HOME

EMAIL

 

Il-Pange Lingua, jew kif inhuwa magħruf bil-Malti “Agħti Lsien”, huwa innu ewkaristiku miktub mid-Duttur kbir tal-Knisja, San Tumas ta’ Aquino (1225 – 1274) għall-Festa ta’ Corpus Christi (Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej). L-innu għadu jitkanta llum f’bosta f’ċelebrazjonijiet ewkaristiċi bħal ma huma l-purċissjoni bl-Ewkaristija lejn l-Artal tar-Ripożizzjoni f’Ħamis ix-Xirka u f’purċissjonijiet oħra bħal dik ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Ġesù.

L-aħħar żewġ paragrafi tal-innu, huma l-aktar magħrufa bħala t-Tantum Ergo (Dal-Misteru Għarkubtejna...)  jitkantaw regolarment qabel il-Barka Sagramentali.

    Bil-Latin...

Pange lingua gloriosi
Corporis mysterium,
Sanguinisque pretiosi,
Quem in mundi pretium
Fructus ventris generosi,
Rex effudit gentium.

Nobis datus, nobis natus
Ex intacta Virgine
Et in mundo conversatus,
Sparso verbi semine,
Sui moras incolatus
Miro clausit ordine.

In supremae nocte cenae
Recum bens cum fratribus,
Observata lege plene
Cibis in legalibus,
Cibum turbae duodenae
Se dat suis manibus

Verbum caro, panem verum
Verbo carnem efficit:
Fitque sanguis Christi merum,
Et si sensus deficit,
Ad firmandum cor sincerum
Sola fides sufficit.

Tantum ergo Sacramentum
Veneremur cernui:
Et antiquum documentum
Novo cedat ritui:
Praestet fides supplementum
Sensuum defectui.

Genitori, Genitoque
Laus et iubilatio,
Salus, honor, virtus quoque
Sit et benedictio:
Procedenti ab utroque
Compar sit laudatio. Amen.

 

Bil-Malti

Agħti lsien l-ogħla foħrija

għax jifdina b’ġismu ried

u għalina jxerred demmu

dak li jsaltan fis-smewwiet;

demm imnissel ġewwa l-maqdes

ta’ ġuf l-omm ta’ l-ommijiet.

 

Lilna mogħti lilna mwieled

Minn omm xebba bla mittiefsa

Hu bħal bniedem għoġbu jgħammar,

Jiżra’ s-sewwa fina ried;

Sakemm fl-aħħar ħajtu fostna

Temm fost l-ogħla għeġubijiet.

 

Tul il-lejl ta’ l-aħħar ċena

Qagħad flimkien mal-magħżulin;

Magħhom kiel biex radd l-għemejjel

Skond il-liġi mitlubin.

Lilu nnifsu, imbagħ’d tahom jieklu

Lit-tnax miegħu miġburin.

 

Hekk bil-kliem tal-kelma bniedem

Il-ħobż veru ġismu sar,

U l-imbid imbidel f’demmu;

Dawl imgħotti wara star,

Li biex jifhmu moħħ il-bniedem

Mit-twemmin ma jsibx aħjar.

 

Dal-misteru għarkubbtejna

Ejjew mela naduraw

U quddiem ir-riti ġodda

Suriet qodma jispiċċaw;

Bit-twemmin ġo qalbna nħossu

Dak li s-sensi le jaraw.

 

 

Lill-Missier inroddu, u ‘l Iben

B’qalbna kollha kull tifħir

Lejhom mat-tberik ta’ qalbna,

Imħabbitna ‘il fuq ittir;

Lill-Ispirtu li ġej minnhom

Ħajr ukoll, xejn inqas kbir. Amen.