TEMA GĦAL DIN IS-SENA - "IL-GAUDIUM ET SPES" SUĠĠETTI GĦAL-LAQGĦAT BEJN OTTUBRU U DIĊEMBRU 2005 1. It-Tlieta, 11 ta’ Ottubru 2005 GĦADDEW 40 SENA Daħla għall-kors. X’inhu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja? X’wassal għall-Gaudium et Spes? 2. It-Tlieta, 18 ta’ Ottubru 2005 OMM u GĦALLIEMA JEW OĦT U QADDEJJA? Żewġ dokumenti dwar il-Knisja, Il-Lumen Gentium u l-Gaudium et Spes: differenti? Daħla għad-dokument Gaudium et Spes. 3. It-Tlieta, 25 ta’ Ottubru 2005 TAMA U ANSJETA` Id-dinja tal-bniedem:tibdiliet profondi (soċjali, psikoloġiċi, moralu, reliġjużi). Nuqqas ta’ ekwilibriju fid-dinja. Xewqat universali tal-bnedmin u mistoqsjiet kbar. 4. It-Tlieta, 1 ta’ Novembru 2005 IL-BNIEDEM X’JISWA? Maħluq xbieha ta’ Alla. L-esperjenza tad-dnub. Ir-rigal tal-libertà. Il-misteru tal-mewt. 5. It-Tlieta, 8 ta’ Novembru 2005 HAWN XI ĦADD LI MA JEMMEN B’XEJN? Il-forom u l-għeruq tal-ateiżmu. Xi tgħid il-Knisja? Kristu u l-bniedem ġdid. 6. It-Tlieta, 15 ta’ Novembru 2005 NO MAN IS AN ISLAND. In-natura komunitarja tal-bniedem. Il-ġid komuni. Ir-rispett lejn kull bniedem. 7. It-Tlieta, 22 ta’ Novembru 2005 IS-SOLIDARJETA’: NOĦROĠ XI ĦAĠA MILL-BUT? L-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. Lil hemm mill-etika individwalistika. L-inkarnazzjoni u s-solidarjetà. It-Tlieta, 29 ta’ Novembru 2005 8. It-Tlieta, 22 ta’ Novembru 2005 MUR U AĦKEM L-ART Il-ħidma tal-bnedmin fl-univers. L-influwenza tad-dnub. Art ġdida u sema ġdid. 9. It-Tlieta, 6 ta’ Diċembru 2005 KNISJA U DINJA KONTRA XULXIN? Interess tal-Knisja f’kull bniedem. Id-djalogu bejn il-Knisja u d-dinja. Preżenza attiva tal-insara.
|
||
|
TEMA GĦAL DIN IS-SENA - "IL-GAUDIUM ET SPES" SUĠĠETTI GĦAL-LAQGĦAT BEJN JANNAR U MARZU 2006 10. It-Tlieta, 10 ta’ Jannar 2006 ŻWIEĠ U FAMILJA Iż-żwieġ u l-familja fid-dinja tal-lum. Il-qdusija taż-żwieġ u l-familja. L-imħabba tal-miżżewġin.
11. It-Tlieta, 17 ta’ Jannar 2006 ĠIBU TFAL KEMM TIFILĦU ? Il-frott taż-żwieġ. L-imħabba bejn il-miżżewġin u r-rispett lejn il-ħajja umana. Il-promozzjoni taż-żwieġ u l-familja.
12. It-Tlieta, 24 ta’ Jannar 2006 LI TGĦOŻŻ DAK LI HU SABIĦ L-iżvillup xieraq tal-kultura. Stili ġodda ta’ ħajja. Il-bniedem jagħmel il-kultura. Diffikultajiet u dmirijiet.
13. It-Tlieta, 31 ta’ Jannar 2006 NERFGĦU LILNA NFUSNA ‘L FUQ Prinċipji għall-promozzjoni xierqa tal-kultura. Fidi u kultura. Rabtiet bejn l-Evanġelju u l-kultura umana. Armonizzazzjoni ta’ aspetti diversi tal-kultura.
14. It-Tlieta, 7 ta’ Frar 2006 IN-NISRANI MA JOQGĦODX GALLARIJA! Dmirijiet ta’ l-insara dwar il-kultura. Il-jedd għall-kultura għandu jkun magħruf u għandu jitħares. Edukazzjoni għal kultura sħiħa. Armonija bejn kultura umana u tagħlim nisrani.
15. It-Tlieta, 14 ta’ Frar 2006 LI MA JITILGĦULUX FUQ RASU Il-Ħajja ekonomika u soċjali, xi aspetti. Il-progress ekonomiku għas-servizz tal-bniedem. Il-progress ekonomiku taħt il-kontroll tal-bniedem. Differenzi ekonomiċi u soċjali kbar li għandhom jitnaħħew.
16. It-Tlieta, 21 ta’ Frar 2006 BL-GĦARAQ TA’ ĠBINU Prinċipji li jirregolaw il-ħajja ekonomika u soċjali. Ix-xogħol, kundizzjonijiet tiegħu u ħin liberu. Parteċipazzjoni u tilwim fix-xogħol.
17. It-Tlieta, 28 ta’ Frar 2006 GĦAL KULĦADD Ġid tal-art destinat għall-bnedmin kollha. Investimenti u flus. Proprjetà privata. Attività ekonomika-soċjali u s-Saltna ta’ Kristu.
18. It-Tlieta, 7 ta’ Marzu 2006 LEJN IL-ĠID KOMUNI Il-ħajja tal-komunità politika. Il-ħajja pubblika llum. In-natura u l-għan tal-komunità politika. Kollaborazzjoni ta’ kulħadd. Il-komunità politika u l-Knisja.
19. It-Tlieta, 14 ta’ Marzu 2006 BQAJNA BIL-ĦAMIEMA BISS? Ħidma għall-paċi u l-bini tal-komunità tal-ġnus. In-natura tal-paċi. Ħtieġa li tkun evitata gwerra. Il-gwerra total. Il-girja għall-armamenti. Kundanna assoluta tal-gwerra.
20. It-Tlieta, 21 ta’ Marzu 2006 FL-GĦAQDA S-SAĦĦA Kawżi ta’ ġlied u rimedji tagħhom. Il-komunità tan-nazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali.
|