif lemaħ lil Ġesł mill-bogħod ġera lejh, nxteħet fl-art quddiemu,[Mk:5:7] u għajjat b'leħen qawwi u qallu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesł, Bin Alla l-Għoli? Aħlifli fuq Alla li ma taħqarnix?"[Mk:5:8] Għax kien qallu: "Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem?"[Mk:5:9] Mbagħad staqsieh: "X'jismek?""Leġjun jisimni?" wieġbu,"għax aħna ħafna."[Mk:5:10] U beda jitolbu bil-ħerqa biex ma jkeċċihomx barra mill-pajjiż.[Mk:5:11] Mela kien hemm merħla kbira ta' qżieqeż tirgħa mal-ġenb ta' l-għolja,[Mk:5:12] u l-ispirti talbuh ħafna u qalulu: "Ibgħatna lejn il-qżieqeż ħa nidħlu fihom."[Mk:5:13] U ħalliehom imorru. L-ispirti ħżiena ħarġu, u daħlu fil-qżieqeż; u l-merħla, li kienet ta' madwar elfejn ras, nxteħtet għal ġol-baħar mill-għoli tax-xaqliba u għerqet fil-baħar.[Mk:5:14] Ir-rgħajja tagħhom ħarbu u marru jxerrdu l-aħbar mal-belt u l-irziezet, u n-nies ġiet tara x'ġara.[Mk:5:15] Ġew ħdejn Ġesł, u lil dak li qabel kien maħkum mix-xitan u li kellu l-leġjun ġo fih rawh bilqiegħda, liebes u moħħu f'sikktu, u baqgħu miblugħin bil-biża'.[Mk:5:16] In-nies li raw il-ġrajja qalulhom x'kien għadda minn għala l-imxajtan u l-qżieqeż.[Mk:5:17] Mbagħad bdew jitolbuh ħafna lil Ġesł biex iwarrab minn pajjiżhom.[Mk:5:18] Kif kien tiela' fuq id-dgħajsa, dak li qabel kien maħkum mix-xitan beda jitolbu ħafna biex iħallih jibqa' miegħu.[Mk:5:19] Iżda hu ma ħalliehx, u qallu: "Mur inġabar id-dar ma' niesek, u għidilhom kull ma għamel miegħek il-Mulej, u kif ħenn għalik."[Mk:5:20] Dak telaq, u beda jxandar fid-Dekapoli kemm kien għamel miegħu Ġesł. U kulħadd stagħġeb.
U nieżel l-art, resaq raġel minn dik il-belt, maħkum mix-xitan. Kien ilu żmien twil ma jxidd libsa fuqu, u ma kienx joqgħod id-dar, imma qalb l-oqbra.[Lq:8:28] Kif lemaħ lil Ġesł qabad jgħajjat, nxteħet quddiemu u b'leħen qawwi qallu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesł, Bin Alla l-Għoli? Nitolbok, taħqarnix?"[Lq:8:29] Għax Ġesł kien ġa kkmanda lill-ispirtu mniġġes biex joħroġ minn dak il-bniedem. Għax bosta drabi kien jaħkmu, u n-nies kienu jorbtuh bil-ktajjen u bix-xkiel biex iżommuh, iżda hu kien iqaċċat l-irbit u x-xitan kien jimbuttah lejn id-deżert.[Lq:8:30] Ġesł staqsieh: "X'jismek?""Leġjun?" qallu, għax ħafna xjaten kienu daħlu fih.[Lq:8:31] U beda jitolbu biex ma jordnalhomx imorru fl-abbissi.[Lq:8:32] Mela kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer jirgħu fuq l-għolja, u l-ispirti talbuh biex iħallihom jidħlu fihom; u hu ħalliehom.[Lq:8:33] U x-xjaten ħarġu minn dak il-bniedem u daħlu fil-ħnieżer. U l-merħla nxteħtet għal ġo l-għadira mill-għoli tax-xaqliba u għerqet.[Lq:8:34] Ir-rgħajja, meta raw x'ġara, ħarbu u marru jxerrdu l-aħbar mal-belt u l-irziezet.[Lq:8:35] In-nies ħarġu jaraw x'ġara u marru ħdejn Ġesł, u lil dak ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten sabuh bilqiegħda f'riġlejn Ġesł, liebes u moħħu f'sikktu; u qabadhom il-biża'.[Lq:8:36] In-nies li raw x'ġara qalulhom kif Ġesł fejjaq lil dak li kien maħkum mix-xitan.[Lq:8:37] Mbagħad in-nies kollha ta' l-inħawi ta' Gerasa bdew jitolbu lil Ġesł biex iwarrab minn ħdejhom, għax biża' kbir kien waqa' fuqhom. U hu tela' fuq id-dgħajsa u reġa' lura.[Lq:8:38] Ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten talbu biex jibqa' miegħu, iżda hu bagħtu u qallu:[Lq:8:39] "Erġa' lura lejn id-dar u għarraf kull ma għamel Alla miegħek." Dak telaq u xandar mal-belt kollha kull ma kien għamel miegħu Ġesł.
Ġesł jfejjaq wieħed imbikkem [Mt:9:32] Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.[Mt:9:33] Ġesł keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: "Ħaġa bħal din qatt ma dehret f'Iżrael?"
Ġesł u Begħelżebul Mt:12:22] Mbagħad ġibulu quddiemu wieħed agħma u mbikkem maħkum mix-xitan, u hu fejjqu, hekk li l-imbikkem qabad jitkellem u jara.[Mt:12:23] In-nies kollha stagħġbu u bdew jgħidu: "Dan Bin David, tgħid?"[Mt:12:24] Imma l-Fariżej, meta semgħu hekk qalu: "Dan m'hux ħlief bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-Prinċep tax-xjaten, li qiegħed ikeċċi x-xjaten."[Mt:12:25] Iżda hu għaraf ħsibijiethom u qalilhom: "Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u kull belt jew familja maqsuma fiha nfisha ma tistax iżżomm wieqfa.[Mt:12:26] Mela jekk ix-Xitan ikeċċi x-Xitan, iġib firda fih innifsu; għalhekk kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu?[Mt:12:27] U jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min qegħdin ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.[Mt:12:28] Iżda jekk jien qiegħed inkeċċi x-xjaten bl-Ispirtu ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.[Mt:12:29] Jew kif jista' wieħed jidħol fid-dar ta' bniedem b'saħħtu u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabtu? U hekk imbagħad id-dar jaħtafhielu żgur.[Mt:12:30] Min m'huwiex miegħi, huwa kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi, ixerred.[Mt:12:31] Għalhekk ngħidilkom li d-dnubiet kollha u d-dagħa kollu jinħafrilhom lill-bnedmin, imam d-dnub ta' min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirx.[Mt:12:32] U jekk xi ħadd jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jitkellem kontra l-Ispirtu s-Santu ma jkollux maħfra, la f'din id-dinja u lanqas f'li ġejja."
[Mk:3:22] Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: "Dan għandu fih lil Begħelżebul,"u wkoll,"Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten."[Mk:3:23] Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: "Kif jista' x-Xitan ikeċċi x-Xitan?[Mk:3:24] Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa.[Mk:3:25] U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa.[Mk:3:26] Li kieku mela x-Xitan qam kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista' jżomm sħiħ, imma jkun wasal fit-tmiem.[Mk:3:27] Ħadd ma jista' jidħol fid-dar ta' wieħed qawwi u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabat lil dak il-qawwi; mbagħad id-dar jaħtafhielu żgur.[Mk:3:28] Tassew ngħidilkom, kollox jinħafrilhom lil ulied il-bniedem, id-dnubiet u d-dagħa kollu li jidgħu.[Mk:3:29] Imma min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jkollu qatt maħfra; jibqa' ħati għal dejjem."[Mk:3:30] Għax kienu qalu: "Għandu fih spirtu ħażin."
[Lq:11:14] Ġesł kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu.[Lq:11:15] Iżda xi wħud minnhom qalu: "Bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten."[Lq:11:16] Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.[Lq:11:17] Iżda hu ntebaħ x'kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: "Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa' dar fuq oħra.[Lq:11:18] Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta' Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten.[Lq:11:19] Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.[Lq:11:20] Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.[Lq:11:21] Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur.[Lq:11:22] Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu.[Lq:11:23] Min m'huwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.
L-ispirtu mniġġes iħabbat lill-bniedem [Lq:11:24] "Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u jfittex il-mistrieħ f'art niexfa, u billi ma jsibu mkien, jgħid, 'Mela nerġa' lura lejn dari mnejn ħriġt.'[Lq:11:25] U x'ħin jiġi, isibha miknusa u kollox f'postu.[Lq:11:26] Mbagħad imur iġib seba' spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f'qagħda agħar minn ta' qabel."
Ġesł jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan [Mt:17:14] Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu:[Mt:17:15] "Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b'tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa' jew fin-nar jew fl-ilma.[Mt:17:16] Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh."[Mt:17:17] Wieġeb Ġesł u qal: "Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn."[Mt:17:18] Mbagħad Ġesł hedded bis-sħiħ lix-xitan, u dan ħareġ minnu, u minn dak il-ħin stess it-tifel fieq.[Mt:17:19] Wara mbagħad id-dixxipli resqu lejn Ġesł għalihom weħidhom u qalulu: "L-għala aħna ma rnexxilniex inkeċċuh?"[Mt:17:20] U hu qalilhom: "Minħabba l-fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja, 'Warrab minn hawn u mur hemm', u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir."
[Mk:9:14] Meta reġgħu ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b'kotra kbira ta' nies madwarhom, u xi kittieba jitlewwmu magħhom.[Mk:9:15] In-nies, kif rawh, lkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu.[Mk:9:16] U hu staqsiehom: "Fuqiex qegħdin titlewwmu magħhom?"[Mk:9:17] U wieħed mill-kotra qallu: "Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem.[Mk:9:18] U kull fejn jaħkmu jsabbtu ma' l-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u jibbies. Għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh minnu, u ma kellhomx ħila."[Mk:9:19] "Ja nies bla fidi?" qalilhom Ġesł,"kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli quddiemi."[Mk:9:20] U ressquhulu quddiemu. L-ispirtu, malli lemaħ lil Ġesł, beda jħabbtu 'l hawn u 'l hemm bir-ragħwa f'ħalqu.[Mk:9:21] "Xi kemm ilu jagħtih hekk?" staqsa Ġesł lil missieru."Minn ċkunitu?" qallu,[Mk:9:22] "u sikwit ġie li tefgħu fin-nar u fl-ilma biex jeqirdu. Imma int, jekk tista' tagħmel xi ħaġa, għinna u ħenn għalina?"[Mk:9:23] "Jekk tista'?" qallu Ġesł."Kollox jista' jkun għal min jemmen?"[Mk:9:24] Missier it-tifel minnufih beda jgħajjat u jgħidlu: "Jiena nemmen! Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi?"[Mk:9:25] Ġesł, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax lill-ispirtu ħażin u qallu: "Ja spirtu mbikkem u trux, jiena nordnalek: oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed?"[Mk:9:26] U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid: "Miet?"[Mk:9:27] Imma Ġesł qabdu minn idu u qajjmu, u hu waqaf fuq saqajh.[Mk:9:28] Meta mbagħad Ġesł raġa' daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh rasu u rashom: "Għaliex ma rnexxilniex inkeċċuh?"[Mk:9:29] "Spirtu bħal dak?" qalilhom,"ma jista' jitkeċċa b'xejn ħlief bit-talb."
Ġesł jfejjaq tifel maħkum mix-xitan [Lq:9:37] L-għada, huma u neżlin minn fuq il-muntanja, marru jilqgħuh ħafna nies.[Lq:9:38] U wieħed raġel mill-folla rafa' leħnu u qallu: "Mgħallem, nitolbok, ħares ħarsa lejn ibni, għax lilu biss għandi.[Lq:9:39] Ara, l-ispirtu jaqbdu u minnufih jibda jgħajjat, ikagħwġu ma' l-art kollu ragħwa, u jħallih imfarrak wara tbatija kbira biex joħroġ minnu.[Lq:9:40] Tlabt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh minnu, iżda ma setgħux."[Lq:9:41] Wieġeb Ġesł u qal: "Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom u nissaportikom? Ġibli lil ibnek hawn."[Lq:9:42] Huwa u riesaq, ix-xitan beda jsabbtu u jkagħwġu ma' l-art. Imma Ġesł hedded ħafna lill-ispirtu mniġġes, fejjaq lit-tifel, u raġa' tah lil missieru.[Lq:9:43] U kulħadd tnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor li ma bħalu ta' Alla.
Iskot! [Mk:1:23] Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin[Mk:1:24] u qabad jgħajjat u jgħid: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesł ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: 'Il-Qaddis ta' Alla'."[Mk:1:25] Imma Ġesł kkmandah: "Iskot?" qallu,"u oħroġ minnu."[Mk:1:26] Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.
[Lq:4:33] U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta' xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b'leħen għoli:[Lq:4:34] "Ah! x'għandna x'naqsmu, Ġesł ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta' Alla?"[Lq:4:35] Imma Ġesł widdbu bis-sħiħ u qallu: "Iskot, u oħroġ minnu?" Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara.[Lq:4:36] U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: "Dan xi kliem hu? Għax hu jordna b'setgħa u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu?"
Il-mara mifluġa mfejjqa f'jum is-Sibt [Lq:13:10] Darba s-Sibt kien qiegħed jgħallem f'waħda mis-sinagogi.[Lq:13:11] U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista' tieqaf dritta għalkollox.[Lq:13:12] Kif raha Ġesł sejjħilha u qalilha: "Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek."[Lq:13:13] U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla.[Lq:13:14] Qabeż il-kap tas-sinagoga, b'saħna fuqu għax Ġesł fejjaq f'jum is-Sibt, u qal lin-nies: "Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejjqu, u mhux is-Sibt?"[Lq:13:15] "Uċuħ b'oħra?" wieġbu l-Mulej,"Mhux kull wieħed minnkom f'jum is-Sibt iħoll il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-maxtura u jieħdu biex jisqih?[Lq:13:16] U mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit li fih ix-Xitan ilu jżommha għal tmintax-il sena sħaħ?"[Lq:13:17] Kif qal hekk, kull min kien kontra tiegħu regħex bil-mistħija; iżda n-nies ilkoll ferħu għal dawk l-għeġubijiet kollha li kien qiegħed jagħmel. |