Ringrazzjament lill-Kappillan Dun Renč Vella u lill-Viċi Kappillan Dun David Farrugia

Sibt, 5 taAwissu 2006 – Quddies taRadd il-Ħajr lil Alla

 

Għażiż Dun Renč u Għażiż Dun David,

 

Ftit ħin ilu, waqt it-tħabbir ta’ l-Evanġelju, smajna lil Pietru, li f’isem iż-żewġ appostli l-oħra qal lil Ġesů, “Tajjeb li aħna hawn.”  Huwa sentiment li spiss inħossuh aħna wkoll, l-aktar meta nkunu f’xi post fejn inkunu drajna jew bdejna nidraw, fejn inkunu għamilna l-ħbieb, fejn inkun bdejna inħossuna komdi. 

 

Anke Pietru ħassu komdu, hemm fuq, fil-preżenza ta’ l-Imgħallem u tasħabu l-oħra u lanqas hu ma xtaq jitlaq minn hemm. Iżda l-pjan li kellu Ġesů għall-ħbieb tiegħu kien differenti.  Riedhom ikomplu jimxuil quddiem biex jaqdu s-sejħa tagħhom fi bnadi oħra.  Mhux darba jew tnejn, wara li kienu jgħaddu ftit jiem f’post kien jgħidilhom, “Ejjew nimxu għal raħal ieħor għax hemm ukoll jeħtieġ li nwettaq ir-rieda tal-Misser.”   Mhux darba jew tnejn kien jisfidhom biex jaqdfu ‘l barra, iktar fil-fond għaliex minkejja d-diffikultajiet, hemm ukoll kellha tintefa x-xibka tas-Saltna tas-Sema.

 

Dun Renč u Dun David, donnu li llum l-Imgħallem qed jerġa jagħmel l-istess.  Ftit żmien ilu sejħilkom biex tiġu fostna.  Illum, permezz tar-rieda tas-superjuri, qed jerġa jitlobkom biex tmorru taħdmu f’parti oħra tal-għalqa tiegħu.  Mhix għalqa differenti, imma hija biss parti oħra ta’ l-istess għalqa.

 

Meta ħarġet l-aħbar li se titilqu minn Ħal Tarxien, smajt ħafna jilmentaw.  Ma ttihomx tort. Nistqarr li anke jien, kultant ma nifhimx. Iżda jekk nemmnu li l-Ispirtu s-Santu għadu jmexxi l-Knisja anke llum, allura jkollna nammettu li t-toroq tal-Mulej huma misterjużi u li ħafna drabi huwa diffiċli għalina li nifmhuhom.  Kultant, magħna jidher kapriċċuż, imma meta nħarsu lura lejn l-istorja, kemm tagħna personalment kif ukoll tal-Knisja jew ta’ l-umanitŕ, nintebħu kemm dawk li fil-bidu nistgħu naħsbuhom kapriċċi tas-sema, ikunu biss rigali tal-Providenza Divina.

 

Quddiem Alla, ħadd minna mhu rota oħra fil-magna kbira tal-ħolqien. Il-Mulej jafna personalment. Jafna b’isimna. Jafna  wieħed, wieħed u waħda, waħda.  U l-pjan tas-salvazzjoni tiegħu huwa personaliżżat għal kull waħda u kull wieħed minna.

 

Għalhekk, l-ewwel u qabel xejn nixtieq li nirringrazzja lil Alla tal-ġid li wettaq fostna permezz tagħkom. Nirringrazzjah mhux biss li ġabkom fostna, imma wkoll li tagħkom il-grazzja li tilqgħu bil-qalb ir-rieda tiegħu, anke llum li qed jerġa jseħilkom lura u jitlobkom tmorru taħdmu fost persuni oħra. Minkejja li bħal Marija, Patruna tagħna, forsi ma stajtux tifhmu, imma bħalha wkoll għidtu l-IVA tagħkom bil-generożitŕ.

 

F’isem is-Saċerdoti tal-Parroċca, f’isem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, l-Għaqdiet, u ċert li f’isem il-Komunitŕ Parrokkjali kollha nixtieq nirringrazzja wkoll lilkom tadak kollu li wettaqtu magħna, fostna u għalina. U dan mhux biss kollettivament, imma wkoll personalment ma’ tant u tant persuni.  Żgur li huma bosta dawk li irċevew ħafna ġid minn għand il-Mulej permezz tagħkom.

 

Nixtiequ nawgurawlkom li fil-parroċċi rispettivi fejn il-Mulej qed isejħilkom jkollkom ħafna xogħol biex hemm ukoll twettqu bosta ġid. Biex hemm ukoll tressqu bosta qlub lejn Alla.

 

Nawgurawlkom li tkomplu tkunu Ragħajja għal qalb dak li għażilkom biex tkunu Ministri tajba tiegħu u tal-Knisja.

 

Inwegħdukom it-talb tagħna, għaliex kif il-bidla hija diffiċċli għalina, naf li se tkun għalikom ukoll.  Fl-istess ħin m’għandi ebda dubju li intom ukoll se tibqgħu tiftakru fina u titolbu għalina.

 

Għeżież Dun Renč u Dun David, il-mawra tagħkom fostna ma kienetx mit-twal.  Għal dan, il-Mulej għandu r-raġunijiet tiegħu.  Imma la l-ġid imwettaq u lanqas il-ħbiberija miksuba ma jitkejjlu bit-tul taż-żmien.

 

Għalhekk f’isima lkoll – GRAZZI U AWGURI.

 

 

Joe Farrugia

Chairperson tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.