|
ĠEWWA L-KAPPELLA SISTINA.
Minn Harry
Agius Ordway
19 ta’ April
2005
Sakemm qed ngħaddulkom dan it-tagħrif, wara d-daħna
sewda tat-Tnejn f’nofsinhar, id-dinja kollha Nisranija moħħha x’qed
jiġri ġewwa l-Kappella Sistina. U għaldaqstant xtaqna
nagħtukom idea ċara x’hemm hemm ġew preżentament,l-aktar
għal dawk li ma segwewx it-televixin.
Intant ġewwa din il-Kappella hemm tnax-il mejda, sitta fuq kull naħa;
il-leġiju li fuq hemm l-erba’ Vanġeli li fuqhom il-Kardinali ħadu
l-ġurament; il-mejda
bl-urni li fihom jinġabru l-voti; u l-forn fejn jiġu maħruqa
dawn l-istess voti, flimkien ma’ xi notamenti li jkunu ħadu xi Kardinali
waqt jew wara xi votazzjoni, u li d-duħħan mill-istess ħarqa
jgħaddi minn ġoċ-ċumnija biex iħabbar lid-dinja
saretx l-għażla ta’ Papa jew le.
Il-forn li fih jinħarqu l-voti ntuża l-ewwel darba fil-Konklavi
ta’ l- 1939 meta
l-Kardinal Eugenio Paci ġie magħżul Papa u ħa l-isem
ta’ Piju XII. Il-forn hu
tal-ħadid, metru għoli u b’dijametru ta’ 45 ċentimetru. Għandu
żewġt ibwieb, bieba n-naħa t’isfel, fuq wara, minfejn
jiġi mixgħul, u oħra, aktar għolja, fuq quddiem, li
minnha jdaħħlu l-voti u n-notamenti biex jiġu maħruqa.
Il-forn intuża f’dawn il-Konklavi u s-sena u x-xahar li fih saru, u
li huma minquxa fin-naħa ta’ fuq ta’ l-istess forn, huma dawn: 1939/III
elezzjoni ta’
Piju XII; 1958/X elezzjoni ta’ Ġwanni XXIII; 1963/VI elezzjoni ta’
Pawlu VI; 1978/VIII elezzjoni ta’ Ġwanni Pawlu I; u 1978/X elezzjoni ta’
Ġwanni Pawlu II.
Is-sinjali ta’ duħħan iswed, li jfisser li l-Papa ma jkunx għadu
ntagħżel, isiru billi sempliċiment jinħarqu l-voti u
n-notamenti; id-duħħan abjad, li jfisser li aħna l-Kattolċi
għandna Papa ġdid, isir billi jinħarqu l-voti u d-dokumenti u
tiben umdu. Din id-darba, u għal l-ewwel darba, qed jintuża forn imħaddem
elettronikament biex ikun hemm aktar duħħan biex id-daħna tkun
aktar ċara….għalkemm, ngħiduha kif inhi, s’issa, l-ewwelu
t-tieni daħna qarrqu xi ftit bina!
Il- 115-il Kardinali li qed jiehdu sehem
f’dawn il-Konklavi huma:
ORDNI TA’ ISQFIJIET
Ratzinger Kard. Joseph
Sodano Kard. Angelo
López Trujillo Kard. Alfonso
Re Kard. Giovanni Battista
Kardinal Patrijarka tar-Rit Orjentali.
Daoud Kard. Ignace Moussa I
ORDNI TA’ QASSISIN:
Baum Kard. William Wakefield
Ce Kard. Marco
Macharski Kard. Franciszek
Kitbunchu Kard. Michael Michai
Danneels Kard. Godfried
Williams Kard. Thomas Stafford
Martini Kard. Carlo Maria, S.J.
Lustiger Kard. Jean-Marie
Glemp Kard. Jozef
Meisner Kard. Joachim
Arinze Kard. Francis
Obando Bravo Kard. Miguel, S.D.B.
Vidal Kard. Ricardo J.
Poupard Kard. Paul
Wetter Kard. Friedrich
Simonis Kard. Adrianus Johannes
Law Kard. Bernard Francis
Biffi Kard. Giacomo
Martinez Somalo Kard. Eduardo
Falcao Freire Kard. Jose
Giordano Kard. Michele
Szoka Kard. Edmund Casimir
Paskai Kard. Laszlo, O.F.M.
Tumi Kard. Christian Wiyghan
Etsou-Nzabi-Bamungwabi Kard. Frederic, C.I.C.M.
Lopez Rodriguez Kard. Nicolas De Jesus
Mahony Kard. Roger Michael
Ruini Kard. Camillo
Schwery Kard. Henri
Sterzinsky Kard. Georg Maximilian
Vlk Kard. Miloslav
Shirayanagi Kard. Peter Seiichi
Darmaatmadja Kard. Julius Riyadi, S.J.
Ortega Y Alamino Kard. Jaime Lucas
Wamala Kard. Emmanuel
Keeler Kard. William Henry
Turcotte Kard. Jean-Claude
Carles Gordo Kard. Ricardo Maria
Maida Kard. Adam Joseph
Puljic Kard. Vinko
Razafindratandra Kard. Armand Gaetan
Sandoval Íniguez Kard. Juan
De Giorgi Kard. Salvatore
Rouco Varela Kard. Antonio María
Ambrozic Kard. Aloysius Matthew
Tettamanzi Kard. Dionigi
Pengo Kard. Polycarp
Schoenborn Kard. Christoph, O.P.
Rivera Carrera Kard. Norberto
George Kard. Francis Eugene, O.M.I.
Jaworski Kard. Marian
Pujats Kard. Janis
Dias Kard. Ivan
Agnelo Kard. Geraldo Majella
Rubiano Saenz Kard. Pedro
McCarrick Kard. Theodore Edgar
Connell Kard. Desmond
Backis Kard. Audrys Juozas
Errazuriz Ossa Kard. Francisco Javier
Terrazas Sandoval Kard. Julio, C.Ss.R.
Napier Kard. Wilfrid Fox, O.F.M.
Rodriguez Maradiaga Kard. Oscar Andres, S.D.B.
Agre Kard. Bernard
Cipriani Thorne Kard. Juan Luis
Alvarez Martínez Kard. Francisco
Hummes Kard. Claudio, O.F.M.
Vithayathil Kard. Varkey, C.Ss.R.
Bergoglio Kard. Jorge Maria, S.J.
Da Cruz Policarpo Kard. Jose
Poletto Kard. Severino
Murphy-O'Connor Kard. Cormac
Egan Kard. Edward Michael
Husar Kard. Lubomyr
Lehmann Kard. Karl
Scola Kard. Angelo
Okogie Kard. Anthony Olubunmi
Panafieu Kard. Bernard
Zubeir Wako Kard. Gabriel
Amigo Vallejo Kard. Carlos, O.F.M.
Rigali Kard. Justin Francis
O'Brien Kard. Keith Michael Patrick
Scheid Kard. Eusébio Oscar, S.C.I.
Antonelli Kard. Ennio
Bertone Kard. Tarcisio, S.D.B.
Turkson Kard. Peter Kodwo Appiah
Toppo Kard. Telesphore Placidus
Pell Kard. George
Bozanic Kard. Josip
Pham Minh Man Kard. Jean-Baptiste
Quezada Toruno Kard. Rodolfo
Barbarin Kard. Philippe
Erdo Kard. Peter
Ouellet Kard. Marc, P.S.S.
ORDNI TAD-DJAKNI:
Medina Estevez Kard. Jorge
Arturo
Castrillon Hoyos Kard. Darío
Stafford Kard. James Francis
Cacciavillan Kard. Agostino
Sebastiani Kard. Sergio
Grocholewski Kard. Zenon
Saraiva Martins Kard. Jose, C.M.F.
Sepe Kard. Crescenzio
Pompedda Kard. Mario Francesco
Kasper Kard. Walter
Tauran Kard. Jean-Louis
Martino Kard. Renato Raffaele
Marchisano Kard. Francesco
Herranz Kard. Julián
Lozano Barragan Kard. Javier
Hamao Kard. Stephen Fumio
Nicora Kard. Attilio
|