|
LEJL L-IMĦABBA U LEJL IT-TRADIMENT Nimxu pass, pass ma dak li għadda minnu Ġesł bej il-Ħamis filgħaxija u sbieħ il-Ġimgħa. Mill-Evanġelju skond San Ġwann 13:1 18:25
Ġesł jaħsel saqajn id-dixxipli
Qabel il-festa ta' l-Għid, billi kien jaf Ġesł li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota u daħħallu f'rasu li jittradih. Ġesł kien jaf li l-Missier tah kollox f'idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu. Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu. Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?" Ġesł wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem." Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja?" Wieġbu Ġesł: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi." Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll." Qallu Ġesł: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll." Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.' Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: "Tafu x'għamiltilkom? Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll. Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m'huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m'iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x'nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, 'Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.' Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa' lil min nibgħat jien, ikun jilqa' lili, u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni."
Ġesł jħabbar it-tradiment ta' Ġuda
Wara li qal dan, Ġesł ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: "Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini?" Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesł kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesł. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: "Għal min qiegħed jgħid?" Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesł, staqsieh: "Min hu, Mulej?" Wieġbu Ġesł: "Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu." Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota. Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesł: "Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx." Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk. Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajjlu lil Ġesł jgħidlu, 'Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa,' jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra. Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra. Kien billejl.
Kif ħareġ Ġuda, Ġesł qal: "Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom."
It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru
Qallu Xmun Pietru: "Fejn sejjer, Mulej?" U Ġesł wieġbu: "Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard." Qallu Pietru: "Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti?" Wieġbu Ġesł: "Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet?"
Ġesł hu t-triq għal għand il-Missier
"Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f'Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta' Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa' niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha." Tumas qallu: "Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?" Wieġbu Ġesł: "Jiena hu t-Triq, il-Veritą u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem tagħrfuh, anzi diġą rajtuh." Qallu Filippu: "Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina." Ġesł wieġeb: "Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, 'Urina l-Missier'? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m'hux għal ħaġ'oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier. U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu. Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha.
Ġesł jwiegħed l-Ispirtu s-Santu
"Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa' magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-veritą, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa' niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu. F'dak il-jum intom tagħrfu li jiena f'Missieri, u intom fija u jiena fikom. Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi." Ġuda - l-ieħor, mhux l-Iskarjota - qal lil Ġesł: "Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?" Ġesł wieġbu: "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m'hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. "Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża'. Smajtu x'għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa' niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M'iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista' jagħmel; iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier. Qumu! Ejjew nitilqu minn hawn!
"Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; mbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom. Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi. Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta' Missieri u qiegħed f'imħabbtu. "Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kull ma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom. Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.
"Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m'intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m'huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f'ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni. Kieku ma ġejtx u ma kellimthomx, ma kienx ikollhom ħtija; imma issa ma għandhomx skuża ta' dnubhom. Min jobgħod lili, jobgħod ukoll lil Missieri. Kieku ma għamiltx quddiemhom l-opri li ħadd qatt ma għamel, ma kienx ikollhom ħtija iżda issa raw b'għajnejhom u baqgħu jobogħdu sew lili u sew lil Missieri. Imma dan ġara biex isseħħ il-kelma li hemm fil-Liġi tagħhom, 'Fuq xejn bagħduni.' "Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-veritą, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. "Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom 'il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.
Il-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu
Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, 'Fejn sejjer?' Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom. U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m'intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta' din id-dinja huwa ġa kkundannat. "Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-veritą, iwassalkom għall-veritą kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
In-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena
"Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni." Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: "X'ifisser dan li qiegħed jgħid, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,' u li 'Jiena sejjer għand il-Missier'?" Għalhekk qalu: "X'inhu dan il-'ftit ieħor' li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid?" Ġesł għaraf li xtaqu jistaqsuh. Għalhekk qalilhom: "Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni'? Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena. Il- mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa' narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom. F'dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f'ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f'ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.
"Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar intom titolbu f'ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla. Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa' nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier." Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla." Weġibhom Ġesł: "Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m'iniex, għax il-Missier huwa miegħi. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja?"
It-talba ta' Ġesł għad-dixxipli
Wara li qal dan, Ġesł rafa' għajnejh lejn is-sema u qal: "Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta' dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta' dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesł Kristu, li inti bgħatt. Jien igglorifikajt lilek fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel. U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja. "Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja. Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek. Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek; għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni. Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek, u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom. U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi. Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja. Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin. Huma m'humiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja. Qaddishom permezz tal-veritą; il-kelma tiegħek hi l-veritą. Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja. U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-veritą. "M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni. U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom."
Kif qal dan, Ġesł ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta' Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesł kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi. Ġesł, li kien jaf b'kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: "Lil min qegħdin tfittxu?" Huma weġbuh: "Lil Ġesł ta' Nazaret." U hu qalilhom: "Jiena hu." Ġuda, dak li ttradih, kien hemm magħhom huwa wkoll. Kif Ġesł qalilhom, 'Jiena hu', huma resqu lura u waqgħu ma' l-art. "Lil min qegħdin tfittxu?" raġa' staqsiehom. U huma qalulu: "Lil Ġesł ta' Nazaret." Ġesł weġibhom: "Għedtilkom li jiena hu. Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru." Dan sar biex iseħħ dak li Ġesł kien qal, 'Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift.' Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija. Dan il-qaddej kien jismu Malku. Imma Ġesł qal lil Pietru: "Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu. Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?"
Ġesł quddiem il-qassis il-kbir
Mbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien ma' l-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesł u rabtuh. L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta' Kajfa, il-qassis il-kbir f'dik is-sena. Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu.
Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesł. Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma' Ġesł. Imma Pietru baqa' barra ħdejn il-bieb. Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa. Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta' dan ir-raġel?" Hu weġibha: "Le, m'iniex." Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana. U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana.
Il-qassis il-kbir jistaqsi lil Ġesł
Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesł fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu. Ġesł wieġbu: "Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd. Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn. Għalfejn qiegħed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħuni, x'għedtilhom. Huma jafu x'għedt." Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta' ħarta lil Ġesł u qallu: "Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?" Ġesł qallu: "Jekk jien għedt xi ħaġa m'hix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa' idejk fuqi?" Mbagħad Anna bagħat lil Ġesł marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir.
Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?" Imma hu ċaħad u qal: "Le m'iniex." Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: "Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?" Pietru ċaħad għal darb'oħra; u minnufih idden is-serduk.
|