|

|
KIF GHANDHA TKUN IL-QIMA TAGHNA
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġoel
Ġoel 2, 12-18
Dan igħid il-Mulej: “Erġgħu duru lejja b’qalbkom kollha,
bis-sawm, bil-biki u t-tnehid.’’ Ċarrtu qlubkom, u mhux
ilbieskom, u erġgħu duru lejn il-Mulej Alla tagħkom, għax hu
ħanin u jagħder, idum biex jinkorla, u kollu tjieba, u
jisgħobbih għall-ħażen. Min jaf jerġax jibdielu u jisgħobbih,
U jħalli l-barka warajh, offerta ta’ ikel u ta’ xorb
Lill-Mulej Alla tagħkom?
Doqqu t-tromba f’Sijon! Ordnaw sawma,
Sejħu laqgħa mqaddsa, iġbru l-poplu, laqqgħu l-ġemgħa,
għajtu lix-xjuħ, iġbru t-tfal u t-trabi! Ħa joħroġ il-għarus
minn ġo kamartu u l-għarusa mill-għamara tagħha! Bejn
il-loġġa u l-artal ħa jibku l-qassisin, qaddejja tal-Mulej!
U ħa jgħidu: “Ħenn għall-poplu tiegħek, Mulej, u la tħallix
il-wirt tiegħek jaqa’ għaż-żebliħ biex jiġi fi lsien il-ġnus!
Il-għala għandu jingħad fost il-popli, ‘Fejn hu Alla tagħkom?’
‘’ U l-Mulej tħeġġeġ għall-art tiegħu, Huwa għader
lill-poplu tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJALI
Salm 50, 3-6a. 12-14. 17.
O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!
Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek,
Fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi,
naddafni mid-dnub tiegħi.
R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!
Għax jien nistqarr ħtijieti,
dnubieti dejjem quddiemi.
Quddiemek biss jien dnibt,
u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.
R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!
Oħloq fija, o Alla, qalb safja,
ġedded ġewwa fija ruħ sewwa.
La twarrabnix minn quddiemek,
U tneħħix minni l-Ispirtu qaddis tiegħek.
R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!
Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,
u bi spirtu qalbieni wettaqni.
Mulej, iftaħli xofftejja,
u fommi jxandar it-tifħir tietgħek.
R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!
IT-TIENI QARI
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin.
2 Kor 5, 20-6, 2.
Ħuti:
Aħna ambaxxaturi ta’ Kristu, bħallikieku Alla stess qiegħed
isejħilkom permezz tagħna. Nitolbkom f’isem Kristu; Għamlu
ħbieb ma’ Alla. Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu
dnub għalina, Sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla.
Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela
nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għalxejn. Għax
hu jgħid, ‘Fiż-żmien it-tajjeb smajtek, f’jum is-salvazzjoni
għintek. Araw, issa hu ż-żmien it-tajjeb; Araw, issa hu jum
is-salvazzjoni!’
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Illum la twebbsux qalbkom,
iżda isimgħu leħen il-Mulej.
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew.
Mt 6, 1-6. 16-18
F’dak Iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli
tiegħu;
Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies
biex tagħmlu wirja quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx
ħlas minn għand Missierkom li hu fis-smewwiet.
Mela meta tagħmel karita’, tmurx iddoqq
it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor
fis-sinagogi u fit-triqat biex in-nies tfaħħarhom. Tassew,
ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta
tagħmel karita’, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf
x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karita’; tiegħek
issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi,
iroddhielek hu.
U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ
b’ieħor, għax dawn iħobbu joqogħdu jitolbu fis-sinagogi u
f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew,
ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta
titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, għalaq il-bieb
warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek,
li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Meta ssumu, teħdux bixra ta’ swied
il-qalb bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawn
ikerrhu l-bixra ta’ wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li
huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
Izda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek,
biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma
quddiem Missierek li hu fil-moħbi; U Missierek, li jara dak
li hu fil-moħbi, Iroddlok hu.’’
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir Lilek Kristu.
|