.

ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA TA’ SAN BERT – Mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.30 am sal-10.00 am u mis-6.30 pm sad-9.00 pm.  Sib int ukoll ftit ħin biex tinvista lil Ġesů Sagramentat.

AKTAR PAĠNI

Festi matul is-Sena

Siti Oħra Relatati

 

SPIRITWALITA’

Mill-Grotta ta' Lourdes

Qaddis tal-Jum

Liturġija tas-Siegħat

Ħsieb għal Matul il-Jum

 
    TBERIK TAL-FAMILJI

GĦAL ŻMIEN L-GĦID

 

Din is-sena, it-tberik tal-familji għal żmien l-Għid se jibda’ nhar it-Tnejn, 28 ta’ Marzu.  It-tberik jibda’ dejjem fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar. 

Ara l-programm tat-tberik.

 

 Il-Kappillan, il-Kleru, u l-Kunsill Pastorali Parrokjali jixtiequ lill-membri kollha tal-Parroċċa l-Għid it-Tajjeb mimli bil-paċi ta’

Kristu Rxoxt.

 

 

   "IL-PAPA F'KUNDIZZJONI GRAVI.... ITOLBU GĦALIH"  Il-Kardinal Ruini

Ruma, Il-Ġimgħa, 1 ta’ April 2005Il-Papa qiegħed f’kundizzjoni gravi imma huwa seren. Hekk stqarr bi dmugh f’għajnejh il-kelliem uffiċċjali tal-Vatikan, Joaquin Navarro Valls f’konferenza stampa li ta ftit tal-ħin ilu. Ġwanni Pawlu II għandu diffikultabiex jieħu n-nifs kif ukoll żvilluppaw problemi relatati mal-pressjoni.  Il-bieraħ  stess huwa rċieva is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda u dal-għodu huwa stess talab li jinqrawlu xi testi mill-Iskrittura.  Mijiet ta’ persuni inġabru fi pjazza San Pietru, jitolbu għar-ragħaj spiritwali tal-Knisja Kattolika.  Il-pulizija Taljana imponiet diversi restrizzjonijiet fuq iċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku madwar il-Vatikan fil-waqt li diversi kardinali minn madwar id-dinja, li tagħhom huwa id-dover li jaħtru papa ġdid, diġa bdew jaslu Ruma.  Il-Kardinal Camillo Ruini, li huwa l-Vigarju ta’ Ruma u stqarr ma’ xi ġurnalisti, “Dalgħodu kont ħdejh.  Qiegħed f’kundizzjoni gravi imma seren.  Itolbu għalih.”

 

 

 

 

Parti mill-folla miġbura fi Pjazza San Pietru.

Fuq ix-xellug – il-Kardinal Camillo Ruini, li bħala Vigarju ta’ Ruma normalment iħabbar il-mewt tal-papa.


Bidu tal-Ħidma Pastorali ta’

DUN RENČ VELLA

bħala Kappillan

tal-Parroċċa Marija Annunzjata

Ħal Tarxien

IL-ĦADD, 3 TA’ APRIL 2005

5.00pm

Il-Kappillan il-ġdid, Dun Renč Vella, akkumpanjat mill-Banda Marija Annunzjata, jitwassal nid-Dar Parrokkjali fi Triq il-Kbira sal-Knisja Parrokkjali.

5.30pm

Quddiesa konċelebrata li fiha Dun Renč Vella jingħata l-mandat ta’ Kappillan tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien mid-Delegat ta’ l-Arċisqof, Mons. Carmelo Zammit. 

Wara jsir riċeviment fis-Sala ewlenija ta’ Dar Nażaret, fi Triq it-Tamal, Ħal Tarxien.

  TISTA’ TGĦIN FIT-TYPING?

Bdejna naħdmu fuq biċċa xogħol ambizzjuża – dik li nwasslulkom il-qari kollu tal-Liturġija tas-Siegħat.  Imma ninħtieġu bosta għajnuna minn persuni li jistgħu jgħinu fix-xogħol tat-typing. Dan sintendi jista’ jsir mid-dar stess.  Minn lest joffri mill-ħin tiegħu biex inwettqu dan il-proġett kbr, mitlub jiktbilna fuq jf@interteklabs.com

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

L-Għid il-Kbir

27 Marzu 2005 

Il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet


It-Tieni Ħadd tal-Għid

3 April 2005

Aħna l-Familja ta’ Alla


It-Tnejn, 4 April 2005

Festa Liturġika

tat-Tħabbira tal-Mulej

Ħa Jsir Minni Skond Kelmtek


DWAR IL-LITURĠIJA 

Qegħdin nagħtu bidu għal sezzjoni ġdida ta’ tagħrif dwar il-liturġija.  L-ewwel tliet artikoli li għandna f’din is-serje jittrattaw dwar is-Sena Liturġika u huma miktuba mil-Liturġista Dun Ġorġ Schembri.  Huwa ħsieb tagħna li bl-għajnuna ta’ diversi kollaboraturi, kollha esperti f’dan is-suġġett, inkomplu nkabbru din it-taqsima tal-website.

Ara l-links fuq ix-xellug jew ikklikkja hawn