|
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju, il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Qalb ta’ Ġesú. FESTA TAL-QALB TA’ ĠESÚ
Dawn huma l-wegħdiet li Ġesú għamel lil Santa Margerita Marija Alacoque għal dawk kollha li jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb Qaddisa tiegħu. □ Jiena nagħti lid-devoti kollha tiegħi l-grazzji kollha meħtieġa għall-istat tagħhom. □ Inġibilhom il-paċi fil-familji tagħhom. □ Infarraġhom fin-niket kollu tagħhom. □ Inkun kenn żgur tagħhom fil-ħajja u speċjalment f’waqt il-mewt. □ Inxerred kotra ta’ barka fuq kull ħidma tagħhom. □ Il-midinbin isibu fil-qalb tiegħi ħniena bla tmiem. □ L-erwieħ bierdin jitħeġġu f’imħabbti. □ L-erwieħ devoti jitwettqu fit-tjieba. □ Il-barka tiegħi tinżel fuq dawk id-djar fejn tkun meqjuma x-xbieha tal-Qalb Imqaddsa tiegħi. □ Jiena nagħti lis-saċerdoti l-grazzja li jqanqlu l-qlub l-iktar iebsa. □ Dawk kollha li jxerrdu din id-devozzjoni jkollhom isimhom miktub f’qalbi u minn hemm qatt ma jkun imħassar. □ Lil dawk kollha li għal disa’ xhur wara xulxin jitqarbnu fl-ewwel ġimgħa tax-xahar, jiena nagħtihom il-grazzja li f’waqt il-mewt ikollhom l-indiema ta’ dnubiethom, li ma jmutux mingħajr il-maħfra tagħhom u lanqas bla ma jirċievu s-Sagramenti u l-Qalb tiegħi tkun għalihom bħala port tas-salvazzjoni f’dak l-aħħar ħin ta’ ħajjithom.
|