|
IT-TFIXKIL TAN-NISRANI – PROFETA
|
||||
|
IR-RABA’ ĦADD MATUL IS-SENA - Sena Ċ
L-EWWEL QARI - Ġer 1, 4-5, 17-19.
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Ġeremija
SALM RESPONSORJALI - Salm 70.
Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek
Kun għalija sur tal-kenn
Għax int, Mulej, it-tama tiegħi;
Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek,
IT-TIENI QARI - 1 Kor 12, 31, 13, 1-13.
Ħuti: (Intom tħeġġu għal doni akbar. Jien nurikom,
triq li tgħaddihom ilkoll. Jekk nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u ta’ l-anġli
bla ma għandi l-imħabba, inkun qisni strument tar-ram idoqq jew platti
jċekċku. U kieku għandi d-don tal-profezija u naf il-misteri kollha u l-għerf
kollu, kieku għandi l-fidi tiegħi hekk sħiħa li nqanqal saħansitra l-muntanji,
imma ma għandix l-imħabba, jien ma jien xejn. U jekk inqassam ġidi kollu
fil-karita’ u nagħti ġismi għall-ħruq bla ma għandi l-imħabba, xejn ma
jiswieli ta’ ġid.)
HALLELUJAH.
Hallelujah. Hallelujah.
L-EVANĠELJU - Lq 4, 21-30.
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Luqa.
|
Tema: Profeti ma’ Kristu l-Profeta lesti għal kolllox. KKK: 574-576, 1816.Objettiv: Ara pp.1-2 hawn fuq.
1. Talba tal-Bidu: Wara l-eżerċizzju tal-Preżenza ta’ Alla u Kant tal-Bidu, it-Talba lill-Ispirtu s-Santu, jew talba oħra spontanja mill-Animatur.
2. L-Esperjenza - Il-Kelma ta’ Alla fil-Ktieb tal-Ħajja (fil-gruppi ż-żgħar) Wara ħin ta’ skiet ngħaddu biex nirrifletu x’qiegħed jgħidilna Alla fl-esperjenza ta’ ħajjitna: X’tifhem bil-kelma “profeta”? Għad hawn “profeti” fi żmienna? Inti “profeta”?
3. Il-Kelma ta’ Alla fl-Evanġelju (fi-grupp il-kbir) Wara li nisimgħu l-esperjenzi, naqraw bil-mod is-silta tal-Evanġelju: Lq 4,21-30: Ġesù profeta mkeċċi.
Fis- skiet, nistaqsu: X’qed jgħidilna l-Mulej, dwar l-esperjenzi tagħna?
Nieħdu r-reazzjonijiet, imbagħad niċċarawhom b’riflessjonijiet mill-librett tal-Mixja tal-Fidi ma’ l-Assemblea tal-Ewwel Ħadd. Fil-Handouts insibu ġabra f’punti fil-qosor.
1. Bit-tkeċċija ta’ Ġesù mis-sinagoga ta’ Nazaret, San Luqa jrid jurina dak li ġara matul l-Evanġelju kollu u wkoll dak li ġara fil-mixja tal-ewwel Komunitajiet Insara kif jirrakkontaha fl-Atti tal-Appostli. Il-messaġġ ta’ ħelsien se jibqa’ jiltaqa’ dejjem ma’ reżistenzi kbar u twarrib. X’għandhom jistennew għalihom dawk li jagħżlu li jissieħbu ma’ Ġesù fil-missjoni tiegħu?
2. Għaliex Ġesù ġie mkeċċi mis-sinagoga ta’ pajjiżu? L-ewwel ostaklu kien l-Inkarnazzjoni. It-tieni ostaklu kien ix-xewqa tal-mirakli”. Il-poplu stenna messija li jagħmel l-għeġubijiet, messija tal-mirakli. Dawn kien wkoll tnejn mit-tentazzjonijiet tax-xitan, u baqa’ jimsagħhom sa fuq is-salib. Imma Ġesù l-għażla tiegħu kien għamilha u baqa’ fidil lejha sa l-aħħar. Ġesù qatt ma ġie aċċettat mil-Lhud, kif jixhdu wkoll l-Atti tal-Appostli. L-Evanġelju jrid iwissina li dak li ġara lil Ġesù sa mill-bidu tax-xandir tiegħu f’pajjiżu stess; se jiġri lil min ixandar il-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù. L-Evanġelista ġabarhom jurina xi ġralu l-poplu li kellu tant familjaritaÏ ma’ Ġesù ta’ Nazaret. Wasal biex fl-aħħar mill-aħħar iwarrab il-messaġġ ta’ ħelsien ta’ Ġesù u jitlef darba għal dejjem il-kuntatt mas-salvatur u mas-salvazzjoni. Jista’ jigri l-istess lilna wkoll?
3. Ħarġuh barra mill-belt. Din hi espressjoni importanti għax tħabbar minn qabel il-mewt ta’ Ġesù. Dak li ġara f’Nazaret sab it-twettiq tiegħu f’Ġerusalemm fejn Ġesù ġie msallab u maqtul minn dawk li ma ridux jaċċettawh. San Luqa matul l-Evanġelju kollu jżomm quddiemna l-perspettiva tas-salib.
4. Ġesù huwa bniedem għal kollox ħieles; u l-proċess tal-ħelsien li beda hu ma jistax jitwaqqaf, ukoll jekk jiltaqa’ mal-konflitt u l-persekuzzjoni. Pietru anzi jxandar li “Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq ’il dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu”[1] .Għal San Luqa, dan kien il-mudell li ispira lil dawk li ħabbru l-Evanġelju wara l-qawmien ta’ Ġesù. Meta l-Bxara t-Tajba ġiet miċħuda mil-Lhud, l-Appostli u dawk li ġew warajhom daru għal mal-pagani. U l-Bxara t-Tajba xterdet mad-dinja kollha.
Il-proġett ta’ Ġesù kien li jeħles lill-fqar u lill-imwarrbin (ara l-Evanġelju tal-Ħadd li għadda). Min jirrifjuta jifhem li l-Bxara t-Tajba tingħata lill-fqar, min ma jridx jarahom meħlusin, jippersegwita lil dawk li jħabbru l-ħelsien tagħhom; u jispiċċa biex iwarrab lilu nnifsu mil-“lum” ta’ Alla li jaħdem fl-istorja u permezz tal-istorja f’kull żmien.
5. Il-ħajja u l-missjoni ta’ profeta qatt ma kienet komda. Għax il-profeti ma jimxux mal-kurrent, anzi sikwit imorru kontra l-kurrent tan-nies ta’ żmienhom. Biex tkun profeta kif kien Ġesù, trid tkun ħieles bħalma kien hu minn kull ma jista’ jfixklek u jorbtok. Aħna lesti nkunu profeti fil-familja, fuq il-post tax-xogħol, fl-arena pubblika, billi nuru fil-beraħ il-konvinzjonijiet tagħna?
Jekk jisktu l-profeti veri, li bil-kuraġġ jikxfu u joħorġu għad-dawl is-sitwazzjoni ta’ miżerja tal-bnedmin, allura jkollna nammettu li s-Saltna hi ta’ dawk li jirnexxilhom jaħtfu, li jistagħnew minn fuq il-miżerja tal-oħrajn, u li jġibu fix-xejn il-proġett ta’ Ġesù ta’ dinja fejn il-bnedmin kollha għandhom jiġu stmati bħala wlied tal-istess Missier.
4. Azzjoni: Wara din ir-riflessjoni, irridu nirranġaw jew inżidu xi ħaġa ma’ dak li ħsibna qabel? X’qed jgħidilna nagħmlu issa? Ara l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li nsibu fil-Librett p.24.
Għeluq: Nagħlqu b’talb spontanju, il-Missierna u l-Għotja tal-Paċi, Kant tal-għeluq.
[1] Ara Atti, 10,38, it-Tieni Qari tal-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej.
|
|||