|
Il-venerabbli Dun Gorg
Preca - (1880-1962) (mill-website
- http://www.gozodiocese.org/dungorg.htm) Dun
Gorg twieled fil-belt Valletta, fit-12 ta’ Frar 1880. Hu kien is-seba’
mid-disa’ wlied ta’ familja li kienet tassew nisranija. Gorg kien tifel ta’
sahha fragli. Sa minn tfulitu ghex il-Hamrun fejn missieru kien spettur
tas-sanita’. Studja fil-liceo u fis-seminarju bhala estern. Meta kien diga’
djaknu, proprju ftit gimghat qabel ma wasal biex jiehu l-quddiesa, huwa marad
serjament u t-tabib tieghu ma kellu ebda fiducja li jfiq. Izda,
bl-intercessjoni ta’ San Guzepp, fieq u kien ordnat sacerdot fit-22 ta’
Dicembru 1906. Sa
minn qabel ma sar qassis, Dun Gorg kien hass is-sejha li l-poplu ta’ Alla
kellu bzonn ta’ min jghallmu. Kien beda jikteb regola bil-latin biex
jibghatha lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf socjeta’ ta’ djakni permanenti,
bi rgiel lajci bhala awziljaturi, halli jghinu lill-isqfijiet fil-formazzjoni
nisranija permezz tat-taghlim. Dan
il-hsieb wettqu imma xorta ohra. Hu beda jifforma hu stess grupp ta’ zghazagh
biex ikunu kapaci jghallmu lil ohrajn. Tefa’ attenzjoni specjali fuq
zaghzugh, is-serv ta’ Alla Ewgenju Borg, modellatur (pattern-maker) jahdem
it-tarzna, li kellu jkun dak li fuqu jibni s-socjeta’ tieghu. Hu kien jiehdu
ghalih wahdu fl-inhawi ta’ Santa Venera biex jghallmu u jfissirlu l-passjoni
ta’ Gesu’ Kristu skond l-evangelju ta’ San Gwann. Ewgenju kellu jkun l-ewwel
superjur Generali tas-socjeta’ ta’ Dun Gorg. Il-bidu
kien f’daqsxejn ta’ mezzanin nru. 6 triq Fra Diegu, il-Hamrun - post nieqes
minn kollox. Lanqas bankijiet jew siggijiet fejn joqoghdu bilqieghda ma
kellhom. Imma fl-istess hin, il-post kien ghani fl-imhabba ta’ l-ahwa u
t-taghlim. L-ewwel
dar inkriet f’Marzu ta’ l-1907. Hekk bdiet is-socjeta’ tad-duttrina
nisranija. Ghall-bidu s-socjeta’ kienet tissejjah Societas Papidum --
socjeta’ ta’ ulied il-Papa. Wara bdiet tkun aktar maghrufa bil-motto taghha
M.U.S.E.U.M. - Magister Utinam Sequatur Evangelium
Eniversus Mundus: mghallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara
l-evangelju! Mhux
kulhadd fehem mill-ewwel x’ried jaghmel Dun Gorg. Kien hemm min fehmu hazin.
Fl-ewwel snin tas-seklu 20, il-bibbja u t-teologija f’idejn lajci haddiema
kienet ghadha haga gdida. Wisq aktar gdida kienet li dawn il-lajci johorgu
fit-toroq u fil-pjazez ixandru l-kelma ta’ Alla lil kulhadd. Minhabba f’hekk
Dun Gorg u shabu ghaddew minn zminijiet difficli; kien hemm zmien fl-1907
meta anke kienu ordnati li jaghlqu d-djar li nfethu. Fl-1914 dehru diversi
ittri fil-gurnali jattakkaw lil Dun Gorg u l-ghaqda gdida tieghu. L-awtoritajiet
tal-knisja, ghalhekk, dehrilhom li kellha ssir inkjesta dwar din is-socjeta’
biex tezamina l-operat kollu taghha. Imma fl-ahhar kien wasal il-waqt li tkun
approvata formalment. Dan sehh wara 25 sena mit-twaqqif taghha, precizament
fit-12 ta’ april 1932, meta l-isqof ta’ Malta Dom Mauro Caruana OSB approva
r-regola u s-socjeta’ ta’ Dun Gorg. Id-djar
ghat-taghlim nisrani bdew jifthu wahda wara l-ohra fil-parrocci ghax
l-iskejjel kienu ftit u mhux obbligatorji. L-edukazzjoni religjuza tal-poplu
kienet bzonn kbir ghax il-hajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq
is-sagramenti u d-devozzjonijiet bla ma kien hemm gheruq sodi fit-taghlim
tal-knisja. It-tfal bdew jigu kuljum fid-djar ta’ Dun Gorg u barra t-taghlim
kienu johorgu, jilaghbu u jikbru flimkien mal-katekist taghhom. Sa
mill-bidunett Dun Gorg ried li jghallem lill-kbar u liz-zghar, imma l-ewwel
lill-katekisti celibi u ddedikati tieghu li, wara li jghallmu lit-tfal,
zghazagh u kbar, obbligahom ghal siegha formazzjoni flimkien kuljum. Dun
Gorg ried jghallem anki bil-kitba. Minkejja l-glieda li kien hawn f’Malta
fl-ewwel snin tas-seklu 20 bejn il-lingwa taljana u dik ingliza, Dun Gorg
ghallem u kiteb bil-malti, il-lingwa tal-poplu, biex kulhadd jifhem. Ghandu
madwar 150 pubblikazzjoni bejn kotba kbar u zghar. It-talb
tieghu, li huwa hafna wkoll u fuq bosta suggetti, juri li Dun Gorg kien ruh
mistika li jfittex lil Alla biss. Kien
konfessur imfittex hafna ghall-pariri u jidher li Alla nqeda bih biex jaghmel
fejqan ma’ x’uhud. Il-karizma
tieghu li jghallem ghadha hajja u l-vokazzjonijiet fis-socjeta’ tieghu dejjem
jizdiedu. Fi zmienu Dun Gorg innifsu baghat sitt membri biex jevangelizzaw
fl-awstralja. Bhalissa s-socjeta’ museum ghandha djar tat-taghlim u skejjel
fis-Sudan, fil-Kenja, f’Londra, fl-Albanija u fil-Peru’. L-ahhar
hdax-il xahar qabel miet, Dun Gorg preca ghex fil-parrocca ta’ Santa Venera,
fejn miet nhar il-Hamis is-26 ta’ lulju 1962. Il-fdal tieghu jinsab midfun
mad-dar Generali tas-socjeta’ fil-Blata l-Bajda. Il-kawza ghall-beatifikazzjoni
tieghu bdiet fl-1975. Fit-28 ta’Gunju 1999 Dun Gorg gie dikjarat li ghex
il-virtujiet kardinali u l-virtujiet l-ohra nsara fi grad erojku u ghalhekk
beda jissejjah venerabbli. F’jannar tas-sena 2000, fejqan f’daqqa ta’ distakk
ta’ retina li sehh fuq Charles Zammit Endrich fi Frar 1964 gie dikjarat
miraklu bl-intercessjoni ta’ Dun Gorg. Issa jmiss li l-Papa jiddikjarah formalment
beatu. Hu ttamat li dan isir aktar tard din is-sena meta jkun fostna
mill-gdid il-QT il-Papa Gwann Pawlu II. |