MIRAKLI MIT-TESTMENT IL-QADIM

Il-Ħolqien tas-sema u l-art

(Ġen:1:1) Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art:(Ġen:1:2) u kienet l-art taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-ispirtu ta' Alla.(Ġen:1:3) U qal Alla: ̋Ħa jkun id-dawl.̏ U d-dawl sar.(Ġen:1:4) U ra Alla d-dawl li kien tajjeb. U Alla fired id-dawl mid-dlam.(Ġen:1:5) U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam sejjaħlu lejl.  U dalam u sebaħ - L-ewwel jum.(Ġen:1:6) U qal Alla: ̋Ha jkun hemm medda f'nofs l-ilmijiet u tifred ilma minn ilma.̏(Gen:1:7) U Alla għamel  il-medda u fired l-ilma ta' taħt il-medda mill-ilma ta' fuq il-medda.  U hekk sar.(Ġen:1:8) U l-medda Alla semmieha sema. U dalam u  sebaħ - It-tieni jum.(Ġen:1:9) U qal Alla: ̋Ha jinġemgħu naħa waħda  l-ilmijiet ta' taħt is-sema u jidher l-inxif.̏ U hekk sar.(Ġen:1:10) U sejjaħ Alla l-inxif art; u l-ġemgħa ta' l-ilma sejjħilha baħar. U Alla ra li kollox kien tajjeb.(Ġen:1:11) U qal Alla: ̋Ħa tnibbet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa, siġar li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa ġo fih skond għamliethom, fuq l-art.̏ U hekk sar.(Ġen:1:12) U nibbtet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa skond għamlietu u siġar jagħmlu l-frott biż-żerriegħa skond għamlietu; u ra Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:13)     U dalam u sebaħ - It-tielet jum.(Ġen:1:14) U qal Alla: ̋Ha jkun hemm imnariet fil-firxa tas-sema biex jifirdu l-jum mil-lejl, u jkunu sinjali għat-tqassim taż-żminijiet, tal-jiem u tas-snin.(Ġen:1:15) U jkun hemm, imnariet fil-firxa tas-sema biex idawwlu l-art.̏ U hekk sar.(Ġen:1:16)   U għamel Alla ż-żewġ imnariet il-kbar; l-imnara l-kbira biex trieġi l-jum, u l-imnara ż-żgħira biex trieġi l-lejl, u l-kwiekeb.(Ġen:1:17) U Alla qegħedhom fil-firxa tas-sema biex jiddu fuq l-art,(Ġen:1:18) u jrieġu  l-jum u l-lejl u jifirdu d-dawl mid-dlam. U Alla ra li kien tajjeb.(Ġen:1:19) U dalam u sebaħ - Ir-raba' jum.(Ġen:1:20) U qal Alla: ̋Jiżgħed l-ilma b'kotra ta' ħlejjaq ħajjin u jittajjru t-tjur fuq l-art fil-wesgħa                      tas-smewwiet.̏(Ġen:1:21) U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l-annimali kollha li jitkaxkru, li bihom miżgħud l-ilma, skond ġenshom, u t-tajr bil-ġwienah skond ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:22) U berikhom Alla u qalilhom: ̋Welldu u oktru, u imlew l-ilma ta' l-ibħra; u joktor it-tajr fuq  l-art.̏(Ġen:1:23) U dalam u sebaħ - Il-ħames jum.(Ġen:1:24) U qal Alla:    ̋Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skond ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru, u bhejjem selvaġġi, skond ġenshom.̏ U hekk sar.(Ġen:1:25)   U għamel Alla l-bhejjem selvaġġi skond ġenshom, u l-bhejjem tad-dar skond ġenshom, u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art skond ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:26) U qal Alla: ̋Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna, u jaħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr ta' l-ajru, fuq il-bhejjem tad-dar u fuq il-bhejjem selvaġġi, u fuq il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.̏(Ġen:1:27) U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu  fuq xbihat Alla ħalqu,  raġel u mara ħalaqhom.(Ġen:1:28) U berikhom Alla u qalilhom: ̋Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha; u saltnu fuq il-ħut tal-baħar u t-tajr ta' l-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq  l-art.̏(Ġen:1:29) U qal Alla: ̋Araw, jien tajtkom tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ - Is-sitt jum.

 

 

 

 

Eva minn Adam

(Ġen:2:20)   U l-bniedem ta isem lil kull bhima u 'l kull tajra ta' l-ajru, u 'l kull annimal selvaġġ; imma ghall-bniedem ma nstabet ebda għajnuna tgħodd għalih.(Ġen:2:21) U l-Mulej Alla tefa' nagħsa tqila fuq il-bniedem; u dan raqad. U ħadlu waħda minn kustiljih u flokha mlieh bil-laħam.(Ġen:2:22) U l-Mulej Alla sawwar il-kustilja, li kien ħa mill-bniedem, f'mara u ġiebha lill-bniedem.(Gen:2:23) Mbagħad il-bniedem qal:  ̋Din id-darba din hi  għadma minn għadmi,  u laħam minn laħmi,  għalhekk tissejjaħ mara,  għax mir-raġel ittieħdet hi.̏(Ġen:2:24) Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma' martu u jsiru ġisem wieħed.(Ġen:2:25)    U t-tnejn kienu għerja, ir-raġel u martu, u ma kinux jistħu minn xulxin.

 

 

 

 

 

 

Id-dilluvju

(Ġen:7:11) Fis-sitt mitt sena ta' għomor Noè, fit-tieni xahar, fis-sbatax-il jum tax-xahar, f'dan il-jum infaqgħu l-għejun tal-qiegh il-kbir u nfetħu bwieb is-smewwiet.(Ġen:7:12) U baqgħet nieżla x-xita fuq l-art għal erbgħin jum u erbgħin lejl.(Ġen:7:13) Sewwasew f'dan il-jum daħlu  fl-arka Noè u Sem, Ham u Gafet, ulied Noè, u l-mara ta' Noè, u t-tliet nisa ta' wliedu magħhom;(Ġen:7:14) huma u l-annimali kollha skond ġenshom, u l-bhejjem skond ġenshom u kull ma jitkaxkar fl-art skond ġensu u kull tajra skond ġensha, u kull xorta ta' għasafar.(Ġen:7:15) Daħlu fl-arka ma' Noè, tnejn tnejn minn kull laħam li kien fih nifs  il-ħajja.(Ġen:7:16) U dawk li daħlu ġew, raġel u mara, minn kull ġens; daħlu bħalma kien ordnalu Alla. U l-Mulej sakkar warajh.(Ġen:7:17) U d-dilluvju baqa' sejjer fuq l-art għal erbgħin jum; u l-ilmijiet bdew joktru u jgħollu l-arka, u din għoliet 'il fuq minn wiċċ l-art.(Ġen:7:18)  U l-ilmijiet tqawwew u kotru ħafna fuq l-art, u l-arka kienet tgħum f'wiċċ l-ilma.(Ġen:7:19) U tqawwew bis-sħiħ l-ilmijiet fuq l-art, u għattew  il-muntanji għoljin kollha taħt is-sema.(Ġen:7:20) Ħmistax-il driegh 'il fuq għola l-ilma u tgħattew il-muntanji.(Ġen:7:21) U mietu l-ħlejjaq ħajjin kollha li jgħixu fuq l-art, tjur, bhejjem tad-dar, annimali selvaġġi, kull ma jitkaxkar ma' l-art, u l-bnedmin kollha.(Ġen:7:22) Kull ma kellu nifs il-ħajja f'imnifsejh, kull ma kien jgħix fl-inxif, miet.(Ġen:7:23)              U qered il-ħlejjaq kollha minn wiċċ l-art: mill-bniedem sal-bhejjem, mill-ħlejjaq li jitkaxkru sat-tajr ta' l-ajru, kollha nqerdu minn wiċċ l-art, u baqa' biss Noè u dawk li kienu miegħu fl-arka.(Ġen:7:24) U l-ilmijiet baqgħu jgħarrqu l-art għal mija u ħamsin jum.

 

 

 

 

It-torri ta' Babel

(Ġen:11:1) U l-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed.(Ġen:11:2) Meta l-bnedmin telqu mil-lvant sabu wita f'art Singhar u baqgħu hemm.(Ġen:11:3) U qalu wieħed lil iehor: ̋Ejjew nagħmlu l-madum   u naħmuh sewwa!̏ U l-madum kienu jużawh flok il-ġebel, u l-qatran flok it-tajn.(Ġen:11:4) U reġgħu qalu: ̋Ejjew nibnu belt għalina, u torri, bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ kollu ta' l-art.̏(Ġen:11:5) U l-Mulej niżel jara l-belt u t-torri li kienu qegħdin jibnu l-bnedmin.(Ġen:11:6) U l-Mulej qal: ̋Arahom, poplu wiehed u lsien wieħed għalihom ilkoll. U dan għadu l-bidu ta' xogħolhom; issa kull ma jiġihom f'rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom!(Ġen:11:7) Ejja, ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom, ħalli ma jifhmux ilsien xulxin.̏(Ġen:11:8) U l-Mulej xerridhom minn hemm għal fuq wiċċ l-art kollha, u waqfu mill-bini tal-belt.(Ġen:11:9) Għalhekk bdew isejjħulha Babel, ghax hemm ħawwad il-Mulej ilsien l-art, u minn hemm xerridhom il-Mulej mal-wiċċ kollu ta' l-art.

 

 

 

 

Nar fuq is-sagrifiċċju ta’ Abram

(Ġen:15:17) Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan u lsien nar iżiġġ qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam.

 

It-tnissil  ta’ Iżakk

(Ġen:17:17) U nxteħet għal wiċċu fl-art Abraham u daħak, u qal f'qalbu: ̋Huwa wieħed ta' mitt sena jitweldulu t-tfal? U Sara mara ta' disgħin sena tista' tiled.

(Ġen:18:12) U Sara daħket f'qalbha u qalet: ̋Wara li dbilt u sidi diġà xjieh sa jkolli l-pjaċir?̏

(Ġen:21:2) U Sara tqalet u wildet iben lil Abraham fi xjuħitu, fiż-żmien li kien qallu Alla.

 

 

 

 

 
Il-qerda ta' Sodoma u Gomorra

(Ġen:19:1) U ż-żewġ anġli waslu Sodoma fil-għaxija; u Lot kien qiegħed fil-bieb ta' Sodoma. Malli Lot rahom qam u mar jilqagħhom, u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom.(Ġen:19:2) U qalilhom: ̋Ara, sidien tiegħi, jekk jogħġobkom, duru lejn id-dar tal-qaddej tagħkom; għaddu l-lejl hemm, aħslu riġlejkom u mbagħad bakkru u morru għal triqtkom.̏ U qalulu: ̋Le! ngħaddu l-lejl fil-misraħ.̏(Ġen:19:3) U hu baqa' jissikkahom, u huma lwew lejn daru u marru għandu. U lestielhom ikla, ħmielhom ħobż bla ħmira, u kielu.(Ġen:19:4) Qabel ma raqdu, in-nies tal-belt, in-nies ta' Sodoma, miż-żgħir sal-kbir, il-poplu kollu minn kull naha, dawwru   d-dar.(Ġen:19:5) U sejjħu lil Lot u qalulu: ̋Fejn huma n-nies li daħlu għandek illejla? Oħroġhomlna, ħalli ninqdew bihom.̏(Ġen:19:6) Lot ħareġ għalihom ħdejn il-bieb, u għalaq il-bieb warajh.(Ġen:19:7) U mbagħad qalilhom: ̋Le, huti, tagħmlux id-deni.(Ġen:19:8) Araw, jien għandi żewġt ibniet li għadu ma għarafhom ħadd, ħa noħroġhomlkom it-tnejn  u għamlulhom kull ma jogħġobkom f'għajnejkom. Imma lil dawn l-irġiel la tagħmlulhom xejn, la darba daħlu għall-kenn tas-saqaf tiegħi.̏(Ġen:19:9) Imma huma qalulu: ̋Warrab minn hawn.̏ U bdew jgħidu: ̋Dan gie frustier f'nofsna, u issa jrid jagħmilha ta' mħallef! Nagħmlulek agħar minnhom.̏ U ħebbu għal Lot b'kemm kellhom saħħa, u kienu għoddhom kissru l-bieb.(Ġen:19:10) Imma l-irġiel meddew idejhom, u daħħlu lil Lot fid-dar, u sakkru l-bieb.(Ġen:19:11) U l-irġiel li kienu ħdejn il-bieb għamewhom ilkoll, miż-żgħir sal-kbir, u dawn għejew ifittxu  l-bieb.(Ġen:19:12) U l-irġiel qalu lil Lot: ̋Lil min fadallek aktar? Hatnek, uliedek, subien u bniet, u kull ma għandek fil-belt, oħroġhom minn dan il-post.(Ġen:19:13) Għax aħna se neqirdu dan il-post, għax l-għajta tagħhom kbira waslet quddiem il-Mulej u għalhekk bagħatna l-Mulej biex neqirduha.̏(Ġen:19:14) U ħareġ Lot u qal liż-żewġt irġiel, li kienu żżewwġu liż-żewġt ibniet tiegħu: ̋Qumu, oħorġu minn hawn, għax il-Mulej se jeqred il-belt.̏ Imma ħtienu dehrilhom li qiegħed jiċċajta.(Ġen:19:15) Malli beda jisbah, l-anġli bdew jgħaġġlu lil Lot u jgħidulu: ̋Qum, aqbad lil martek u ż-żewġt ibniet tiegħek, li hawn miegħek, li ma tinqeridx fil-kastig tal-belt.̏(Ġen:19:16) U beda jitnikker; imma l-irġiel qabduh minn idu, lilu, lil martu u ż-żewġt ibniet tiegħu, minħabba l-ħniena tal-Mulej għalih; u ħarġuh, u wassluh 'il barra  mill-belt.(Ġen:19:17) U malli ħarġuhom 'il barra qalulhom: ̋Aħrab, għax hemm ħajtek fin-nofs. La tħarisx warajk u anqas tieqaf imkien f'dawn l-inħawi. Aħrab lejn l-għoljiet li ma tinqeridx.̏(Ġen:19:18) U Lot qalilhom: ̋Le, Sidi.(Ġen:19:19) Ara, s'issa sab ħniena f'għajnejk il-qaddej tiegħek, u kbira l-ħniena li wrejt miegħi biex salvajtli ħajti. Imma jiena ma nistax naħrab lejn l-għoljiet bla ma tilħaqni l-ħsara u mmut.(Ġen:19:20) Ara, hawn din il-belt fil-qrib, ħa nistkenn hemm, belt żgħira hi. Ħalli naħrab u nistkenn hemm - m'hix belt żgħira? - u nsalva ħajti.̏(Ġen:19:21)  U wieġbu: ̋Ara jien se naqtagħlek xewqtek f'din il-ħaġa wkoll; m'iniex se neqred il-belt li għedtli.(Ġen:19:22)

Fittex aħrab hemmhekk, għax ma nista' nagħmel xejn qabel ma tasal hemm.̏ Għalhekk semmew dik il-belt Sogħar.

(Ġen:19:23) U x-xemx kienet tielgħa fuq l-art, meta Lot wasal Sogħar.(Ġen:19:24) U l-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta' kubrit u nar mis-smewwiet mingħand il-Mulej.(Ġen:19:25) U qered dawk l-ibliet u l-inħawi kollha ta' madwarhom, u 'l kull min kien jgħammar fihom, u l-ħdura kollha ta' l-art.(Ġen:19:26) U l-mara ta' Lot ħarset lura, minn warajh, u saret plier tal-melħ.(Ġen:19:27) U Abraham qam fil-għodu kmieni u rħielha lejn il-post fejn kien qagħad quddiem  il-Mulej.(Ġen:19:28) U ħares lejn Sodoma u Gomorra, u fuq l-art kollha ta' madwarhom, u ra li kien tiela' duħħan mill-art, bħad-duħħan ta' forn.(Ġen:19:29) Meta Alla qered l-ibliet tal-wita, Alla ftakar f'Abraham u ħareġ lil Lot minn nofs il-qerda, meta qered l-ibliet, li fihom kien jgħammar Lot.

Fittex aħrab hemmhekk, għax ma nista' nagħmel xejn qabel ma tasal hemm.̏ Għalhekk semmew dik il-belt Sogħar.

 

 

Nisel il-Mowabin u l-Għammonin

(Ġen:19:30) U Lot tala' minn Sogħar, u mar jgħammar fuq l-għoljiet maż-żewġ uliedu bniet, għax baża' jgħammar f'Sogħar. U kienu jgħixu f'għar, hu u ż-żewġt ibniet tiegħu.(Ġen:19:31) U l-kbira qalet liż-żgħira: ̋Missierna xjieh, u ma hawn ebda raġel biex jersaq lejna skond id-drawwa ta' l-art kollha.(Ġen:19:32) Ejja nisqu l-inbid lil missierna u norqdu miegħu, u nżommu n-nisel ħaj minn missierna.̏(Ġen:19:33) U sqew            l-inbid lil missierhom dak il-lejl stess, u l-kbira resqet lejh, u mteddet ma' missierha, u dan ma ntebaħx biha, la meta mteddet u lanqas meta qamet.(Ġen:19:34) U l-għada l-kbira qalet liż-żgħira: ̋Ara, jien imteddejt ma' missieri l-lejl l-ieħor, ħa nisquh l-inbid illejla wkoll, u mur inti mtedd miegħu, u hekk inżommu n-nisel ħaj minn missierna.̏(Ġen:19:35) U dak il-lejl ukoll sqew l-inbid lil missierhom, u ż-żgħira qamet u marret imteddet miegħu, u hu ma ntebaħx biha, la meta raqdet u lanqas meta qamet.(Ġen:19:36) U ż-żewġt ibniet ta' Lot tqalu minn missierhom.(Ġen:19:37) U l-kbira wildet iben u semmietu Mowab - missier il-Mowabin sa llum.(Ġen:19:38) U ż-żgħira wkoll wildet iben u semmietu Bin-għammi - missier l-Għammonin sa llum

 

 

 

Il-mara ta’ Lot inbidlet f’kolonna tal-melħ

(Ġen:19:26) U l-mara ta' Lot ħarset lura, minn warajh, u saret plier tal-melħ

 

 

 

 

 

 

Il-fejqan ta’ Abimelek lil lmartu u ‘l qaddejja u wildu

(Ġen:20:17) U Abraham talab lil Alla; u Alla fejjaq lil Abimelek, u lil martu u 'l qaddejja tiegħu, u dawn wildu.

(Ġen:20:18) Għax il-Mulej kien għalaq kull ġuf f'dar Abimelek minħabba l-biċċa ta' Sara, mart Abraham.

 

 

Jiftah għajnejn Haqar

(Ġen:21:19) Mbagħad Alla fetħilha għajnejha u rat bir ilma. U marret u mliet iż-żaqq bl-ilma u sqiet it-tifel.

It-tnissil ta’ Jakob u Iżakk

(Ġen:25:21) U Iżakk talab lill-Mulej għal martu ghax kienet sterili u l-Mulej sama' talbu, u Rebekka martu tqalet.

 

Rakel jinfetaħ gufha

(Ġen:30:22) U Alla ftakar f'Rakel u semagħha u fetħilha ġufha.

 

 

IL-MIRAKLI TA' MOSE'

 

(Exod:3:2) Hawn deherlu l-anġlu tal-Mulej f'huġġiega nar qalb  l-għollieq jabad bin-nar bla ma jintemm.

 

(Exod:4:3) U hu qallu: ̋Ixhtu  fl-art.̏ U hu xehtu fl-art, u sar serp; u Mosè ħarab minnu.          

 

(Exod:4:4) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Midd idek, u aqbdu minn denbu’’ u medd idu u qabdu, u sar ħatar f’idu.

 

(Exod:4:30) U Aron qalilhom il-kliem kollu li l-Mulej kien qal lil Mosè, u għamel is-sinjali quddiem il-poplu    

 

(Exod:7:10) U Mosè u Aron marru quddiem il-Farghun u għamlu hekk kif kien ordnalhom il-Mulej: Aron xeħet il-ħatar tiegħu quddiem il-Farghun u l-qaddejja tiegħu, u dan sar serp.     

 

(Exod:7:12) Kull wieħed xeħet il-ħatar tiegħu, u dawn saru sriep. Imma l-ħatar ta' Aron bala' l-oħtra tagħhom.                           

 

(Exod:4:6) Il-Mulej raġa' qallu: ̋Daħħal idek f'ħobbok.̏ U hu daħħal idu f'ħobbu; u meta ħariġha sabha mimlija lebra, bajda bħas-silġ.

 

(Exod:4:7) U Alla qallu: ̋Erġa' daħħal idek f'ħobbok.̏ Għalhekk raġa' daħħal idu f'ħobbu, u meta ħariġha reġgħet għal li kienet bħall-bqija ta' ġismu.'

 

(Exod:4:30) U Aron qalilhom il-kliem kollu li l-Mulej kien qal lil Mosè, u għamel is-sinjali quddiem il-poplu.                  

 

 

IL-KASTIGI TA' L-EĠITTU

Ilma jsir demm

(Exod:7:14) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qalb il-Farghun twebbset, u ma jridx jitlaq il-poplu.(Exod:7:15) Mur għand il-Farghun fil-għodu, hu u ħiereg lejn ix-xmara, u oqgħod stennieh ħdejn ix-xatt biex tkellmu, u hu f'idejk il-ħatar li kien inbidel f'serp.(Exod:7:16) U int għidlu: 'Il-Mulej, Alla ta'  l-Għebrej, bagħatni għandek ngħidlek: Itlaq il-poplu tiegħi biex jagħtini qima fid-deżert, u int s'issa ma smajtx. Dan jgħid il-Mulej:  (Exod:7:17) 'B'dan tagħraf li jien il-Mulej: Arani se nagħti b'dan il-ħatar fuq l-ilma tan-Nil u dan isir demm,(Exod:7:18) u jmut il-ħut li hemm  fin-Nil, u tinten in-Nil u l-Eġizzjani jiddardru jixorbu minnha.' ̏(Exod:7:19) U l-Mulej kellem lil Mosè: ̋Għid lil Aron: 'Hu l-ħatar tiegħek u midd idek fuq l-ilmijiet ta' l-Eġittu, fuq ix-xmajjar tagħhom, fuq  is-swieqi tagħhom, fuq l-għadajjar u l-gwiebi kollha ta' l-ilma tagħhom, u dawn isiru demm. U jkun hemm id-demm ma' l-art kollha ta' l-Eġittu, sew fil-ġarar ta' l-għuda sew fil-ġarar tal-ġebel.' ̏(Exod:7:20) U għamlu hekk Mosè u Aron, kif ordnalhom il-Mulej. Aron rafa' idu u ta daqqa fuq l-ilma tan-Nil quddiem il-Farghun u l-qaddejja tiegħu. U l-ilma kollu  li hemm fin-Nil sar demm.(Exod:7:21) U l-ħut li hemm fix-xmara miet,  u nitnet in-Nil u l-Eġizzjani ma setgħux jixorbu mill-ilma tan-Nil. U kien hemm id-demm ma' l-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:7:22) U s-saħħara Eġizzjani għamlu hekk ukoll bis-sħarijiet tagħhom. U qalb il-Farghun twebbset u ma tahomx widen, bħalma kien qalilhom il-Mulej.  (Exod:7:23) Il-Farghun dar u raġa' lura f'daru, u fuq dan anqas biss qagħad jaħseb.(Exod:7:24) U l-Eġizzjani ħaffru madwar ix-xmara għall-ilma x'jixorbu, għaliex ma setgħux jixorbu mill-ilma tax-xmara.

 

 

 

Iż-żrinġijiet

(Exod:8:1) Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Għid lil Aron: 'Midd idek bil-ħatar fuq  ix-xmajjar, fuq is-swieqi u fuq l-għadajjar u tella' ż-żrinġijiet għal fuq  l-art ta' l-Eġittu.' ̏(Exod:8:2) Aron medd idu fuq l-ilmijiet ta' l-Eġittu; u tella' ż-żrinġijiet u dawn ksew l-art ta' l-Eġittu.(Exod:8:3) U s-saħħara bis-sħarijiet tagħhom tellgħu huma wkoll iż-żrinġijiet għal fuq l-art ta' l-Eġittu.(Exod:8:4) Mbagħad il-Farghun sejjaħ lil Mosè u lil Aron                  u qalilhom: ̋Itolbu lill-Mulej ineħħi ż-żrinġijiet minn dari, minn fost  il-poplu tiegħi, u jien nibgħat lill-poplu biex joffri s-sagrifiċċji  lill-Mulej.̏(Exod:8:5) U Mosè wieġeb lill-Farghun: ̋Meta jogħġbok, għidli meta tridni nitlob għalik u għall-qaddejja tiegħek u għall-poplu tiegħek, biex jinqerdu ż-żrinġijiet minnek u minn darek u mill-qaddejja tiegħek, u jibqgħu biss fin-Nil.̏(Exod:8:6) U l-Farghun wieġeb: ̋Għada.̏ U Mosè wieġeb: ̋Kif għedt isir, biex tkun taf li ħadd m'hemm bħall-Mulej, Alla tagħna.(Exod:8:7) Iż-żrinġijiet jitbiegħdu minnek, u minn darek,  u  mill-qaddejja tiegħek, u jibqgħu biss fin-Nil.̏(Exod:8:8) U Mosè u Aron ħarġu minn quddiem il-Farghun; u Mosè għajjat u sejjaħ lill-Mulej minħabba ż-żrinġijiet kif kien ftiehem mal-Farghun.(Exod:8:9) Il-Mulej għamel kif talbu Mosè u mietu ż-żrinġijiet fid-djar, fl-irħula   u fir-raba'.(Exod:8:10) U ġabruhom gods gods, u l-art nitnet.( Exod:8:11) Meta l-Farghun ra li l-art ħadet ir-ruħ qalbu twebbset u ma tahomx widen, kif kien qalilhom il-Mulej.

 

 

In-nemus

(Exod:8:12) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Għid lil Aron, 'Hu u midd il-ħatar tiegħek u olqot bih it-trab ta' l-art u jinbidel f'nemus fl-art kollha ta'  l-Eġittu.' ̏(Exod:8:13) U għamlu hekk; Aron midd idu bil-ħatar u laqat it-trab ta' l-art u sar nemus fuq in-nies u l-bhejjem, ghax it-trab ta' l-art sar nemus fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:8:14) U s-saħħara għamlu l-istess bis-sħarijiet tagħhom biex joħorġu n-nemus mit-trab, iżda ma setgħux. In-nemus kien fuq in-nies u l-bhejjem.(Exod:8:15) U s-saħħara qalu lill-Farghun: ̋Is-sebgħa ta' Alla dan!̏. Iżda qalb il-Farghun twebbset u ma tahomx widen, bħalma kien qalilhom il-Mulej.

 

Id-dubbien

(Exod:8:16) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qum fil-għodu kmieni u mur quddiem il-Farghun, ara, hu joħroġ lejn ix-xmara u inti għidlu: 'Dan jgħid il-Mulej: Ibgħat il-poplu tiegħi biex jagħtini qima.(Exod:8:17) Għax jekk ma tibgħatx il-poplu tiegħi, arani, se nibgħatlek id-dubbien, lilek u lill-qaddejja tiegħek u l-poplu tiegħek u fid-djar tiegħek; u jimtlew id-djar ta' l-Eġittu bid-dubbien u wkoll l-art li huma fuqha.          (Exod:8:18) Dak inhar nifred l-art ta' Gosen, li fiha qiegħed jgħix il-poplu tiegħi, sabiex hemm ma jkunx hemm dubbien, biex tkun taf li jien  il-Mulej f'nofs l-art.(Exod:8:19) U jien nagħmel għażla bejn il-poplu tiegħi u bejn il-poplu tiegħek; u dan is-sinjal iseħħ għada. ̏(Exod:8:20) U hekk għamel il-Mulej; u daħlu qtajja' ta' dubbien fid-dar tal-Farghun, fid-djar tal-qaddejja tiegħu, u fl-art kollha ta' l-Eġittu, u tħassret l-art minħabba d-dubbien.(Exod:8:21) Il-Farghun sejjaħ lil Mosè u 'l Aron u qalilhom: ̋Morru u offru sagrifiċċji lil Alla tagħkom fil-pajjiż.̏(Exod:8:22) U Mosè wieġeb: ̋M'hux sewwa li nagħmlu dan, għaliex ma togħġobx lill-Eġizzjani li aħna noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħna. U jekk aħna noffru xi ħaġa quddiemhom, li jistkerrhu  l-Eġizzjani, ma jħaġġruniex?(Exod:8:23) Ħalli mmorru tlitt ijiem  'il bogħod fid- deżert, u noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħna, kif jgħidilna hu.̏(Exod:8:24) U l-Farghun wieġeb: ̋Jiena se nħallikom tmorru u intom toffru s-sagrifċċcji lill-Mulej, Alla tagħkom, fid-deżert. Biss tmorrux 'il bogħod wisq, u itolbu għalija.̏(Exod:8:25) U Mosè wieġeb: ̋Arani, jien ħiereġ minn quddiemek u nitlob lill-Mulej għalik biex  id-dubbien jitlaq lill-Farghun u l-qaddejja tiegħu u l-poplu tiegħu, għada stess. Biss il-Farghun ma għandux ikompli jqarraq bina, billi ma jħalli il-poplu jitlaq u jmur joffri s-sagrifiċċji lill-Mulej.̏(Exod:8:26) U Mosè ħareġ minn quddiem il-Farghun u talab lill-Mulej.(Exod:8:27) U l-Mulej għamel kull ma qallu Mosè, u d-dubbien warrab mingħand il-Farghun, u l-qaddejja tiegħu, u minn fuq il-poplu; u lanqas wahda ma baqgħet.(Exod:8:28) Iżda qalb il-Farghun reġgħet twebbset din id-darba wkoll, u ma telaqx il-poplu.

 

Il-pesta

(Exod:9:1) Il-Mulej kellem lil Mosè: ̋Mur għand il-Farghun u għidlu: 'Hekk jgħid il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: Itlaq lill-poplu tiegħi ħalli jagħtini qima.(Exod:9:2) Għaliex jekk inti ma tridx titlaqhom u tibqa' żżommhom,(Exod:9:3) id il-Mulej tinżel fuqek u ġġiblek pesta qalila fuq l-imrieħel tiegħek li hemm fir-raba', u ż-żwiemel, il-ħmir, l-iġmla, il-baqar u n-nagħaġ.(Exod:9:4) Imma l-Mulej jagħmel għażla bejn  l-imrieħel ta' Iżrael u l-imrieħel ta' l-Eġittu, u xejn ma jmut minn dak  li hu ta' wlied Iżrael.' ̏(Exod:9:5) U l-Mulej għażel iż-żmien u qal: ̋Għada  l-Mulej jagħmel dan fl-art.̏(Exod:9:6) U l-għada l-Mulej għamel dan.  U mietu l-imrieħel kollha ta' l-Eġittu, u mill-imrieħel ta' wlied Iżrael ma miet ħadd.(Exod:9:7) U l-Farghun bagħat jara; u, ara, ma kienet mietet anqas waħda mill-imrieħel ta' Iżrael. Imma qalb il-Farghun twebbset, u ma telaqx il-poplu.

 

L-infafet

(Exod:9:8) U l-Mulej qal lil Mosè u 'l Aron: ̋Ħudu daqs ponn irmied  tal-kenur, u ħalli Mosè jtajjru lejn is-sema quddiem il-Farghun,  (Exod:9:9) u jsir għabra għal fuq l-art kollha ta' l-Eġittu, u jġib dbabar  li jintefħu fi nfafet fuq in-nies u l-bhejjem kollha fl-art ta'   l-Eġittu.̏(Exod:9:10) U ħadu l-irmied tal-kenur, u marru quddiem   il-Farghun, u Mosè tajjru lejn is-sema; u sar dbabar li jintefħu fi nfafet fuq in-nies u l-bhejjem.(Exod:9:11) U s-saħħara ma setgħux jieqfu quddiem Mosè minħabba d-dbabar; ghax id-dbabar kienu fuq is-saħħara u fuq l-Egizzjani kollha.(Exod:9:12) Iżda l-Mulej webbes qalb il-Farghun, u ma tahomx widen, kif kien qalilhom il-Mulej.

 

 

Is-silġ

(Exod:9:13) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qum fil-għodu kmieni u mur quddiem il-Farghun u għidlu: 'Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: Itlaq lill-poplu tiegħi biex jagħtini qima.(Exod:9:14) Din id-darba nerħi fuqek is-swat tiegħi kollu, fuq il-qaddejja tiegħek, u fuq il-poplu tiegħek kollu, biex tkun taf li m'hawnx bħali fl-art kollha.(Exod:9:15) Għax kieku s'issa middejt idi, u lqatt lilek u lill-poplu tiegħek bil-pesta, kont tkun diġà meqrud mill-art.(Exod:9:16) Imma għalhekk jien ħallejtek tgħix, biex nurik il-qawwa tiegħi u ismi jixxandar ma' l-art kollha.(Exod:9:17) U int għadek imkabbar mal-poplu tiegħi, u ma tħallihomx jitilqu.  (Exod:9:18) Hawn issa, arani, se nibgħat għada bhalissa xita ta' silġ bil-qliel, li bħalha qatt ma kien hawn fl-Eġittu minn mindu twaqqaf sa llum.(Exod:9:19) Għalhekk issa ibgħat u iġbor għall-kenn l-imrieħel u kull ma għandek fir-raba', għax ix-xita tas-silġ se tilħaq lil kull bniedem u bhima li jkunu barra fir-raba' u ma jinġabrux id-dar, u jmutu.' ̏(Exod:9:20) U mbagħad il-qaddejja tal-Farghun, li kienu jibżgħu  mill-kelma tal-Mulej, ġabru malajr il-qaddejja u l-imrieħel tagħhom  fi djarhom.(Exod:9:21) Imma dawk li ma tawx widen għall-kelma               tal-Mulej, ħallew il-qaddejja u l-imrieħel tagħhom fir-raba'.  (Exod:9:22) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Midd idek lejn is-sema u jinżel silġ fuq l-art kollha ta' l-Eġittu, fuq in-nies, fuq il-bhejjem u fuq il-ħaxix kollu tar-raba' fl-art ta' l-Eġittu.(Exod:9:23) U Mosè għolla l-ħatar tiegħu lejn is-sema u l-Mulej bagħat ragħad u silġ, u nar iżiġġ lejn l-art, u xita ta' silġ fuq l-art ta' l-Eġittu.(Exod:9:24) Niżel is-silġ, in-nar żiġġ f'nofs  is-silġ, kienet tempesta kbira li bħalha qatt ma kien hemm minn mindu l-Eġittu sar poplu.(Exod:9:25) Is-silġ laqat l-art kollha ta' l-Eġittu   u ħarbat kull ma kien hemm fir-raba', min-nies sal-bhejjem u l-ħaxix kollu tar-raba' u s-siġar kollha tar-raba', kissirhom is-silġ.   (Exod:9:26) Biss fl-art ta' Gosen, fejn kien hemm ulied Iżrael, ma kienx hemm silġ.(Exod:9:27) Il-Farghun bagħat għal Mosè u Aron, u qalilhom: ̋Din id-darba għandi ħtija. Il-Mulej għandu raġun, u jien u l-poplu tiegħi huma l-ħatja.(Exod:9:28) Itolbu lill-Mulej, għax kien hawn biżżejjed ragħad ta' Alla u silġ; jien nitlaqkom u ma toqogħdux aktar hawn.̏(Exod:9:29) U Mosè wieġbu: ̋Malli noħroġ mill-belt ngħolli idejja lejn il-Mulej; ir-ragħad jieqaf, u s-silġ ma jinżilx aktar, biex tkun taf li  l-art hi tal-Mulej.(Exod:9:30) Iżda jien naf li int u l-qaddejja tiegħek għadkom ma tibżgħux mill-Mulej Alla.̏(Exod:9:31) Il-kittien u x-xgħir tħarbtu, għaliex ix-xgħir kien bis-sbul u l-kittien kien   bl-inwar.(Exod:9:32) Imma l-qamħ u l-ġulbiena ma ġralhom xejn, ghax dawn isiru fl-aħħar.(Exod:9:33) Mosè telaq minn quddiem il-Farghun, u ħareġ mill-belt, u għolla idejh lejn il-Mulej, u waqaf ir-ragħad; u s-silġ u x-xita ma niżlux aktar fuq l-art.(Exod:9:34) Malli l-Farghun ra li x-xita u r-ragħad u s-silġ waqfu, kompla jidneb u webbes qalbu, hu u l-qaddejja tiegħu.(Exod:9:35) U qalb il-Farghun twebbset, u ma telaqx lil ulied Iżrael - kif kien qal il-Mulej permezz ta' Mosè.

 

 

 

Il-ġradijiet

(Exod:10:1) Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Mur għand il-Farghun, għax jien webbistlu qalbu u qalb il-qaddejja tiegħu, biex nagħmel dawn is-sinjali tiegħi f'nofshom,(Exod:10:2) u biex ixxandar u ssamma' f'widnejn ibnek u wlied ibnek li jien qgħadt nitliegħeb bl-Eġizzjani, u s-sinjali li jien għamilt go nofshom, sabiex tkun tafu li jien il-Mulej.̏(Exod:10:3) U Mosè u Aron marru għand il-Farghun u qalulu: ̋Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: 'Kemm se ddum ma tbaxxi rasek quddiemi? Itlaq lill-poplu tiegħi biex iqimni.(Exod:10:4) Jekk inti tibqa' ma tridx tibgħat lill-poplu tiegħi, arani, għada nġib il-ġradijiet fl-art ta' pajjiżek.(Exod:10:5) U huma jiksu wicc l-art, u ħadd ma jkun jista' jaraha, u jieklu minn dak li ħallielkom is-silġ, u jieklu kull siġra li tikbrilkom fir-raba'.(Exod:10:6) U jimlewlek djarek u d-djar tal-qaddejja tiegħek u d-dar ta' kull Eġizzjan; ħaġa li qatt ma raw missirijietek, u missier missirijietek minn mindu ilkom fuq l-art sa llum.' ̏ U Mosè dawwar wiċċu u ħareġ minn quddiem il-Farghun.(Exod:10:7) U l-qaddejja tal-Farghun qalulu: ̋Kemm se jdum ifixkilna dan il-bniedem? Itlaq l-irġiel ħa jmorru jagħtu qima lill-Mulej Alla tagħhom. Għadek ma fhimtx li l-Eġittu se jsir ħerba?̏(Exod:10:8) U Mosè u Aron reġgħu lura għand il-Farghun u qalilhom: ̋Morru agħtu qima lill-Mulej tagħkom. Imma min huma dawk li sejrin?̏(Exod:10:9) U Mosè wieġeb: ̋Aħna sejrin biż-żgħażagħ u x-xjuħ tagħna, b'uliedna, bis-subien u l-bniet tagħna, bin-nagħaġ u l-baqar tagħna. Għax għalina din hi l-festa tal-Mulej.̏(Exod:10:10) U hu weġibhom: ̋Hekk ikun! Daqs kemm hu l-Mulej magħkom, ma nitlaqx lilkom u liż-żgħar tagħkom. Ħsieb ħażin għandkom f'raskom!(Exod:10:11) M'hux hekk, jitilqu biss l-irġiel u jagħtu qima lill-Mulej, għax dan li intom tridu.̏ U keċċewhom minn quddiem   il-Farghun.(Exod:10:12) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Midd idek fuq l-art ta'  l-Eġittu biex jiġu l-ġradijiet fuq l-art ta' l-Eġittu, u jieklu l-ħaxix kollu ta' l-art, u kull ma ħalla sħiħ is-silġ.̏(Exod:10:13) U Mosè medd il-ħatar tiegħu fuq l-art ta' l-Eġittu; il-Mulej qajjem riħ mix-xlokk il-jum u l-lejl kollu, mas-sebh ir-riħ mix-xlokk kien ġieb il-ġradijiet. (Exod:10:14) U l-ġradijiet telgħu fuq l-art ta' l-Eġittu, u strieħu fuq  ir-raba' kollu ta' l-Eġittu, kotra kbira ħafna, li bħalha qatt ma kien hemm qabel, u anqas ikun hemm wara.(Exod:10:15) U ksew wiċċ l-art kollha. L-art iddallmet bihom, u kielu l-ħaxix kollu ta' l-art, u l-frott tas-siġar kollha li kien ħalla s-silġ, u ma baqax werqa ħadra mis-siġar u mill-ħaxix tar-raba' fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:10:16) Il-Farghun bagħat malajr għal Mosè u Aron u qalilhom: ̋Dnibt kontra l-Mulej, Alla tagħkom, u kontra tagħkom.(Exod:10:17) U issa aħfruli dnubi ghal din id-darba,         u itolbu lill-Mulej, Alla tagħkom, li jwarrab minn quddiemi din il-qerda.̏(Exod:10:18) U telqu minn quddiem il-Farghun u talbu  lill-Mulej,(Exod:10:19) u l-Mulej qajjem riħ qawwi mill-baħar u rafa'  l-ġradijiet, u ġarrhom għal Baħar il-Qasab; u ma baqax ġrad wieħed  fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:10:20) U webbes il-Mulej qalb il-Farghun; u dan lil ulied Iżrael ma telaqhomx.

 

 

Id-dlam

(Exod:10:21) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Erfa' idek lejn is-sema, ha taqa' dalma fuq l-Eġittu, dalma li tmissha b'idejk.̏(Exod:10:22) U Mosè għolla idu lejn is-sema, u sar dlam ċappa, fl-art kollha ta' l-Eġittu għal tlitt ijiem.(Exod:10:23) Ma kinux jaraw wieħed lil ieħor, u ħadd ma qam għal tlitt ijiem sħaħ minħabba d-dlam. U fejn kienu joqogħdu wlied Iżrael kien hemm id-dawl.(Exod:10:24) U l-Farghun bagħat għal Mosè u qallu: ̋Morru agħtu qima lill-Mulej. Biss in-nagħaġ u l-baqar tagħkom ħalluhom warajkom, ħudu magħkom 'l uliedkom biss.̏(Exod:10:25) U Mosè wieġeb: ̋Int ikollok tagħtina wkoll f'idejna vittmi ghas-sagrifiċċji u l-offerti, biex noffruhom lill-Mulej, Alla tagħna.(Exod:10:26) L-imrieħel tagħna wkoll għandhom jigu magħna; ma għandu jibqa' anqas difer wieħed, ghax minnhom irridu nieħdu biex nagħtu qima lill-Mulej; u aħna ma nafux biex se nqimu lill-Mulej qabel ma naslu hemm.̏(Exod:10:27) Imma l-Mulej webbes qalb il-Farghun u ma riedx jitlaqhom.(Exod:10:28) U l-Farghun qallu: ̋Itlaq minn quddiemi. Qis li ma tiġix iżjed tara 'l wiċċi, għax dak  in-nhar li tara 'l wiċċi tmut.̏(Exod:10:29) U Mosè wieġeb: ̋Kif għedt int. Wiċċek aktar ma narahx.̏

 

Tħabbira ta' l-aħħar kastig

(Exod:11:4) U Mosè qal: ̋Dan jgħid il-Mulej: Għal xi nofs il-lejl, illejla jien noħroġ f'nofs l-Eġizzjani,(Exod:11:5) u jmut l-iben il-kbir fid-djar ta' l-Eġizzjani,  mill-kbir tal-Farghun bid-dritt għat-tron sal-kbir ta' l-ilsira, li ddawwar il-mitħna; u kull ferħ ta' l-ewwel tal-bhejjem.(Exod:11:6) U jkun hemm twerżiqa waħda kbira fl-art kollha ta' l-Eġittu, li bħalha la qatt kien hawn, u anqas ikun hawn.(Exod:11:7) U kontra wlied Iżrael lanqas kelb ma jinbah, la kontra n-nies u lanqas kontra l-bhejjem; biex tkunu tafu li l-Mulej għamel għażla bejn l-Eġizzjani u bejn ulied Iżrael.   

 

(Exod:12:17) U tħarsu żmien l-ażżmi għax sewwasew dak in-nhar ħriġtu l-qtajja' tagħkom mill-Eġittu. U intom tħarsu dan il-jum minn nisel għal nisel, u din hi liġi għal dejjem

 

Il-qerda ta' l-ulied il-kbar

(Exod:12:29) Gara li f'nofs il-lejl il-Mulej darab 'l ulied il-kbar fl-art ta'   l-Eġittu, mit-tifel il-kbir tal-Farghun bid-dritt għat-tron sal-kbir ta' l-ilsir ġewwa l-ħabs, u kull ferħ ta' l-ewwel tal-bhejjem.   (Exod:12:30) U l-Farghun qam billejl, hu u l-qaddejja tiegħu, u  l-Eġizzjani kollha, u telgħet twerżiqa waħda kbira mill-Eġittu, għax ma kienx hemm dar li ma kienx hemm xi mejjet fiha.

 

 

 

Exod:13:21) U l-Mulej binhar kien jimxi quddiemhom f'kolonna ta' sħab biex jurihom it-triq u billejl f'kolonna tan-nar biex jagħtihom id-dawl, u b'hekk setgħu jimxu billejl u binhar. (Exod:13:22) U l-kolonna tas-sħab binhar u l-kolonna tan-nar billejl ma kinitx tgħib minn quddiem il-poplu.

 

(Exod:14:19) U mbagħad l-anġlu ta' Alla, li kien miexi quddiem it-tined ta' Iżrael, telaq u mar warajhom, u l-kolonna ta' sħab minn quddiemhom marret qagħdet warajhom, u ġiet bejn it-tined ta'  l-Eġizzjani u t-tined ta' Iżrael.

 

(Exod:14:20) Kien hemm is-sħaba u  d-dlam, u għadda l-lejl bla ma ħadd minnhom seta' jersaq wieħed lejn l-ieħor.

 

 

 

 

Jaqsmu l-baħar

(Exod:14:22) U mbagħad ulied Iżrael daħlu fin-niexef f'nofs il-baħar;  l-ilmijiet kienu għalihom qishom ħitan fuq il-lemin u fuq  ix-xellug.

 

 

(Exod:14:23) L-Eġizzjani marru warajhom, u daħlu f'nofs  il-baħar, iż-żwiemel kollha tal-Farghun, il-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.(Exod:14:24) Fis-sahra ta' filgħodu, il-Mulej minn gol-kolonna tan-nar u s-sħaba xeħet ħarsa fuq it-tined ta' l-Eġizzjani, u ħarbathom.(Exod:14:25) U xekkel ir-roti tagħhom u bit-tbatija setgħu jmexxuhom. U mbagħad l-Eġizzjani bdew jgħajjtu: ̋Ħa naħarbu minn quddiem Iżrael, għaliex il-Mulej qiegħed jiġġieled kontra l-Eġizzjani!̏(Exod:14:26) Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Midd idek fuq il-baħar, u l-ilma jerġa' lura fuq l-Eġizzjani, bil-karrijiet u r-rikkieba tagħhom.̏(Exod:14:27) U Mosè medd idu fuq il-baħar. U ma' sbih il-jum il-baħar raġa' lura fejn kien qabel, u l-Eġizzjani, huma u jaħarbu, sabu ruħhom fih. Hekk il-Mulej gerbibhom f'nofs l-ilma.(Exod:14:28) L-ilmijiet reġgħu lura u għarrqu l-karrijiet u r-rikkieba ta' l-eżerċtu kollu tal-Farghun li kienu ġejjin warajhom fil-baħar. Anqas wieħed ma baqa' minnhom.(Exod:14:29) U wlied Iżrael għaddew fin-niexef f'nofs il-baħar, u l-ilmijiet kienu għalihom bħal ħitan wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.(Exod:14:30) Dak in-nhar il-Mulej salva lil Iżrael minn id   l-Eġizzjani, u Iżrael ra l-Eġizzjani mejta fuq xatt il-baħar.

 

(Exod:15:25) U Mosè sejjaħ lill-Mulej; u l-Mulej urieh biċċa għuda u xeħitha fl-ilma, u l-ilma sar ħelu. Hemm tahom liġi u ordni, u hemm ġarrabhom.

 

Il-Manna

(Exod:16:4) Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè: ̋Ara, se nibagħtilkom xita ta' ħobż mis-sema. Il-poplu kollu joħroġ u jiġbor minn jum għal ieħor kemm ikun jenħtieġ għall-ġurnata, biex hekk inġarrabhom u nara jimxux mal-liġi tiegħi jew le.(Exod:16:5) Fis-sitt jum, mbagħad, meta jkunu jħejju x'se jieħdu magħhom, iqisu li jkun darbtejn aktar minn dak li jiġbru kuljum.̏(Exod:16:6) U Mosè u Aron qalu lil ulied Iżrael kollha: ̋Fil-għaxija tkunu tafu li l-Mulej ħariġkom mill-art ta' l-Eġittu.(Exod:16:7) U għada fil-għodu taraw il-glorja tal-Mulej, għax hu sama' t-tgemgim tagħkom kontra l-Mulej. Aħna x'ahna biex tgergru kontra tagħna?̏(Exod:16:8) U qal Mosè: ̋Il-Mulej jagħtikom fil-għaxija laħam x'tieklu, u fil-għodu ħobż biex tixbgħu, għax il-Mulej sama' t-tgergir tagħkom li intom gemgimtu kontra tiegħu - għaliex aħna x'aħna? Mhux kontrina gergirtu, imma kontra l-Mulej.̏(Exod:16:9) Mosè, mbagħad, qal lil Aron: ̋Għid lill-ġemgħa kollha ta' Iżrael: 'Ersqu quddiem il-Mulej għax sama' t-tgergir tagħkom.' ̏(Exod:16:10) U kif Aron kien ikellem  lill-ġemgħa kollha ta' Iżrael, u ħarsu lejn id-deżert, hemm hi, il-glorja tal-Mulej dehret fi sħaba.(Exod:16:11) U l-Mulej kellem lil Mosè:(Exod:16:12) ̋Jien smajt it-tgergir ta' wlied Iżrael. Kellimhom u għidilhom: 'Fil-għaxija tieklu l-laħam u fil-għodu tixbgħu bil-ħobż. U tkunu tafu li jiena l-Mulej, Alla tagħkom.' ̏(Exod:16:13) U ġara li fil-għaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u fil-għodu kien hemm wiċċ nida madwar it-tined.(Exod:16:14) Meta din in-nida għabet, fuq wiċċ id-deżert kien hemm xi ħaġa rqiqa qisha ġlata fuq l-art.(Exod:16:15) Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: ̋Man-hu?̏ - Għax ma għarfux x'inhu. Mosè qalilhom: ̋Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tieklu.̏(Exod:16:16) Dan hu li l-Mulej ordnalkom: ̋Kull wieħed minnkom jiġbor minnha daqs kemm jista' jiekol; tieħdu daqs siegħ kull wieħed skond in-numru tan-nies li kull wieħed minnkom ikollu fit-tinda.̏(Exod:16:17) U wlied Iżrael għamlu hekk,  u ġabru min ftit u min ħafna.(Exod:16:18) Meta mbagħad kejjlu  bis-siegħ, min kellu ħafna ma kellux iż-żejjed; u min kellu ftit ma kellux in-nieqes. Kulħadd ġabar kemm kellu bżonn.(Exod:16:19) U Mosè qalilhom: ̋Hadd ma għandu jħalli minnu għal filgħodu.̏(Exod:16:20) Iżda ma semgħux minn Mosè. Xi wħud minnhom ħallew għal filgħodu, u ddewwdilhom u tħassar, u Mosè għadab għalihom.(Exod:16:21) U kienu jiġbru minnu kull filgħodu, kulhadd skond kemm kien jiekol. Malli kienet tisħon ix-xemx, kien idub.(Exod:16:22) U fis-sitt jum kienu jiġbru ħobż għal darbtejn, żewġ sigħan għal kull wieħed. Il-kapijiet tal-ġemgħa gew jgħidu b'dan lil Mosè.(Exod:16:23) U hu weġibhom: ̋Dan qal il-Mulej: 'Għada jum il-mistrieħ kbir, mistrieħ imqaddes lill-Mulej: Dak li għandkom taħmu, aħmuh; u dak li għandkom issajjru, sajjruh; u dak li jifdal, erfgħuh għal filgħodu.' ̏ Għalhekk refgħuh sa filghodu(Exod:16:24) kif wissiehom Mosè, u la tħassar u anqas iddewwed.(Exod:16:25) U Mosè qalilhom: ̋Kuluh illum, għax illum hu jum il-mistrieħ għall-Mulej. Illum ma ssibuhx fir-raba'.(Exod:16:26) Għal sitt ijiem tiġbru minnu, iżda fis-seba' jum, jum il-mistrieħ, ma jkunx hemm ġbir fih.̏(Exod:16:27) U ġara li fis-seba' jum xi wħud mill-poplu ħarġu jiġbru, u ma sabu xejn.(Exod:16:28) U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Kemm se ddumu ma tħarsu l-kmandamenti u l-liġi tiegħi?(Exod:16:29) Araw, il-Mulej takom il-mistrieħ is-Sibt; għalhekk fis-sitt jum jagħtikom ikel għal jumejn; u intom oqogħdu kull wieħed f'postu, u ma joħroġ ħadd jiġbor minnu fis-seba' jum.̏(Exod:16:30) U l-poplu kien jistrieh fis-seba' jum.(Exod:16:31) U dar Iżrael semmiet dan l-ikel: 'Manna'; kienet qisha bħal żerriegħa bajda tal-kożbor, u t-togħma tagħha kienet bħal ftira  bl-għasel.

(Exod:16:13) U ġara li  fil-għaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u fil-għodu kien hemm wiċċ nida madwar it-tined.

(Exod:17:9) Mosè qal lil Gożwè: ̋Agħżel irġiel u mur tqabad ma' Għamalek; jien noqgħod wieqaf fuq il-quċċata ta' l-għolja, bil-ħatar ta' Alla f'idi.̏(Exod:17:10) Gożwè għamel kif qallu Mosè, u mar jitqabad ma'  l-Għamalekin. Mosè, Aron u Hur telgħu fuq il-quċċata ta'  l-għolja.(Exod:17:11) Kull meta Mosè kien jerfa' idejh, Iżrael kien jirbah; u kull meta kien iniżżel idejh, kienu jirbħu l-Għamalekin.(Exod:17:12) Meta idejn Mosè bdew jitqalu, ħadu ġebla u qegħduhielu taħtu; u hu qaghad bilqiegħda, waqt li Aron u Hur żammewlu dirgħajh, wieħed kull naha. Hekk idejh baqgħu sodi merfugħa sa nżul ix-xemx.(Exod:17:13) U Gożwè qered lil Għamalek u l-poplu tiegħu b'xifer ix-xabla.

 

 

Wiċċ Mosè jiddi 

(Exod:34:29) Ġara li, meta niżel minn fuq il-muntanja tas-Sinaj biż-żewġ twavel tax-xhieda f'idu, Mosè ma kienx jaf li l-ġilda ta' wiċċu kienet tiddi billi kien qorob lejh Alla.(Exod:34:30) U meta Aron, u l-ulied kollha ta' Iżrael raw lil Mosè bil-ġilda ta' wiċċu tiddi, beżgħu jersqu lejh.(Exod:34:31) Iżda Mosè sejjħilhom, u resqu lejh Aron u l-kbarat kollha tal-gemgħa, u Mosè qagħad ikellimhom.(Exod:34:32) Mbagħad resqu wkoll l-ulied kollha ta' Iżrael, u Mosè ordnalhom kull ma kien qallu l-Mulej fuq il-muntanja tas-Sinaj.(Exod:34:33) Meta Mosè temm jitkellem magħhom, għatta wiċċu b'velu.(Exod:34:34) Imma meta kien jidħol quddiem il-Mulej biex jitkellem miegħu, Mosè kien ineħħi l-velu sa ma kien joħroġ. Meta mbagħad kien joħroġ, kien jgħid lil ulied Iżrael kull ma kien ordnalu l-Mulej.(Exod:34:35) Meta wlied Iżrael kienu jħarsu lejn Mosè, kienu jarawlu l-ġilda ta' wiċċu tiddi, u Mosè kien jerga' jqiegħed  il-velu fuq wiċċu sa ma jerġa' jidħol jitkellem mal-Mulej.

 

 

 

 

 

 

(Exod:17:5) Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Għaddi minn quddiem il-poplu, u hu miegħek xi wħud mix-xjuħ ta' Iżrael; ħu f'idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara tan-Nil, u mur.

(Exod:17:7) U l-post semmewh: 'Massa u Meriba', għax hemm tlewwmu wlied Iżrael u ġarrbu lill-Mulej meta qalu: ̋Il-Mulej fostna jew le?̏

:(Num:20:8) ̋Ħu l-ħatar, u iġbor il-ġemgħa, int u ħuk Aron, u kellmu quddiemhom             lill-blata, u din tagħti l-ilma tagħha; u hekk int toħorġilhom l-ilma mill-blata, u tisqi lill-ġemgħa u l-bhejjem tagħhom.̏(Num:20:9) U Mosè ħa  l-ħatar minn quddiem il-Mulej, kif kien ordnalu.(Num:20:10) U flimkien ma' Aron ġabar il-ġemgħa quddiem il-blata, u Mosè qalilhom: ̋Isimgħuni, ja xewwiexa! Aħna se noħorġulkom l-ilma minn din il-blata?̏ ?(Num:20:11) U Mosè għolla idu, u ħabbat darbtejn fuq il-blata bil-ħatar u bdew ħerġin gliegel ta' ilma, u xorbu l-ġemgħa u l-bhejjem kollha.

 

 

Id-dehra ta' Alla

(Exod:19:16) Fit-tielet jum mas-sebh kien hemm ragħad u beraq, u sħab oħxon għatta l-muntanja. Nstama' wkoll iż-żarżir qawwi tat-tromba, u triegħed il-poplu kollu fil-kamp.(Exod:19:17) Mosè ħareġ il-poplu mill-kamp biex jiltaqgħu ma' Alla; u waqfu f'riġlejn  il-muntanja.(Exod:19:18) Il-muntanja tas-Sinaj bdiet iddaħħan kollha kemm hi, għax niżel fuqha l-Mulej fin-nar. Id-duħħan beda tiela' 'l fuq bħad-duħħan ta' forn, u l-muntanja kienet titheżheż kollha.(Exod:19:19) Kull ma jmur id-daqq tat-tromba kien dejjem jitqawwa. Mbagħad tkellem Mosè, u Alla wieġbu b'ragħda.(Exod:19:20) U niżel il-Mulej fuq il-quċċata tal-muntanja tas-Sinaj, u l-Mulej sejjaħ lil Mosè biex jitla' fuq il-quċċata tal-muntanja. U Mosè tala'.     

(Exod:24:10) U huma raw 'l Alla ta' Iżrael: taħt riġlejh kien hemm bħal ċangatura tas-saffiri, safja daqs is-sema nnifsu.

(Exod:15:17) Twassalhom u tħawwilhom  fuq il-muntanja, il-wirt tiegħek;  l-imkien, Mulej, li int għamiltu għamartek;  il-maqdes, Sidi, li ħejjew idejk.         

(Deut:4:33) Qatt kien hemm poplu li sama' lehen Alla jitkellem minn ġon-nar - bħalma smajt int - u baqa' ħaj?

(Num:12:10) Kienet għadha anqas biss telgħet is-sħaba minn fuq it-tinda, meta Mirjam inksiet bil-ġdiem, bajda bħas-silġ; Aron ħares lejn Mirjam, u raha kollha ġdiem. U Aron qal lil Mosè:(Num:12:11) ̋Nitolbok, ja sidi, la tħalliniex nitgħabbew bil-piż tad-dnub, li aħna tbellaħna biex għamilna.(Num:12:12) Tħallihiex qisha xi ħaġa mwielda mejta minn ġuf ommha, b'gisimha nofsu mittiekel.̏(Num:12:13) U Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: ̋O Alla nitolbok, fejjaqha.̏(Num:12:14) U l-Mulej wieġeb lil Mosè: ̋Li kieku missierha beżqilha f'wiċċha, ma kinetx tibqa' mriegħxa bil-mistħija għal sebat ijiem? Mela ħalli tingħalaq ghal sebat ijiem barra l-kamp, mbagħad terġgħu tilqgħuha f'nofskom.̏(Num:12:15) Għalhekk Mirjam ingħalqet barra l-kamp għal sebat ijiem, u l-poplu ma ċċaqlaqx qabel ma reġgħet inġiebet lura.

 

It-tgemgim tal-poplu

(Num:11:1) Ġara li l-poplu beda jgemgem u jsemma' l-ilmenti tiegħu  lill-Mulej. U l-Mulej semagħhom, u xegħel bil-qilla, u bagħtilhom in-nar, u ħarqilhom it-truf tal-kamp.(Num:11:2) U l-poplu għajjat lil Mosè, u dan talab għalihom lill-Mulej, u n-nar intefa.(Num:11:3) U dak il-post semmewh Tabgħera għax qabad go nofshom nar il-Mulej.

(Num:16:31) U ġara li kif temm jgħid dan il-kliem(Num:16:32) inqasmet l-art taħthom, fethet fommha, u belgħet lilhom u l-familji tagħhom u n-nies kollha li kienu ma' Korah b'ġidhom b'kollox.(Num:16:33) U niżlu ħajjin huma u kull ma kellhom f'qiegħ l-art, ngħalqet l-art fuqhom, u nqerdu minn nofs il-ġemgħa.(Num:16:34)  U l-Iżraelin kollha li kienu madwarhom ma' l-għajta tagħhom ħarbu għax qalu: ̋Li ma tmurx tiblagħna l-art magħhom.̏(Num:16:35) U ħareġ nar mingħand il-Mulej u qered il-mitejn u ħamsin raġel li kienu offrew  l-inċens. 

(Deut:11:6) U tagħrfu x'għamel lil Datan u lil Abiram, ulied Elijab bin Ruben; kif infetħet l-art u belgħethom, lilhom u l-familji bit-tined tagħhom, u b'dawk kollha li żammew magħhom minn fost Iżrael kollu.(Deut:11:7) Intom rajtu b'għajnejkom l-opri kbar kollha li għamel  il-Mulej. 

 

Ir-rewwixta ta' Korah

(Num:17:1) Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:(Num:17:2) ̋Għid lil Elgħażar bin Aron, il-qassis, biex jieħu ċ-ċnieser minn ġon-nar, u jarmi n-nar  li hemm fihom, għaliex huma kkonsagrati.(Num:17:3) U ċ-ċnieser ta' dawn in-nies li dinbu bi ħsara għalihom, intom tagħmluhom pjanċi tal-battut biex jiksu l-artal bihom, għax dawn kienu offerti lill-Mulej, u huma kkonsagrati, u hekk jibqgħu sinjal għal ulied Iżrael.̏(Num:17:4)                      U Elgħażar, il-qassis, ħa ċ-ċnieser tal-bronż li kienu offrew in-nies li nħarqu, u huma għamluhom pjanċi biex jiksu l-artal bihom,(Num:17:5)  u hekk ulied Iżrael jiftakru li ma għandu jersaq ebda profan, li m'hux min-nisel ta' Aron, biex jaħraq l-inċens quddiem il-Mulej, li ma jmurx jiġrilu bħal Korah u sħabu, bħalma ordna l-Mulej permezz ta' Mosè.

 

It-tixwixa tal-poplu

(Num:17:6) L-għada l-ġemgħa kollha ta' wlied Iżrael bdew igemgmu kontra Mosè u Aron u jgħidu: ̋Intom qtiltu l-poplu tal-Mulej.̏(Num:17:7)  U l-ġemgħa kollha nġabret kontra Mosè u Aron, u dawn dawwru wiċċhom lejn it-tinda tal-laqgħa, u minnufiħ ksietha s-sħaba u dehret il-glorja  tal-Mulej.(Num:17:8) U ġew Mosè u Aron quddiem it-tinda  tal-laqgħa,(Num:17:9) u l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:          

 

Num:20:8) ̋Ħu l-ħatar, u iġbor il-ġemgħa, int u huk Aron, u kellmu quddiemhom             lill-blata, u din tagħti l-ilma tagħha; u hekk int toħorġilhom l-ilma mill-blata, u tisqi lill-ġemgħa u l-bhejjem tagħhom.̏(Num:20:9) U Mosè ħa l-ħatar minn quddiem il-Mulej, kif kien ordnalu.(Num:20:10) U flimkien ma' Aron ġabar il-ġemgħa quddiem il-blata, u Mosè qalilhom: ̋Isimgħuni, ja xewwiexa! Aħna se noħorġulkom l-ilma minn din il-blata?̏(Num:20:11) U Mosè għolla idu, u ħabbat darbtejn fuq il-blata bil-ħatar u bdew ħerġin gliegel ta' ilma, u xorbu l-ġemgħa u l-bhejjem kollha.      

(Num:21:6) - Msemmi minn Ġesu Gw 3:14 - U l-Mulej bagħat sriep velenużi f'nofs il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta' Iżrael.(Num:21:7) U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu: ̋Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej u kontra tiegħek. Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.̏ U Mosè mar jitlob għall-poplu.(Num:21:8) U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: ̋Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.̏(Num:21:9) U Mosè għamel serp tal-bronż, u arbulah bhal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix.

(Lev:10:1) Ulied Aron, Nadab u Abihu, ħadu ċensier kull wieħed, kebbsu n-nar u xeħtu fih l-inċens, u offrewh quddiem il-Mulej, nar profan lil-Mulej ma kienx ordnalhom.(Lev:10:2) U minnufih ħareġ nar minn quddiem il-Mulej, u kkunsmahom, u mietu quddiem il-Mulej

(Deut:34:7) Mija u għoxrin sena kellu Mosè meta miet; kien għadu ma ċċajparx dawl għajnejh, u anqas saħħtu ma rħietu.

(Num:22:23) Kif il-ħmara rat l-anġlu  tal-Mulej wieqaf fit-triq bix-xabla misluta f'idu, lwiet mit-triq u marret fir-raba'. Balgħam beda jsawwatha biex jerġa' jġibha fit-triq. (Num:22:24) U l-anġlu tal-Mulej qagħad f'mogħdija dejqa bejn id-dwieli, bejn żewġ ħitan, wieħed f'naħa u l-ieħor f'oħra.(Num:22:25) U l-ħmara rat l-anġlu tal-Mulej u trasset mal-ħajt, u rasset riġel Balgħam mal-ħajt, u dan raġa' beda jsawwatha. (Num:22:26) U l-anġlu tal-Mulej raġa' qabiżhom u waqaf f'post dejjaq li ma kienx hemm mogħdija 'l fejn tilwi, la lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug.(Num:22:27) U l-ħmara rat l-anġlu tal-Mulej u għotrot taħt Balgħam; u Balgħam inkorla għaliha u raġa' beda jagħtiha bil-ħatar.(Num:22:28) U l-Mulej fetah fomm il-ħmara, u din qalet lil Balgħam: ̋X'għamiltlek? Diġà sawwattni tliet darbiet!̏(Num:22:29) U Balgħam qal lill-ħmara: ̋Għax qiegħda tgħaddi ż-żmien bija? Li kelli xabla f'idi kont noqtlok issa stess.̏(Num:22:30) U l-ħmara wieġbet lil Balgħam: ̋M'iniex jien il-ħmara tiegħek, li int dejjem irkibt sa llum? Għandi forsi  d-drawwa li nagħmillek hekk?̏ U wieġeb: ̋Le.

 

Il-Ġordan jixxotta

(Josh:3:14) Xhin in-nies telqu mill-għerejjex tagħhom biex jaqsmu l-Ġordan, il-qassisin, li kienu jġorru l-arka tal-patt, marru quddiemhom.(Josh:3:15) U meta r-reffiegħa ta' l-arka waslu sal-Ġordan u riġlejn il-qassisin li kienu jgorru l-arka messew ma' xifer l-ilma - fi żmien il-ħsad kollu l-Ġordan ikun mimli sa fuq ix-xtut tiegħu -(Josh:3:16) l-ilma nieżel min-naħa ta' fuq waqaf, u qam gozz wieħed, 'il bogħod ħafna ħdejn Adam, il-belt li qiegħda ħdejn Saretan; l-ilma nieżel lejn il-Baħar ta' l-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ, gie fix-xejn għal kollox; u l-poplu qasam biswit Ġeriko.(Josh:3:17) Il-qassisin, li kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, waqfu fin-niexef f'nofs il-Ġordan, u l-Iżraelin kollha baqgħu jaqsmu fin-niexef sa ma l-poplu kollu għadda l-Ġordan.

(Josh:4:16) ̋Ordna lill-qassisin, lir-reffiegħa ta' l-arka tax-xhieda, jitilgħu                          mill-Ġordan.̏(Josh:4:17) U Ġożwè ordna lill-qassisin u qalilhom: ̋Itilgħu mill-Ġordan.̏(Josh:4:18) U ġara li malli l-qassisin, li kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, telgħu mill-Ġordan u riġlejhom missew l-art niexfa, l-ilma tal-Ġordan raġa' għal fejn kien, u beda jiġri bħal qabel matul  ix-xtut kollha tiegħu.

(Josh:6:20) U għajjat il-poplu, u daqqew it-trombi, u malli l-poplu sama' d-daqq tat-trombi għajjtu għajta kbira, u l-ħitan iġġarrfu u l-poplu tala' ghall-belt, kulħadd minn fejn kien, u qabdu l-belt f'idejhom.

(Josh:10:11) Ġara li huma u jaħirbu minn quddiem Iżrael, kif kienu fin-niżla ta' Bethoron, il-Mulej waddab fuqhom ġebel kbir mis-smewwiet sa Għażeka. Mietu aktar bil-ġebel tas-silġ milli wlied Iżrael qatlu bix-xabla.

(Josh:10:12) Mbagħad Ġożwè kellem lill-Mulej, dak in-nhar li l-Mulej telaq l-Amurrin quddiem ulied Iżrael, u qal quddiem Iżrael:  ̋Ieqaf, xemx, fuq Gibghon;  Ieqaf, qamar, fuq wied Ajjalon.̏(Josh:10:13) U waqfet ix-xemx,  u waqaf il-qamar,  sakemm tħallas il-poplu  mill-għedewwa tiegħu. ? U x-xemx waqfet f'nofs is-smewwiet, u ma għaġġlitx tinżel għal jum sħiħ.(Josh:10:14) U qatt ma kien hemm jum bħalu, la qabel u lanqas wara, li fih il-Mulej sama' mill-kelma ta' bniedem; għax il-Mulej kien jitqabad għal Iżrael

(Imħallfin:6:37) arani, jien se nqiegħed din il-geżża suf fuq l-andar, jekk in-nida taqa' fuqha weħidha, u l-art tibqa' niexfa madwarha, jien inkun naf li int se teħles lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli.̏(Imħallfin:6:38) U hekk ġara. L-għada bakkar, u għasar il-geżża, u ħarget minnha daqs bieqja nida.(Imħallfin:6:39) U Gidghon qal lil Alla: ̋La tisħonx għalija! Ħa nitkellem u nġarrbek darba oħra biss: Ħa jkun hemm l-inxief fuq il-geżża weħidha u n-nida fuq l-art.̏

(Imħallfin:6:40) U Alla għamel hekk matul il-lejl; u kien hemm l-inxief fuq il-geżża weħidha u nida fuq l-art kollha.

(Imħallfin:16:22) U xagħru raġa' beda jikber wara li qarwżuh.

(Imħallfin:14:6) L-ispirtu tal-Mulej ħakem lil Sansun u dan tertqu bħalma wieħed itertaq gidi; ma kellu xejn f'idu, u lil missieru u lil ommu ma wriehom xejn x'kien għamel.

(Imħallfin:16:29) U Sansun qabad iż-żewġ plieri tan-nofs, li fuqhom kienet mibnija d-dar, u twieżen fuqhom, fuq waħda bil-lemin u fuq l-oħra bix-xellug.(Imħallfin:16:30)  U Sansun għajjat: ̋Ha mmut jien mal-Filistin.̏ U Sansun miel 'il quddiem fuqhom b'saħħtu kollha u ġġarrfet id-dar fuq il-kapijiet u fuq il-poplu kollu li kien hemm fiha. U l-għadd tal-mejtin, li qatel f'mewtu, kien akbar minn kemm kien qatel f'ħajtu.

(Imħallfin:15:19) U Alla xaqq il-blata tal-ħofra ta' Lehi, u ħareġ minnha l-ilma; u hu xorob, ħa r-ruħ u staħja. Għalhekk semmewha Għajn-kori, li għadha f'Leħi sa llum.

(1Sam:5:1) U l-Filistin qabdu l-arka ta' Alla, u ġibuha minn Eben-għeżer għal Asdod.(1Sam:5:2) Mbagħad ħadu l-arka ta' Alla u ġibuha fit-tempju ta' Dagon, u qegħduha ħdejn Dagon.(1Sam:5:3) Meta bakkru l-għada fil-għodu l-Asdodin u marru jaraw, isibu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art quddiem l-arka tal-Mulej, u qabdu lil Dagon u reġgħu qegħduh f'postu.(1Sam:5:4) Kif qamu l-għada fil-għodu reġgħu sabu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art quddiem l-arka tal-Mulej, u rasu u idejh it-tnejn maqtugħin fuq l-għatba; ġismu biss kien baqa' minn Dagon.

(1Sam:6:7) Issa, mela, aqbdu u agħmlu karru ġdid b'żewg baqriet ireddgħu, li ma refgħu qatt fuqhom madmad; orbtu l-baqriet mal-karru, u ħudu l-frieħ tagħhom minn warajhom fl-istalla.(1Sam:6:8) Ħudu mbagħad l-arka tal-Mulej u qegħduha fuq il-karru, u t-tagħmir tad-deheb li intom qegħdin troddulu b'offerta ta' riparazzjoni, qegħduhom f'senduq maġenbha, u ħalluha tmur.(1Sam:6:9) Mbagħad oqogħdu ħarsu, u jekk taqbad it-triq ta' artu u titla' lejn Bet-xemex, sinjal li hu jkun għamlilna din il-ħsara kbira, jekk le nagħrfu li m'hux idu kienet li laħqitna, imma għax ġiet hekk.̏

 

(1Sam:6:10) Hekk għamlu dawk in-nies. Ħadu żewġ baqriet ireddgħu u rabtuhom ma' karru, u għalqu l-frieħ tagħhom fl-istalla.(1Sam:6:11) U qiegħdu l-arka tal-Mulej fuq il-karru, u s-senduq bil-grieden tad-deheb u x-xbihat tal-bżieżaq tagħhom.(1Sam:6:12) U l-baqar qabdu t-triq dritt għal  Bet-xemex; u baqgħu mexjin fl-istess triq, jimxu u jgargru, bla ma jilwu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u l-prinċpijiet tal-Filistin mexjin warajhom sa truf Bet-xemex.

1Sam:6:13) In-nies ta' Bet-xemex kienu qegħdin jaħsdu l-qamħ fil-wied; u refgħu għajnejhom u raw l-arka, u ferħu malli rawha.(1Sam:6:14) U l-karru wasal sa l-għalqa ta' Ġożwè   l-Bet-xemxi, u waqaf hemm. Kien hemm ġebla kbira, u qattgħu l-injam tal-karru u offrew il-baqriet b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.

(1Sam:5:9) Wara li ġarrewha waqgħet id il-Mulej fuq il-belt, u kien hemm taħbila sħiħa; u darab in-nies tal-belt, miż-żghir sal-kbir, u ħarġulhom il-morliti. (1Sam:5:10) U bagħtu l-arka ta' Alla f'Għekron, u meta waslet l-arka ta' Alla f'Għekron, l-Għekronin bdew jgħajjtu u jgħidu: ̋Ġibulna l-arka ta' Alla ta' Iżrael għandna, biex joqtlu lilna u l-familji tagħna.̏(1Sam:5:11) U bagħtu jlaqqgħu l-prinċpijiet kollha tal-Filistin u qalulhom: ̋Ibagħtu lura l-arka ta' Alla ta' Iżrael u terġa' lejn postha, li ma toqtolniex, lilna u l-familji tagħna.̏ Għax kien hemm taħwida tal-mewt fil-belt kollha. Id il-Mulej kienet tqila wisq fuqha.(1Sam:5:12) In-nies li ma kinux mietu ntlaqtu bil-morliti. L-għajat tal-belt saħansitra wasal sas-smewwiet.

(1Sam:6:1) L-arka tal-Mulej kienet ilha seba' xhur f'art  il-Filistin,(1Sam:6:2) meta l-Filistin sejjħu lill-qassisin u l-ħabbarin, u qalulhom: ̋X'se nagħmlu bl-arka tal-Mulej? Għidulna kif sejrin nibagħtuha lura f'postha.̏(1Sam:6:3) U weġbuhom: ̋Jekk se tibagħtu lura l-arka ta' Alla ta' Iżrael, tibagħtuhiex b'xejn, imma roddulha offerta ta' riparazzjoni. Mbagħad jekk tfiqu, tagħrfu għaliex ma warrabx idu minn fuqkom.̏(1Sam:6:4) U staqsewhom: ̋X'inhi l-offerta ta' riparazzjoni li għandna nroddulha?̏ U weġbuhom: ̋Ħames bżieżaq tad-deheb u ħames grieden tad-deheb, skond l-għadd tal-prinċpijiet tal-Filistin, għaliex marda wahda qabditkom, lilkom ilkoll u l-prinċpijiet tagħkom.(1Sam:6:5) Agħmlu mela xbihat tal-bżieżaq tagħkom u tal-grieden li ħarbtu l-art, u tagħtu gieh lil Alla ta' Iżrael; għandu mnejn ineħħi idu minn fuqkom, u minn fuq l-allat tagħkom, u minn fuq artkom.(1Sam:6:6) Għaliex twebbsu qalbkom bħalma webbsu qalbhom l-Eġizzjani u l-Fargħun? Forsi ma kellux jitlaqhom wara li kien lagħab bihom?(1Sam:6:7) Issa, mela, aqbdu u agħmlu karru ġdid b'żewġ baqriet ireddgħu, li ma refgħu qatt fuqhom madmad; orbtu l-baqriet mal-karru, u ħudu l-frieħ taghhom minn warajhom fl-istalla.(1Sam:6:8) Ħudu mbagħad l-arka tal-Mulej u qegħduha fuq il-karru, u t-tagħmir tad-deheb li intom qegħdin troddulu b'offerta ta' riparazzjoni, qegħduhom f'senduq maġenbha, u ħalluha tmur.(1Sam:6:9) Mbagħad oqoghdu ħarsu, u jekk taqbad it-triq ta' artu u titla' lejn Bet-xemex, sinjal li hu jkun għamlilna din il-ħsara kbira, jekk le nagħrfu li m'hux idu kienet li laħqitna, imma għax ġiet hekk.̏(1Sam:6:10) Hekk għamlu dawk in-nies. Ħadu żewġ baqriet ireddgħu u rabtuhom ma' karru, u għalqu l-frieħ tagħhom fl-istalla.(1Sam:6:11) U qiegħdu l-arka tal-Mulej fuq il-karru, u s-senduq bil-grieden tad-deheb u x-xbihat         tal-bżieżaq tagħhom.(1Sam:6:12) U l-baqar qabdu t-triq dritt għal Bet-xemex; u baqgħu mexjin fl-istess triq, jimxu u jgargru, bla ma jilwu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u l-prinċpijiet tal-Filistin mexjin warajhom sa truf Bet-xemex.(1Sam:6:13) In-nies ta' Bet-xemex kienu qegħdin jaħsdu l-qamħ fil-wied; u refgħu għajnejhom u raw l-arka, u ferħu malli rawha.(1Sam:6:14) U l-karru wasal sa l-għalqa ta' Ġożwè  l-Bet-xemxi, u waqaf hemm. Kien hemm ġebla kbira, u qattgħu l-injam tal-karru u offrew il-baqriet b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.(1Sam:6:15) Il-Leviti niżżlu l-arka tal-Mulej, u s-senduq li kien hemm magħha  bl-oġġetti tad-deheb li kienu fih, u qegħduh fuq il-ġebla l-kbira, u dak in-nhar il-Betxemxin offrew sagrifiċċji tal-ħruq u vittmi                           lill-Mulej.(1Sam:6:16) Dan kollu rawh il-ħames prinċpijiet tal-Filistin, u reġgħu lura lejn Għekron dak in-nhar stess.(1Sam:6:17) Dan hu l-għadd tax-xbihat tal-bżieżaq li taw il-Filistin b'offerta ta' riparazzjoni lill-Mulej; waħda għal Asdod, waħda għal Gaża, waħda għal Askalon, waħda għal Gatt, waħda għal Għekron.(1Sam:6:18) L-għadd imbagħad tal-grieden tad-deheb kien daqs l-għadd ta' l-ibliet Filistin kollha tal-ħames prinċpijiet, mill-belt bis-swar sar-raħal għall-beraħ. U l-ġebla l-kbira li fuqha serrħu l-arka tal-Mulej għadha hemm sa llum, fir-raba' ta' Gożwè l-Betxemxi.     

(1Sam:6:19) U l-Mulej qatel lil xi wħud min-nies ta'   Bet-xemex, għax ħarsu ġo l-arka tal-Mulej; qatel sebgħin minnhom, u l-poplu beka għaliex il-Mulej għamel ħerba mill-poplu.(1Sam:6:20)  U n-nies ta' Bet-xemex qalu: ̋Min jista' joqgħod wieqaf quddiem il-Mulej, dan Alla daqshekk qaddis? Għand min jista' jitla' u jitbiegħed minna?

(1Sam:12:16) ̋U issa oqogħdu, u araw dan l-għaġeb kbir, li se jagħmel il-Mulej quddiem għajnejkom.(1Sam:12:17) M'huwiex żmien il-ħsad illum? Jien insejjaħ il-Mulej u jibgħat ragħad u xita, u tkunu tafu u taraw x'ħażen kbir għamiltu f'għajnejn il-Mulej meta tlabtu sultan għalikom.̏(1Sam:12:18) U Samwel sejjaħ il-Mulej, u l-Mulej bagħat ragħad u xita dakinhar, u l-poplu baża' ħafna mill-Mulej u minn Samwel.

(2Sam:6:1) U David ġama' l-aħjar nies ta' Iżrael, tletin elf ruħ.(2Sam:6:2) Mbagħad David qam u telaq bil-poplu kollu miegħu minn Baghale-guda biex italla' minn hemm l-arka ta' Alla, li ġġib l-isem tal-Mulej ta’ l-eżerċti, li qiegħed fuq il-kerubini.(2Sam:6:3) U għabbew l-arka ta' Alla fuq karru ġdid u ġarrewha mid-dar ta' Abinadab, li kienet fuq l-għolja.  U Ghużża u Ahiju, ulied Abinadab, kienu jsuqu l-karru l-ġdid(2Sam:6:4) bl-arka ta' Alla fuqu, u Ahiju kien miexi quddiem l-arka.(2Sam:6:5) U David u d-dar kollha ta' Iżrael kienu jiżfnu u jaqbżu bil-ferħ quddiem il-Mulej b'kemm kellhom saħħa, bl-għana u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi, it-tnabar, iċ-ċnieċel u l-platti.(2Sam:6:6) Xhin waslu ħdejn il-qiegħa ta' Nakon, il-gniedes tfixklu u Għużża medd idu lejn l-arka ta' Alla biex iżommha.(2Sam:6:7) Il-Mulej għadab għal Għużża, u Alla laqtu hemm u baqa' mejjet tal-post ħdejn l-arka ta' Alla.(2Sam:6:8) David għela għax laqat il-Mulej lil Għużża, u sejjaħ il-post Peres-għużża sa llum.

(1Kron:21:14) U l-Mulej bagħat il-pesta f'Iżrael. U mietu minn Iżrael sebgħin elf ragel. (1Kron:21:15) U Alla bagħat anġlu Ġerusalemm biex jeqridha; imma meta kien se jeqridha, il-Mulej ra, u sogħob bih mid-deni, u qal lill-anġlu l-qerried: ̋Biżżejjed! Żomm idek.̏ U l-anglu  tal-Mulej dak il-ħin kien ħdejn il-qiegħa ta' Ornan il-Gebusi. (1Kron:21:16) U David rafa' għajnejh, u ra lill-anġlu tal-Mulej qiegħed bejn art u sema bix-xabla misluta f'idu, u mifruxa għal fuq Gerusalemm. Mbagħad David u x-xjuħ, liebsa x-xkejjer, niżlu wiċċhom fl-art. (1Kron:21:17) U David qal lil Alla: ̋Jaqaw m'hux jien kont li ordnajt l-għadd tal-poplu? M'hux jien li dnibt, u għamilt dan id-deni kollu? Imma dawn in-nagħaġ x'għamlu? Mulej Alla tiegħi, ħa tkun, nitolbok, idek fuqi u fuq dar missieri; imma tħallix din il-pesta fuq il-poplu tiegħek.̏

 (1Kron:21:18) U l-anġlu tal-Mulej qal lil Gad biex jgħid lil David jitla' u jtalla' artal lill-Mulej fuq il-qiegħa ta' Ornan il-Gebusi. (1Kron:21:19) U David tala' skond il-kelma ta' Gad, li kien qallu f'isem  il-Mulej. (1Kron:21:20) U Ornan dar u ra l-anġlu, u l-erba' wlied li kienu miegħu nħbew. Ornan kien qiegħed jidres il-qamħ. (1Kron:21:21) Malli David wasal ħdejh, Ornan ħares u ra lil David, u ħareġ mill-qiegħa u niżel wiċċu fl-art quddiem David. (1Kron:21:22) U David qal lil Ornan: ̋Agħtini l-post tal-qiegħa biex nibni fih artal lill-Mulej. Agħtihuli b'kemm jiswa flus u hekk tieqaf il-pesta minn fost il-poplu.̏ (1Kron:21:23) U Ornan wieġeb lil David: ̋Ħudu, ħa jagħmel sidi s-sultan dak li jidhirlu li hu l-aħjar. Ara, nagħti l-baqar għas-sagrifċċju tal-ħruq, u x-xatba           għall-ħatab, u l-qamħ għall-offerta; kollox nagħtik.̏ (1Kron:21:24) U  s-sultan David qal lil Ornan: ̋Le! Nixtrih b'kemm jiswa flus, għax ma noffrix dak li hu tiegħek lill-Mulej, u lanqas noffri sagrifiċċji bla ħlas.̏ (1Kron:21:25) U David ta lil Ornan għall-post sitt mitt xekel  tad-deheb bl-użin. (1Kron:21:26) U David bena hemm artal lill-Mulej, u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifċċji tas-sliem; u sejjaħ lill-Mulej u dan wieġbu bin-nar mis-sema għal fuq l-artal tas-sagrifiċċju  tal-ħruq.

(Lev:9:24) U ħareġ nar minn quddiem il-Mulej u kkonsma li kien hemm fuq l-artal; il-vittma tas-sagrifiċċju tal-ħruq, u x-xaħam; u  l-poplu rah, u nfexx jgħajjat bil-ferħ, u nxteħet wiċċu fl-art.

(Imħallfin:6:21) Mbagħad l-anġlu tal-Mulej medd tarf il-ħatar, li kellu f'idu, u mess bih il-laħam u l-ftajjar, u ħareġ in-nar mill-blata, u ħaraq il-laħam u l-ftajjar, u l-anġlu tal-Mulej għab minn quddiemu.

(Imħallfin:13:19) U Manuha ħa gidi bl-offerta tiegħu u offrieh b'sagrifiċċju fuq ġebla lill-Mulej, li jagħmel ħwejjeġ ta' l-għaġeb. U waqt li Manuha u martu kienu jħarsu,(Imħallfin:13:20) il-fjamma tan-nar telgħet mill-artal lejn is-sema, u l-anġlu tal-Mulej tala' fil-fjamma ta' l-artal. Meta Manuha u martu raw dan, waqgħu wiċċhom fl-art.

(2Kron:7:1) Xħin Salamun temm jitlob niżel nar mis-sema u kkonsma  s-sagrifiċċju tal-ħruq, u l-vittmi; u l-glorja tal-Mulej imliet id-dar.

(1Slat:18:38) U niżel nar mingħand il-Mulej, u ħaraq il-vittma, u l-ħatab, u l-ġebel, u t-trab, sa ma xorob l-ilma fil-gandott.

(1Slat:13:3) Dak il-ħin stess ta sinjal u qal: ̋Din hi l-prova tal-Mulej: Araw, l-artal jinqasam u jittajjar l-irmied minn fuqu.̏(1Slat:13:4) Malli s-sultan sama' l-kliem li l-bniedem ta' Alla kien qal kontra l-artal f'Betel, Gerobogham medd idu minn fuq l-artal u qal: ̋Aqbduh!̏ Imma idu, li kien medd kontrih, ibbieset, u ma setax jiġbidha lura lejh.(1Slat:13:5) U l-artal inqasam, u l-irmied ittajjar minn fuq  l-artal, skond is-sinjal li kien ta l-bniedem ta' Alla bl-ordni  tal-Mulej.(1Slat:13:6) U s-sultan wieġeb u qal lill-bniedem ta' Alla: ̋Aqlagħli l-grazzja tal-Mulej, Alla tiegħek, nitolbok, u itlob għalija biex tintraddli idi lura.̏ U l-bniedem ta' Alla qalagħlu l-grazzja tal-Mulej, u id is-sultan intradditlu lura, u saret bħal qabel.

(2Slat:7:6) Il-biċċa kienet, li  l-Mulej kien samma' lill-Aramin fil-kamp ħsejjes ta' karrijiet ta' żwiemel u ta' eżerċtu kbir, u huma bdew jgħidu lil xulxin: ̋Ara, is-sultan ta' Iżrael kera s-Slatten tal-Ħittin, u s-Slatten ta' l-Eġizzjani biex jiġu jaħbtu għalina.̏(2Slat:7:7) U qamu u ħarbu fil-għaxija, u ħallew it-tined tagħhom, u ż-żwiemel u l-ħmir tagħhom, u l-kamp kif kien, u ħarbu u ħasbu għal rashom.

 

 

IL-MIRAKLI TA' ELIJA

(1Slat:17:6) U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebh u ħobż u laħam fil-għaxija. U kien jixrob mill-wied.

(1Slat:19:1) Ahab għarraf lil Ġeżabel b'kull ma kien għamel Elija, u kif qatel lill-profeti kollha bix-xabla.(1Slat:19:2) U Ġeżabel bagħtet messaġġier lil Elija jgħidlu: ̋Dan jagħmluli l-allat u iżjed minn hekk, jekk għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ħajtek kull ma sar mill-ħajja ta' kull wieħed minnhom.̏(1Slat:19:3) U baża', u qabad u telaq biex isalva ħajtu, u mar Birsaba li hemm f'Ġuda, u ħalla l-qaddej tiegħu hemm.(1Slat:19:4) Il-profeta rħielha lejn id-deżert. Wara jum mixi waqaf, nxteħet taħt siġra tal-gummar, talab li jmut, u qal: ̋Issa biżżejjed, Mulej; ħudli 'l ħajti, għax m'iniex aħjar minn missirijieti!̏(1Slat:19:5) U mtedd għad-dell tal-gummara, u raqad. Kif kien rieqed messu anġlu, u qallu: ̋Qum u kul!̏(1Slat:19:6) Elija dawwar wiċċu, u lemah ħdejn rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob, u raġa' mtedd.(1Slat:19:7) Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej, u raġa' messu u qallu: ̋Qum u kul, inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.̏(1Slat:19:8) Elija qam, kiel u xorob, u bis-saħħa ta' dak l-ikel baqa' miexi għal erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Horeb, il-muntanja tal-Mulej.

(1Slat:17:9) ̋Qum u mur f'Sarefta ta' Sidon, u oqgħod hemm. Jien ikkmandajt lil waħda armla minn hemm biex titimgħek.̏(1Slat:17:10) Qam u rħielha lejn Sarefta. Kif wasal ħdejn bieb il-belt, kien hemm waħda armla tiġbor il-ħatab. Elija sejjħilha u qalilha: ̋Jekk jogħġbok, ġibli f'bieqja belgħa ilma x'nixrob.̏(1Slat:17:11) Hi u sejra, Elija raġa' sejjħilha u qalilha: ̋Ġibli wkoll, jekk jogħġbok, kisra ħobż f'idek.̏(1Slat:17:12) Hija wieġbet: ̋Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla tiegħek, ma għandi xejn maħbuż; qabda dqiq f'ġarra u ftit żejt fil-kus kull ma baqagħli. Ara, qiegħda niġbor biċċtejn ħatab; issa nħejji xi ħaġa għalija u għal ibni; u mbagħad nikluha u mmutu.̏(1Slat:17:13) Elija wieġeb: ̋La tibżax, mur u agħmel kif għedtli: imma qabel agħmel ftira żgħira għalija, u ġibhieli. Mbagħad agħmel għalik u għal ibnek.(1Slat:17:14) Għax din hi l-kelma tal-Mulej, Alla ta' Iżrael:  Il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt,  u l-kus taż-żejt ma jitbattalx,  sa dak in-nhar li l-Mulej jibgħat  ix-xita fil-pajjiż.̏(1Slat:17:15) U dik marret u għamlet kif qalilha Elija. Damu jieklu għal żmien, hi u hu, u darha kollha.(1Slat:17:16) U l-ġarra tad-dqiq ma ntemmitx, u l-kus  taż-żejt ma tbattalx, kif kien qal il-Mulej permezz ta' Elija

(1Slat:17:17) Wara dawn il-ġrajja marad it-tifel ta' dik il-mara li kienet sidt id-dar.           U ġara li l-marda tqawwiet tant li ma kienx baqagħlu iżjed nifs.(1Slat:17:18) U hi qalet lil Elija: ̋X'hemm bejni u bejnek, bniedem ta' Alla? Jaqaw ġejt hawn biex tfakkarni fi ħżuniti u toqtolli 'l ibni?̏(1Slat:17:19) U hu wieġeb: ̋Agħtini lil ibnek.̏ U ħadu minn ħogorha, u tellgħu fl-għorfa fejn kien jgħammar hu, u meddu fuq il-mitrah tiegħu.(1Slat:17:20) U sejjaħ lill-Mulej u qal: ̋Mulej, Alla tiegħi, fuq din  l-armla wkoll, li qiegħed magħha, ridt iġġib il-ħsara u toqtlilha lil binha?̏(1Slat:17:21) U mtedd tliet darbiet fuq it-tifel, u sejjaħ lill-Mulej u qal: 'Mulej, Alla tiegħi, ħalli ruħ it-tifel tarġa' lura fih!'(1Slat:17:22)   U l-Mulej sama' lehen Elija, u ruħ it-tifel reggħet lura fih, u ha                     l-ħajja.(1Slat:17:23) U Elija qabad it-tifel u niżżlu d-dar mill-għorfa, u tah lil ommu; u Elija qalilha: ̋Ara, ibnek haj.̏(1Slat:17:24) U l-mara qalet lil Elija: ̋Issa naf li int bniedem ta' Alla, u l-kelma tal-Mulej fuq fommok hi  s-sewwa.̏

(1Slat:18:41) Mbagħad Elija qal lil Ahab: ̋Itla', kul u ixrob, għaliex qiegħed jinstema' ħoss kbir ta' xita.̏(1Slat:18:42) Ahab tala' jiekol u jixrob. U Elija tala' fuq il-quċċata tal-Karmel, nxtehet fl-art, u qiegħed wiċċu bejn irkubbtejh.(1Slat:18:43) U qal lill-qaddej tiegħu: ̋Itla', u ħares lejn in-naħa tal-baħar.̏ Dak tala' ħares, u qal: ̋Ma hemm xejn.̏ Qallu: ̋Erġa' mur seba' darbiet.̏(1Slat:18:44) U l-qaddej tala' seba' darbiet. Mas-seba' darba qabad jgħajjat: ̋Ara, hemm sħaba daqs keffa ta' id ta' raġel, tielgħa mill-baħar.̏ Qallu Elija: ̋Mur għidlu lil Aħab: 'Arma l-karru u inżel, qabel ma tilħqek ix-xita'.̏(1Slat:18:45) Malli dan, is-sema swied, qam ir-riħ, u bdiet nieżla xita kbira. Aħab rikeb u telaq lejn Ġeżragħel.

(2Slat:1:10) U Elija wieġeb lill-fizzjal tal-ħamsin u qallu: ̋Jekk jien bniedem ta' Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin tiegħek.̏ U niżel nar mis-sema u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.(2Slat:1:11)  U s-sultan raġa' bagħatlu fizzjal ieħor ta' ħamsin, bil-ħamsin raġel tiegħu, u dan tala' u qallu: ̋Bniedem ta' Alla, dan jgħid is-sultan: 'Fittex inżel minn fuq il-muntanja.' ̏(2Slat:1:12) U Elija wieġeb u qallu: ̋Jekk jien bniedem ta' Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin tiegħek.̏ U niżel in-nar ta' Alla mis-sema, u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.

(2Slat:2:8)     U Elija qabad il-mantar tiegħu, kebbu, u ħabbtu ma' l-ilma; u dan inferaq 'l hemm u 'l hawn. U qasmu huma t-tnejn fl-inxif.

(2Slat:2:11)   U ġara li huma u sejrin, jimxu u jitkellmu, f'daqqa waħda karru tan-nar bi żwiemel tan-nar firidhom minn xulxin, u Elija tala' s-sema   fir-riefnu.

 

 

IL-MIRAKLI TA' ELIŻEW

 

(2Slat:2:14) U ħa l-mantar ta' Elija li kien waqa' minn fuqu u ħabbtu ma' l-ilma, u qal: ̋Fejn hu l-Mulej Alla ta' Elija issa? Fejn hu?̏ U ta daqqa fuq l-ilma, u dan inferaq, 'l hawn u 'l hemm, u Eliżew għadda għan-naha l-oħra.

(2Slat:2:19) U n-nies tal-belt qalu lil Eliżew: ̋Ara, il-post tal-belt hu tajjeb, kif jista' jara sidi, imma l-ilma ħażin, u l-art ħawlija.̏(2Slat:2:20) U hu qalilhom: ̋Ġibuli bieqja ġdida, u ixħtu ftit melħ fiha.̏ U ġibuhielu. (2Slat:2:21) U ħareġ lejn l-għajn ta' l-ilma, u xeħet fiha l-melħ, u qal: ̋Dan jgħid il-Mulej: 'Jien intejjeb dan l-ilma. Minn issa  'l quddiem ma jkunx hemm la mewt u la ħwiel ta' l-art.̏(2Slat:2:22) U l-ilma baqa' tajjeb sa llum, skond il-kelma li qal Eliżew.

(2Slat:4:1) Waħda mara min-nisa tal-profeti sejjhet lil Eliżew u qaltlu:  ̋Il-qaddej tiegħek żewgi miet, u inti taf li l-qaddej tiegħek kien jibża' mill-Mulej. Issa dak li kien silfu gie biex jeħodli ż-żewġ uliedi bi lsiera tiegħu.̏(2Slat:4:2) U Eliżew qalilha: ̋X'nista' nagħmillek? Għidli, x'għandek id-dar?̏ U hi wieġbet: ̋Ma għandha xejn il-qaddejja tiegħek id-dar ħlief kus żejt.̏(2Slat:4:3) U hu qalilha: ̋Mur barra, u itlob kwies mingħand  il-ġirien, kwies vojta, u ġġibx ftit.(2Slat:4:4) U mbagħad idħol id-dar, sakkar il-bieb warajk u wara wliedek, u sawwab iż-żejt f'dawk il-kwies kollha, u kull wieħed li jimtela warrbu.̏(2Slat:4:5) U telqet minn ħdejh, u sakkret il-bieb warajha u wara wliedha; huma bdew inewwlulha u hi tferra'.(2Slat:4:6) U ġara li malli mliet il-kwies qalet lil binha: ̋Newwilli kus ieħor.̏ U hu weġibha: ̋Ma fadalx aktar kwies.̏ U ż-żejt waqaf.(2Slat:4:7) Mbagħad marret tgħarraf lill-bniedem ta' Alla, u hu qalilha: ̋Mur, bigħ        iż-żejt, u ħallas dejnek; u int u wliedek tgħixu mill-bqija.̏

(2Slat:4:18) U t-tifel kiber, u ġurnata waħda ħareġ ħdejn missieru, li kien ħdejn il-ħassada.(2Slat:4:19) U qal lil missieru: ̋Ajma rasi! Ajma rasi!̏ Il-missier qal lill-qaddej: ̋Ħudu għand ommu.̏(2Slat:4:20) Dak ħadu, u wasslu għand ommu, u t-tifel baqa' f'ħoġorha sa nofsinhar, u mbagħad miet.(2Slat:4:21) Hi telgħet tmiddu fuq il-friex tal-bniedem ta' Alla, għalqet warajha, u ħarġet.(2Slat:4:22) U sejjħet lil żewġha u qaltlu: ̋Ibgħatli wieħed mill-qaddejja, u waħda mill-ħmir, ha mmur niġri sa għand il-bniedem ta' Alla, u nerġa' lura.̏(2Slat:4:23) U hu qalilha: ̋Għalfejn sejra għandu? Illum la hu l-ewwel tax-xahar u lanqas is-Sibt!̏ U qaltlu:     ̋Ma jimpurtax.̏(2Slat:4:24) U xiddet il-ħmara, u qalet lill-qaddej tagħha: ̋Suq u imxi, u twaqqaflix fit-triq, jekk ma ngħidlikx.̏(2Slat:4:25) U telqet, u waslet għand il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja tal-Karmel. U ġara li malli l-bniedem ta' Alla raha mill-bogħod qal lil Gehażi, il-qaddej tiegħu: ̋Ara dik is-Sunamija.(2Slat:4:26) Mur iġri u ltaqa' magħha u staqsiha: Intix tajba? Hux tajjeb żewġek? Hux tajjeb ibnek?̏ U hi wieġbet: ̋Kollox sewwa.̏(2Slat:4:27) U xħin waslet ħdejn il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja, qabdet ma' riġlejh. U Gehażi resaq biex iwarrabha, iżda l-bniedem ta' Alla qallu: ̋Halliha għax qalbha kollha mrar, u l-Mulej ħbieli, u ma għarrafnix fuqiex.̏(2Slat:4:28) U hi qaltlu: ̋Qatt jien tlabt iben mingħand sidi? Ma għedtlikx, la tqarraqx bija?̏(2Slat:4:29) U hu qal lil Gehażi: ̋Ħażżem ġenbejk, ħu l-bastun tiegħi f'idek u itlaq. Jekk tiltaqa' ma' xi ħadd, issellimlux; u jekk isellimlek xi ħadd, tweġbux. U qiegħed  il-bastun tiegħi fuq wiċċ it-tifel.̏(2Slat:4:30) U omm it-tifel qaltlu: ̋Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u ħaj int, jien ma nitilqekx.̏ U qabad u mar warajha.(2Slat:4:31) Gehażi telaq qabilhom u qiegħed il-bastun fuq wiċċ it-tifel, imma ma ġara xejn; ebda leħen, u ebda sinjal. U raġa' lura jiltaqa' ma' Eliżew, u resaq quddiemu u qallu: ̋It-tifel ma stenbaħx!̏(2Slat:4:32) Mbagħad daħal Eliżew, il-profeta, u ara, it-tifel kien mimdud mejjet fuq friexu.(2Slat:4:33) Daħal, għalaq il-bieb warajhom it-tnejn, u beda jitlob lill-Mulej.(2Slat:4:34) Mbagħad tala', u mtedd fuq it-tifel, qiegħed fommu fuq fommu, għajnejh fuq għajnejh, u idejh fuq idejh, u, kif kien mixħut fuqu, gisem it-tifel beda jisħon.(2Slat:4:35) Eliżew raħa' qabad jimxi  'l hawn u 'l hemm mad-dar, u għal darba oħra mar u mtedd fuq it-tifel; u dan għatas seba' darbiet, u bexxaq għajnejh.(2Slat:4:36) Eliżew imbagħad sejjaħ lil Gehażi, u qallu: ̋Sejjħilha 'l din is-Sunamija.̏ Sejjħilha, u daħlet ħdejh. ̋Ħudu lil ibnek,̏ qalilha.(2Slat:4:37) Hi resqet u nxteħtet f'riġlejh wiċċha fl-art, mbagħad qabdet lil binha u ħarġet 'il barra.

(2Slat:4:38) U Eliżew raġa' lura lejn Gilgal, u kien hemm il-guħ fil-pajjiż. U kif kienu wlied il-profeti bilqiegħda quddiemu, Eliżew qal lill-qaddej tiegħu: ̋Qiegħed il-borma l-kbira fuq in-nar, u sajjar l-ikel għal ulied il-profeti.̏(2Slat:4:39) U ħareġ wiehed mir-raba' jlaqqat xi ħaxixa, u sab bħal dielja selvaġġga, u laqqat minnha ħjar selvaġġ. U mela l-mantar tiegħu. U mar u qattagħhom fil-borma tat-tisjir, għax ma kinux jafu x'inhuma.(2Slat:4:40) U mbagħad qassmu l-ikel lin-nies biex jieklu, u malli bdew jieklu mit-tisjir infexxew jgħajjtu u jgħidu: ̋Hawn il-mewt  fil-borma, bniedem ta' Alla.̏ U ma setgħux jieklu.(2Slat:4:41) Eliżew qalilhom: ̋Ġibuli ftit dqiq.̏ U xeħet minnu fil-borma, u qalilhom: ̋Qassmu lin-nies biex jieklu.̏ U ma kien hemm xejn aktar ħażin fl-ikel.

(2Slat:4:42) U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-salisa, u ġieb lir-raġel ta' Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli qamħ ġdid. Eliżew qallu: ̋Agħtihom lin-nies ħa jieklu.̏(2Slat:4:43) Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: ̋Kif nista' nqassam dawn lil mitt ruħ?̏ Raġa' qallu Eliżew: ̋Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: 'Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.' ̏(2Slat:4:44) Dak qassmilhom; u huma kielu, u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej.

(2Slat:5:1) Nagħman, il-kmandant ta' l-eżerċtu tas-sultan ta' Aram, kien kbir quddiem sidu, u dan kien iġibu hafna, għax bih il-Mulej kien ta r-rebħa lil Aram. Iżda r-raġel, għad li suldat qalbieni, kien lebbrus.(2Slat:5:2) Ħarġu l-Aramin bil-ġgajtiet tagħhom, u mill-pajjiż ta' Iżrael ġiebu magħhom tfajla żagħżugha, li saret il-qaddejja ta' mart Nagħman.(2Slat:5:3) Darba qalet lil sidtha: ̋M'hux li kien sidi quddiem il-profeta li hemm f'Samarija! Għax kien ineħħilu il-lebbra li għandu!̏(2Slat:5:4) Nagħman daħal ikellem lil sidu u qallu: ̋Dan u dan ma qalet iż-żagħżugha li ġibna mill-pajjiż ta' Iżrael.̏(2Slat:5:5) U s-sultan ta' Aram qallu: ̋Aqbad u mur. Issa nibgħat ittra lis-sultan ta' Iżrael.̏ U mar, u ħa miegħu għaxar talenti tal-fidda, sitt elef xekel tad-deheb, u għaxar tibdiliet ħwejjeġ.(2Slat:5:6) U lis-sultan ta' Iżrael wassallu l-ittra, li kienet tgħid hekk: ̋Kif tasallek din l-ittra, ara, nkun bgħattlek il-qaddej tiegħi Nagħman, biex tneħħilu il-lebbra li għandu.̏(2Slat:5:7) Malli qara l-ittra s-sultan ta' Iżrael ċarrat ilbiesu u qal: ̋Mela jien xi alla, nagħti l-mewt u nagħti l-ħajja, biex dan bagħatli bniedem ha nneħħilu il-lebbra minn fuqu? Mela kunu afu u araw, li dan tassew qiegħed ifittex li jaqbad miegħi!̏(2Slat:5:8) Issa gara li Eliżew, il-bniedem ta' Alla, sama' li s-sultan ta' Iżrael kien ċarrat ħwejġu minn fuqu; u għalhekk bagħat jgħidlu: ̋Dan għaliex ċarratt ħwejġek minn fuqek? Ha jiġi għandi, u jkun jaf li hemm profeta f'Iżrael.̏(2Slat:5:9) U mar Nagħman, biż-żwiemel u l-karrijiet tiegħu, u waqaf quddiem il-bieb tad-dar ta' Eliżew.(2Slat:5:10) U Eliżew bagħatlu messaġġier jgħidlu: ̋Mur inħasel seba' darbiet fil-Ġordan, u ġismek jerġa' jindaflek.̏(2Slat:5:11) Nagħman iżda saħan u telaq. ̋Ara,̏ qal, ̋jien għedt bejni u bejn ruħi, li hu kien se jaqbad u joħroġ, jieqaf quddiemi, u jsejjaħ isem il-Mulej, Alla tiegħu, u jxejjer idu fuq il-grieħi, u jneħħili l-lebbra!(2Slat:5:12) Jaqaw Abana u Farfar, ix-xmajjar ta' Damasku, m'humiex aħjar mill-ilmijiet kollha ta' Iżrael? Ma nistax ninħasel fihom u nindaf?̏ U dar u telaq b'saħna.(2Slat:5:13) Imma  l-qaddejja tiegħu resqu jkellmuh u qalulu: ̋Missier, li kieku l-profeta qallek xi ħaġa kbira ma kontx tagħmilha? Mela kemm iżjed meta qallek, 'Inħasel u tindaf'?̏(2Slat:5:14) Niżel fil-Gordan, u għodos seba' darbiet, bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta' Alla, u ġismu raġa' sarlu qisu l-ġisem ta' tfajjel żagħżugh, u ndaf mil-lebbra tiegħu.(2Slat:5:15) U raġa' lura għand il-bniedem ta' Alla, hu u kull min kellu miegħu; daħal, waqaf quddiemu u qallu: ̋Ara, issa naf, iva, li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja kollha, ħlief f'Iżrael. Ilqa', nitolbok, dan ir-rigal mingħand il-qaddej tiegħek.̏(2Slat:5:16) U qallu Eliżew: ̋Daqs kemm hu ħaj il-Mulej li lilu naqdi, jien ma nieħu xejn.̏ U ma ħadhulux, għad li l-iehor issikkah ħafna.(2Slat:5:17) Għalhekk Nagħman qallu: ̋La ma tridx, nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek tagħbija ta' żewġ bgħula ħamrija; għax  il-qaddej tiegħek m'huwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji tal-ħruq u offerti lil allat oħra, jekk mhux lill-Mulej.(2Slat:5:18) Dan nixtiequ l-Mulej jaħfer lili, il-qaddej tiegħek; li meta sidi jidħol fit-tempju ta' Rimmon biex jadura hemmhekk, u hu jistrieh fuq driegħi, u jien ukoll ninxteħet nadura fit-tempju ta' Rimmon, ha jaħfer il-Mulej lili, qaddej tiegħu, f'din il-ħaġa.̏(2Slat:5:19) U Eliżew wieġbu: ̋Mur bis-sliem!̏ U telaq minn ħdejh u tbiegħed xi ftit.

(2Slat:5:26) U Eliżew qallu: ̋Ma ġejtx miegħek bl-ispirtu tiegħi meta r-raġel niżel mill-karru tiegħu biex jiltaqa' miegħek? U dan kien il-waqt li tieħu l-fidda, u li tieħu l-ilbies, u oqsma taż-żebbuġ u tad-dwieli, u nagħaġ u baqar, u qaddejja rġiel u nisa?(2Slat:5:27) Għalhekk il-lebbra ta' Nagħman jaqbad miegħek u ma' nislek għal dejjem.̏ U Gehażi ħareġ minn quddiemu abjad bhas-silġ bil-lebbra.

(2Slat:6:6) U l-bniedem ta' Alla staqsieh: ̋Fejn waqgħet?̏ U wrieh il-post, Eliżew imbagħad qata' fergħa, u tefagħha hemm, u l-ħadid tala' fil-wiċċ.

(2Slat:6:12) U wieħed mill-qaddejja wieġbu: ̋Ħadd, Sultan sidi! Imma Eliżew, il-profeta li hemm f'Iżrael, jgħarraf lis-sultan ta' Iżrael bil-kliem li int tgħid fl-għorfa fejn torqod!̏

(2Slat:6:17) U Eliżew beda jitlob u jgħid: ̋Mulej, iftaħlu għajnejh biex jara.̏ U l-Mulej fetaħ għajnejn il-qaddej, u dan ra  l-għolja mimlija żwiemel u karrijiet tan-nar madwar Eliżew.

(2Slat:6:18) Malli l-Aramin resqu lejh, Eliżew talab lill-Mulej u qallu: ̋Iddew! Olqot lil dawn in-nies u agħmihom.̏ U laqathom bl-għama skond it-talba ta' Eliżew.

(2Slat:13:21) Darba, meta xi wħud kienu qegħdin jidfnu wieħed mejjet, raw qatgħa minnhom u xeħtu r-raġel fil-qabar ta' Eliżew u telqu. Malli r-raġel mejjet mess ma' l-għadam ta' Eliżew, ħa l-ħajja, u qam fuq riġlejh.

(2Slat:19:35) Ġara li dak il-lejl stess, ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp ta' l-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn fil-għodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.

(Is:37:36) U ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp ta' l-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn fil-għodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.

(2Slat:20:9) U Isaija wieġbu: ̋Dan hu s-sinjal mill-Mulej li l-Mulej jagħmel dan li qallek: Trid li d-dell jimxi 'l quddiem għaxar tarġiet jew li jerġa' lura għaxar tarġiet?̏(2Slat:20:10) U Heżekija wieġbu: ̋Ħaġa ħafifa li d-dell jitwal għaxar tarġiet. Le, ħa jerġa' lura għaxar tarġiet.̏(2Slat:20:11) U Isaija, il-profeta, talab lill-Mulej, u raġġa' lura għaxar tarġiet id-dell, li kien niżel mat-taraġ ta' Ahaż.

(Is:38:21) U Isaija qal: "Ħa jieħdu ċappa tin u jogħrku l-ġerħa biha u jfiq."

 

 

 

Il-MIRAKLI TA' DANJEL

 

[Dan:3:23] dawn it-tlieta min-nies, Sidrak, Mesak u Għabednegu, waqgħu marbutin f'nofs il-forn tan-nar iħeġġeġ.

[Dan:3:91(24)] Mbagħad is-sultan Nabukodonosor stagħġeb u qam minnufih, u qabad u qal lill-kunsillieri tiegħu: "M'hux tlieta kienu l-irġiel li xħetna marbutin fil-forn tan-nar?" Wieġbu lis-sultan u qalulu: "U żgur, sultan?"[Dan:3:92(25)] Iżda hu raġa' u qal: "Din x'biċċa hi! Jiena qiegħed nara erbat irġiel, maħlulin u mexjin fil-forn tan-nar, u r-raba' wieħed qisu xi wild l-allat?"[Dan:3:93(26)] Mbagħad Nabukodonosor resaq lejn il-bieb tal-forn tan-nar iħeġġeġ, u qabad u qal: "Sidrak, Mesak u Għabednegu, qaddejja ta' Alla l-Għoli, oħorġu u ejjew hawn?" Mbagħad Sidrak, Mesak u Għabednegu ħarġu minn ġo nofs in-nar.[Dan:3:94(27)] Mbagħad is-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, u l-kunsillieri tas-sultan inġabru biex jaraw lil dawk l-irġiel li n-nar ma kellu ebda setgħa fuq ġisimhom, u li xagħar rashom ma nħaraqx, l-imnatar tagħhom ma ntmessux, u li ebda riħa ta' ħruq ma kienet tinxtamm fuqhom.

[Dan:6:21] Kif wasal ħdejn il-ħofra, is-sultan sejjaħ lil Danjel b'leħen imnikket u qallu: "Danjel, qaddej ta' Alla l-ħaj, kellu l-ħila jeħilsek mil-ljuni dak Alla li lilu dejjem taqdi?

[Dan:6:23] Alla tiegħi bagħat l-anġlu tiegħu jagħlaq ħalq il-ljuni biex ma jagħmluli xejn, għax huwa sab li jiena kont bla ħtija, mhux biss quddiemu, iżda wkoll quddiemek, sultan, għax jien m'għamilt xejn ħażin.

 

 

 

IL-MIRAKLI TA' ĠONA

 

[Ġona:1:15] U qabdu 'l Ġona u xeħtuh il-baħar, u l-baħar raqqad il-qilla tiegħu.

[Ġona:1:14] Għalhekk sejjħu  l-Mulej u qalu: "Jaħasra, Mulej, nitolbuk li ma tħalliniex nintilfu ħtija  tal-ħajja ta' dan il-bniedem, u twaħħalniex ħatja ta' demm bla ħtija, għax kont int, Mulej, li għamilt kif għoġbok."[Ġona:1:15] U qabdu 'l Ġona u xeħtuh il-baħar, u l-baħar raqqad il-qilla tiegħu.[Ġona:1:16] U l-irġiel qabadhom biża' kbira mill-Mulej, u offrew sagrifiċċji lill-Mulej u għamlu wegħdiet.

 

[Ġona:2:1] U l-Mulej qabbad ħuta kbira tibla' 'l Ġona, u Ġona baqa' tlitt ijiem u tliet

iljieli f'żaqq il-ħuta.[Ġona:2:2] U talab Ġona lill-Mulej, Alla tiegħu, minn żaqq il-ħuta,[Ġona:2:3] u qal: "Fid-dwejjaq tiegħi lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni; mill-ġuf ta' Art l-Imwiet krabt għall- għajnuna, u leħni smajtu.[Ġona:2:4] Inti tfajtni fil-qiegħ, ġo nofs il-baħar, u l-wied dar miegħi; l-imwieġ il-kbar u l-ħalel kollha tiegħek għaddew minn fuqi.[Ġona:2:5] U jiena għedt: "Tgerrixt minn quddiem wiċċek: kif nerġa' nara t-tempju mqaddes tiegħek?"[Ġona:2:6] Dawwruni l-ilmijiet sa għoddhom fgawni, l-abbiss dar miegħi, tkebbet ma' rasi l-alka, f'tarf  il-muntanji.[Ġona:2:7] Nżilt ġo l-art, madwari l-qofol tagħha dar għal dejjem. Imm'int tellajtli ħajti minn ġol-ħofra, Mulej, Alla tiegħi.[Ġona:2:8] Meta ġo fija kelli ruħi mħeddla, jien fil-Mulej ftakart; u t-talba tiegħi telgħet sa quddiemek, fit-tempju mqaddes tiegħek.[Ġona:2:9] Dawk li jirrispettaw l-idoli fiergħa ikunu qed jarmu t-tjieba tagħhom.[Ġona:2:10] Jien, iżda, lilek noffri s-sagrifiċċji, b'leħen ta' radd il-ħajr, u dak li wegħedt inroddu. Is-salvazzjoni tiġi mill-Mulej."[Ġona:2:11] U l-Mulej kellem lill-ħuta, u din xeħtet lil Ġona fuq l-art.

 

[Ġona:4:6] U  l-Mulej Alla ordna li titla' siġra tar-riġnu għal Ġona, biex ikollu d-dell fuq rasu u teħilsu mill-ħsara. Ġona feraħ wisq bis-siġra;[Ġona:4:7] imma kif sebaħ l-għada, Alla bagħat dudu li mess is-siġra u din nixfet.