|
|
||||
|
MISTERI
TAD-DAWL |
||||
|
ITLOB MAGĦNA
INTI WKOLL IL-MISTERI TAD-DAWL (link provduta mir-Radju – RTK) |
||||
|
|
||||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu tgħammed ix-xmara
Ġordan. Imbagħad deher Ġesu’ ġej
mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed
minnu. Imma Ġwanni ma
ħalliehx, u qallu: “Jien hu li jeħtieġli nitgħammed
minnek, u int tiġi għandi?”
Ġesu qallu: “Int għalissa ħallik minn dan, għax
hekk jixraq li nimxu biex inkunu għamilna u temmejna s-sewwa
kollu.” Imbagħad Ġwanni
ħallieh jitgħammed. Ġesu’, wara li
tgħammed, minnufih tela’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u
ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u jieqaf fuqu. U mis-smewwiet instema’ leħen
igħid “Dan hu Ibni l-għażiż; fih sibt il-għaxqa
tiegħi.” (Mt
3:13.17) |
|||
|
|
||||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu wera min hu
fit-tieġ ta’ Kana. Imbagħad il-pitgħada
sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesu’ kienet hemm. Ġesu’
kien mistieden għat-tieġ ukoll, flimkien mad-dixxipli tiegħu.
Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesu’ qaltlu: “Ma
għandhomx inbid” U Ġesu’
qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesu’ qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.” Issa kien hemm sitt ġarar
tal-ħaġar, imqiegħda hemm għall-ħasil ritwali
tal-Lhud, kull waħda minnhom tesa’ xi mitt jew mija u għoxrin
litru. Ġesu’ qal li
lill-qaddejja: “Imlew il-ġarar bl-ilma,” U dawk imlewhom sax-xfar. Imbagħad qalilhom: “Issa
ħudu minnu u newluh lil dak li
qiegħed jieħu ħsieb il-mejda.” U huma marru jagħtuhulu. Hu daq l-ilma mibdul fi nbid, u
billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu
mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus u qallu: “Kulħadd l-inbid
it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak
li jkun inqas tajjeb. Imma int
l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa.” Dan lil għamel Ġesu’
f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed
fost is-sinjali tiegħu.
Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih. Wara dan, niżel Kafarnahum,
Hu, ommu, qrabatu u d-dixxipli tiegħu, iżda ma qagħdux hemm
għal ħafna żmien. (Ġw
2: 1.12) |
|
|||
|
|
||||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu ħabbar is-Saltna
t’Alla u sejjaħ għall-indiema. Kif ra l-folol, Ġesu’ tela’
fuq il-muntanja, qagħad bil-qiegħda, u resqu lejh id-dixxipli
tiegħu. Fetaħ fommu u qabad
igħallimhom u jgħid: Ħenjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija s-Saltna tas-smewwiet. Ħenjin l-imnikkta,
għax huma jkunu mfarrġa. Ħenjin ta’ qalbhom
ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx
tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Ħenjin dawk li jħennu,
għax huma jsibu ħniena. Ħenjin dawk li huma safja
f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla. Ħenjin dawk li jġibu
l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. Ħejnin dawk li huma ippersegwitati minħabba
s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Ħenjin intom, meta
jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’
ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija . Ifirħu u thennew, għax
ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitahom lill-profeti li
kienu qabilkom. (Mt
5:1.12) |
|||
|
|
||||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu tbiddel quddiem
l-Appostli fuq il-muntanja Tabor. Ġesu’ ħa miegħu
lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom
fuq muntanja għolja,u tbiddel quddiemhom. U lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb;
ebda ħasil fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod
daqshekk. U dehrilhom Elija ma Mose’, it-tnejn jitkellmu ma’
Ġesu’. Qabad Pietru u qal lil
Ġesu’: “Mgħallem, kemm hu
sew li aħna hawn! Ħa
ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mose’
u waħda għal Elija.” Dan
qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’
fuqhom. Imbagħad ġiet
sħaba, u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen
igħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu.” Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma
raw lil ħadd iżjed flief lil Ġesu’ magħhom. Huma u niżlin minn fuq
il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li kienu raw,
qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil
xulxin x’kien ifisser tqum mill-imwiet.
Staqsewh u qalulu:
“Għaliex igħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi
Elija?” “Tassew,” weġibhom, “
l-ewwel għandu jiġi Elija, u jerġa’ jqiegħed kollox
f’postu. Mela kif inhu miktub fuq Bin
il-Bniedem li għandu jbati ħafna u jkun imżebblaħ? Imma ngħidilkom: Elija ġa
ġie, u huma ġiebu rwieħhom miegħu kif għoġobhom
bħalma hemm miktub fuqu”. (Mk 9:
2.13) |
|
|||
|
|
||||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu waqqaf l-Ewkaristija,
it-tifkira tal-Misteru ta’ l-Għid. Fl-ewwel jum ta’
l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesu’ u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek
l-ikla tal-Għid?” U Hu qalilhom:
“Morru l-belt għand it-tali, u għidulu,”Qallek l-Imgħallem;
Is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid
għandek mad-dixxipli tiegħi’”
Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesu’ u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid. Għall-ħin ta’filgħaxija
qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel, qal: Tassew,
ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini” Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u
kull wieħed minnhom staqsieh: “Jaqaw jien, Mulej?” U Ġesu’ weġibhom: “Dak li jmidd
idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak se
jittradini. Bin il-bniedem imur, kif
hemm miktub fuqu: imma
ħażin għalih dak
il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-Bniedem ikun mogħti f’idejn
l-egħdewwa! Kien ikun aħjar
għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!” Qabeż
Ġuda, dak li ittradieh u qallu: “Jaqaw jien, Rabbi?” Wieġbu Ġesu’ “Int stess qiegħed tgħidu” Huma u jieklu,Ġesu’ ħa
l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan hu
ġismi.”Imbagħad ħa l-Kalċi f’idejh, radd il-ħajr,
newlilhom il-kalċi u qal:
“Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm
tal-patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra
tad-dnubiet. Ngħidilkom li ma
nerġax nixrob iżjed minn
dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid magħkom
fis-Saltna ta’ Missieri.” (Mt 26: 17.29 |
|||