|
|
||
|
IR-RUŻARJU |
||
|
|
||
|
|
SAN DUMINKU U R-RUŻARJU ·
L-istorja tar-Rużarju tmur lura lejn it-tnax
il-seklu u hi marbuta ma’ San Duminku. ·
Duminku Gużman twieled fis-sena 1170 ġo Kalaroga,
f’Kastilja (Spanja). Kien żmien
meta l-Islam kien xtered mal-Meditterran kollu, il-knejjjes insara bdew
jinbidlu f’Moskej u bosta reġjuni ta’ Spanja spiċċaw taħt
il-ħakma tal-Mori. ·
Ta’ 24 sena Duminku kien ordnat saċerdot. ·
Ta’ 33 sena ġie f’kuntatt ma’ l-ereżija
ta’ l-Albiġensi, li kienet qegħda tħalli ħsara
kbira. Dawn kienu jemmnu li
l-adulterju, il-fornikazzjoni u s-suwiċidju huma tajba, anzi ta’ min
ifaħħarhom. La kienu jemmnu
fil-ġenna u lanqas fl-infern. Għalihom ma kienet hemm l-ebda kodiċi
ta’ liġi morali. ·
Duminku dar minn post għall-ieħor
jippriedka kontra dan it-tagħlim żbaljat. ·
Kien fuq kollox jitlob kontinwament biex il-Mulej
jagħtih arma kontra dawn l-ereżiji. ·
Kien hawn li skond l-istorja, Marija tagħtu
r-Rużarju. |
|
IR-RUŻARJU U L-MADONNA ·
Minn żmien San Duminku sal-lum il-Madonna
stess diversi drabi dehret li xi persuni f’partijiet differenti tad-dinja u
talbithom biex jgħidu r-Rużarju u jxerrdu d-devozjoni tiegħu
mal-oħrajn. ·
Spiss inqisuh bħala talba lill-Madonna. Iżda t-talb tagħna għandu
jkun dejjem indirizzat lill-Missier, permezz ta’ l-Iben u bl-għajnuna
ta’ l-Ispirtu s-Santu. B’hekk it-talb
tagħna jkollu dimensjoni Trinitarja. ·
Allura fejn tidħol il-Madonna? Minflok inħarsu lejn ir-Rużarju
u ngħiduh bħala talba lill-Marija, jkun ħafna ħjar
jekk inqisuh bħala talba ma’ Marija. Għaliex waqt ir-Rużarju hija wkoll titlob magħna
kif fl-ewwel żminijiet tal-Knisja kienet titlob ma’ l-Appostli u ma’
l-ewwel insara. Naqraw fl-Atti tal-Appostli;
“U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm
Gesú u ma’ ħutu (qrabatu).” (Att 1:14) |
|
|
|
|
||
IT-TALBA TAR-RUŻARJU · Ir-Rużarju mhux biss talba vokali kif spiss huwa meqjus minn bosta persuni. Ħafna jħarsu lejh bħala talba ta’ kliem, tgedwid, bħala talba ripetittiva u monotona. · Imma ir-Rużarju huwa talba kemm vokali kif ukoll meditattiva għaliex filwaqt li ngħidu il-Missieran, is-Sliema u l-Glorja aħna rridu wkoll naħsbu u nimmeditaw dwar il-misteri differenti tal-ta’ Ġesú. · Għalhekk ir-Rużarju huwa qabel xejn talba Kristoloġika għaliex fic-ċentru tiegħu hemm il-Misteru ta’ Ġesú, l-Inkarnazzjoni tiegħu, il-Ħajja, il-Passjoni, Mewt u l-Qawmien tiegħu kif ukoll it-Tlugh tiegħu fis-sema. Anke l-aħħar tliet misteri tal-Glorja huma Kristoloġiċi għaliex fihom naraw l-ewwel it-twettiq tal-wegħda ta’ Ġesú li jibgħat l-Ispirtu s-Santu imbagħad il-bidu tat-twettiq ta’ wegħda oħra tiegħu, “Sejjer inlestilkom post. Imbagħad nerġa niġi u noħodkom miegħi biex fejn inkun jien, hemm tkunu intom ukoll.” (Ġwanni 14:2) Din il-wegħda bdiet isseħħ fit-tlugħ is-sema ta’ Marija u fl-inkurunuzzjoni tagħha mit-Trinitá Qaddisa. |
||
IL-MISTERI TAR-RUŻARJU·
Oriġinarjament il-Misteri tar-Rużarju
kienu ħmistax, imma fis-16 ta’ Ottubru 2002, il-Papa Ġwanni Pawlu
II, f’Ittra Appostolika, Rosarium
Virginis Mariae, ippublika ħames misteri oħra, dawk
tad-dawl, biex b’hekk issa hemm għandna għoxrin misteru biex
nistgħu nimmeditaw dwarhom. ·
Il-misteri tar-Rużarju huma mqassma hekk: b.
Il-ħames misteri tat-Tbatija. d.
Il-ħames misteri tal-Glorja. F’kull waħda minn dawn
it-taqsimiet hemm LINK għall-pagna oħra b’kull wieħed
mill-għoxrin Misteru fejn ukoll tista’ tisma’ r-Rużarju
jingħad bil-Malti u tingħaqad miegħu. Rużarju huwa
rekordjat u provdut mill-RTK. |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||