Lura fl-Ewwel Paġna tas-Sit Uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta' Ħal-Tarxien.... >>      

MISTERI TAL-FERĦ

MISTERI TAD-DAWL

MISTERI TAT-TBATIJA

MISTERI TAL-GLORJA 

SAN DUMINKU U R-RUŻARJU

L-istorja tar-Rużarju tmur lura lejn it-tnax il-seklu u hi marbuta ma’ San Duminku. Duminku Gużman twieled fis-sena 1170 ġo Kalaroga, f’Kastilja (Spanja).  Kien żmien meta l-Islam kien xtered mal-Meditterran kollu, il-knejjjes insara bdew jinbidlu f’Moskej u bosta reġjuni ta’ Spanja spiċċaw taħt il-ħakma tal-Mori.

Ta’ 24 sena Duminku kien ordnat saċerdot. Ta’ 33 sena ġie f’kuntatt ma’ l-ereżija ta’ l-Albiġensi, li kienet qegħda tħalli ħsara kbira.  Dawn kienu jemmnu li l-adulterju, il-fornikazzjoni u s-suwiċidju huma tajba, anzi ta’ min ifaħħarhom.  La kienu jemmnu fil-ġenna u lanqas fl-infern. Għalihom ma kienet hemm l-ebda kodiċi ta’ liġi morali.

Duminku dar minn post għall-ieħor jippriedka kontra dan it-tagħlim żbaljat. Kien fuq kollox jitlob kontinwament biex il-Mulej jagħtih arma kontra dawn l-ereżiji. Kien hawn li skond l-istorja, Marija tagħtu r-Rużarju.

Minn żmien San Duminku sal-lum il-Madonna stess diversi drabi dehret li xi persuni f’partijiet differenti tad-dinja u talbithom biex jgħidu r-Rużarju u jxerrdu d-devozjoni tiegħu mal-oħrajn.

Spiss inqisuh bħala talba lill-Madonna.  Iżda t-talb tagħna għandu jkun dejjem indirizzat lill-Missier, permezz ta’ l-Iben u bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu.  B’hekk it-talb tagħna jkollu dimensjoni Trinitarja.

Allura fejn tidħol il-Madonna?  Minflok inħarsu lejn ir-Rużarju u ngħiduh bħala talba lill-Marija, ikun ħafna aħjar jekk inqisuh bħala talba ma’ Marija.  Għaliex waqt ir-Rużarju hija wkoll titlob magħna kif fl-ewwel żminijiet tal-Knisja kienet titlob ma’ l-Appostli u ma’ l-ewwel insara.  Naqraw fl-Atti tal-Appostli; “U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Gesú u ma’ ħutu (qrabatu).”  (Att 1:14)

Biex tingħaqad mas-Sorijiet tal-Klawsura fit-talba tar-Rużarju ikklikkja fuq l-ispeakers li hemm fuq. Jekk tikklikkja fuq l-isem tal-misteri differenti tkun tista’ taqra l-qari relatat.