|
QAWMIEN MILL-MEWT
Ġesł jfejjaq mara u jqajjem tifla mill-mewt [Mk:5:21] Wara li Ġesł raġa' qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta' nies.[Mk:5:22] U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f'riġlejh,[Mk:5:23] u talbu ħafna u qallu: "Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix."[Mk:5:24] U Ġesł telaq miegħu, b'kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.[Mk:5:25] U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm.[Mk:5:26] Kienet batiet wisq taħt ħafna tobba, u nefqet kull ma kellha, u mhux biss ma swielha xejn, imma talli marret għall-agħar.[Mk:5:27] Meta semgħet b'Ġesł, ġiet qalb il-folla, resqet minn warajh u messitlu l-mantar,[Mk:5:28] għax qalet: "Jekk immiss imqar il-mantar tiegħu nkun imfejjqa."[Mk:5:29] F'daqqa waħda t-tnixxija tad-demm waqfitilha, u ġewwa fiha ħasset li kienet fieqet mill-marda tagħha.[Mk:5:30] Ġesł minnufih intebaħ bil-qawwa li ħarġet minnu, u dar lejn il-kotra u staqsa: "Min messli l-mantar?"[Mk:5:31] Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Qiegħed tara dawn in-nies kollha jrossu madwarek, u tistaqsi: Min messni?"[Mk:5:32] Hu beda jħares madwaru biex jara jilmaħx lil dik li kienet għamlet dan.[Mk:5:33] Mbagħad il-mara, tirtogħod bil-biża' għax għarfet x'kien ġralha, resqet, nxteħtet f'riġlejh u stqarritlu s-sewwa kollu. [Mk:5:34] "Binti?" qalilha,"il-fidi tiegħek fejjqitek; mur bis-sliem, u kun imfejjqa mill-marda tiegħek."[Mk:5:35] Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: "Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?"[Mk:5:36] Iżda Ġesł sama' x'kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: "Tibżax, biss inti emmen."[Mk:5:37] U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu.[Mk:5:38] Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru.[Mk:5:39] Daħal, u qalilhom: "Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla m'hijiex mejta, imma rieqda."[Mk:5:40] U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll 'il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla.[Mk:5:41] Qabdilha idha, u qalilha: "Talitha, qum?" jiġifieri: "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum?"[Mk:5:42] Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb.
Ġesł jqajjem lil bin l-armla ta' Najn mill-mewt [Lq:7:11] Wara dan imbagħad mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies.[Lq:7:12] Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt.[Lq:7:13] Kif raha l-Mulej tħassarha."Tibkix?" qalilha.[Lq:7:14] Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: "Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum?"[Lq:7:15] U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesł tah lil ommu.
Il-Qawmien ta' Lazzru [Ġw:11:1] Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta' Marija u oħtha Marta.[Ġw:11:2] Marija kienet dik li dilket il-Mulej b'żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b'xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha.[Ġw:11:3] Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesł: "Mulej, ara, ħabibek marid."[Ġw:11:4] Meta sama' l-aħbar Ġesł qal: "Din m'hijiex marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta' Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta' Alla."[Ġw:11:5] Ġesł kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru.[Ġw:11:6] Meta sama' li dan marad, baqa' jumejn oħra fejn kien,[Ġw:11:7] u mbagħad qal lid-dixxipli: "Ejjew nerġgħu mmorr l-Lhudija."[Ġw:11:8] Qalulu d-dixxipli: "Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa' sejjer hemm?"[Ġw:11:9] Weġibhom Ġesł: "M'hux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta' din id-dinja.[Ġw:11:10] Imma jekk jimxi billejl, jitfixkel, għax ma jkollux dawl."[Ġw:11:11] Qalilhom hekk, u mbagħad issokta jgħidilhom: "Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajjmu."[Ġw:11:12] Qalulu d-dixxipli: "Mulej, jekk inhu rieqed, jiġifieri se jfiq."[Ġw:11:13] Iżda Ġesł kien tkellem mill-mewt tiegħu, u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta' meta wieħed ikun bin-ngħas.[Ġw:11:14] Mbagħad qalilhom ċar u tond: "Lazzru miet.[Ġw:11:15] U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda ejjew immorru sa ħdejh."[Ġw:11:16] Tumas, mlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: "Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu." [Ġw:11:17] Meta wasal, Ġesł sab li Lazzru kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.[Ġw:11:18] Betanja kienet qrib Ġerusalemm, xi ħmistax-il stadju 'l hemm minnha.[Ġw:11:19] Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom.[Ġw:11:20] Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesł, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar.[Ġw:11:21] Marta qalet lil Ġesł: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut.[Ġw:11:22] Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek."[Ġw:11:23] Ġesł qalilha: "Ħuk jerġa' jqum?"[Ġw:11:24] Qaltlu Marta: "Jiena naf li jerġa' jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum."[Ġw:11:25] Qalilha Ġesł: "Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix;[Ġw:11:26] u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?"[Ġw:11:27] "Iva, Mulej?" weġbitu,"Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta' Alla, dak li ġie fid-dinja." Ġesł jibki [Ġw:11:28] Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: "L-Imgħallem hawn, u qiegħed isejjaħlek."[Ġw:11:29] Dik, malli semgħetha, qamet minnufih u marret ħdejh.[Ġw:11:30] Ġesł kien għadu ma daħalx fir-raħal, imma baqa' fejn kienet ġiet tiltaqa' miegħu Marta.[Ġw:11:31] Il-Lhud li kienu d-dar ma' Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajjluha sejra lejn il-qabar biex toqgħod tibki hemm.[Ġw:11:32] Meta Marija waslet fejn kien Ġesł u ratu nxteħtet f'riġlejh, tgħidlu: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut."[Ġw:11:33] Ġesł, kif ra lilha tibki u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna.[Ġw:11:34] "Fejn qegħedtuh?" staqsiehom. Huma weġbuh: "Mulej, ejja u ara."[Ġw:11:35] U Ġesł beka.[Ġw:11:36] Għalhekk il-Lhud qalu: "Ara kemm kien iħobbu?"[Ġw:11:37] Iżda xi wħud minnhom qalu: "Ma setax dan il-bniedem, li fetaħ għajnejn l-agħma, jagħmel ukoll li dan ma jmutx?"[Ġw:11:38] Ġesł ħass ruħu mqanqal għal darb' oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu.[Ġw:11:39] Ġesł qal: "Neħħu l-blata." Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: "Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet."[Ġw:11:40] Qalilha Ġesł: "Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta' Alla?"[Ġw:11:41] Mbagħad neħħew il-blata. Ġesł rafa' għajnejh 'il fuq u qal: "Missier, nroddlok ħajr li smajtni.[Ġw:11:42] Kont naf li inti dejjem tismagħni, imma għedt dan minħabba n-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni."[Ġw:11:43] Kif qal hekk, għajjat b'leħen għoli: "Lazzru, oħroġ?"[Ġw:11:44] U dak li kien mejjet ħareġ, b'idejh u riġlejh infaxxati u b'maktur ma' wiċċu. Ġesł qalilhom: "Ħollulu l-faxex u ħalluh imur."
|