F'PAĠNI OĦRA

 

40 sena mid-dokument

GAUDIUM

ET

SPES

TAL-KONĊILJU VATIKAN II

Laqgħat f’Dar Nażaret kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00pm.

Dwar il-Gaudium et Spes

Dwar il-Laqgħat

Festa tal-Qaddisin Kollha u l-Għid ta’ l-Imwiet

Nhar it-Tlieta, 1 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika tiċċelebra is-solennità tal-Qaddisin kollha.  Il-Knisja tgħallem li l-qaddisin, mhumiex biss dawk li ġej kanoniżżati mill-Knisja u li allura sejħulhom bit-titolu San jew Santa, imma huma dawk il-mejtin kollha li qegħdin il-ġenna, jgawdu il-viżżjoni beatifika ta’ Alla.  Fost dawn hemm żgur għadd kbir ta’ persuni li matul ħajjithom kienu ħbieb jew qraba tagħna.

Hemm rabta kbira bejnna, il-membri tal-Knisja li għadna ħajjin, bejn il-qaddisin tal-ġenna u bejn l-erwieħ li hemm jissaffew fil-purgatorju. Din ir-rabta ġejja mill-fatt li aħna lkoll nagħmlu parti mill-Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja.

Matul l-ewwel żminijiet tal-Knisja, l-insara kollha kienu jissejħu qaddisin.

Għalkemm f’dan il-jum m’hemmx obbligu tas-smiegħ tal-quddies, madankollu aħna mħeġġin nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika (il-quddiesa)

Imbagħad l-Erbgħa, 2 ta’ Novembru huwa l-Għid ta’ l-Imwiet, li fih niftakkru iktar milli f’jiem oħra fl-erwieħ tal-mejtin.  Matul din il-ġurnata, il-quddies fil-knisja parrokkjali jibda’ fil-5.30am u jkun kull nofs siegħa sat-8.00am.  Imbaghad ikun hemm quddiesa oħra fis-6.00pm.


L-Ewwel Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI

Vatikan: Il-Papa Benedittu XVI temm jikteb l-ewwel enċiklika tiegħu f’dan il-pontifikat.         Sorsi qrib il-Vatikan qalu li din l-enċiklika hija mistennija fil-bidu ta’ Diċembru li ġej. L-istess sorsi tkellmu ma’ l-aġenzija Catholic News Service u qalu li l-enċiklika fiha madwar 46 paġna li jiffukaw fuq meditazzjoni spiritwali dwar l-imħabba u l-kelma t’Alla, u u kif dawn it-tnejn huma marbuta mal-persuna ta’ Kristu.

Ara aktar dettalji minn Karl Wright, RTK...


Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa

Tarxien, Ħadd, 30 Ottubru 2005: Il-bieraħ u llum, 100 tifel u tifla mill-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien irċevew is-Sagrament tal-Konfermazzjoni jew kif hu magħruf popolarment, il-Griżma tal-Isqof.

Il-bieraħ, kienu konfermati dawk it-tfal li kienu jattendu ċ-ċentri tad-duttrina ta’ Dar Nażaret u ta’ Simmons Avenue.  Illum kien imiss lit-tfal li kienu jattendu l-MUSEUM tas-subien u tal-bniet, kif ukoll iċ-ċentru tal-Agostinjani.

Kull nisrani jirċievi l-Ispirtu s-Santu fil-Magħmudija, imma bis-Sagrament tal-Griżma, aħna nġeddu personalment dawk il-wegħdiet li l-ġenituri u l-parriniet tagħna kien għamlu f’isimna dak in-nhar tal-Magħmudija.  Għalhekk hija xewqa tal-Knisja li s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni jkun amministrat meta in-nisrani jkun laħaq sewwa l-użu tar-raġuni b’mod li jkun jaf sewwa x’qed jirċievi.


Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali

Tarxien, 30 Ottubru 2005: Illum il-liturġija ċelebrata fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien fakkret il-konsagrazzjoni tal-knisja.  Il-konsagrazzjoni ta’ knisja tfisser li dan il-post ġie magħżul bħala post sagru għall-qima lil Alla u li għalhekk, kemm bl-imġieba u kif ukoll bl-ilbies tagħna għandna nuru r-rispett li hu mistħoqq post qaddis.


L-Arċisqof lura mis-Sinodu tal-Isqfijiet

Mdina: L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca irritorna lura Malta wara li ħa sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet li sar fil-Vatikan. 

Waqt is-sinodu, li kellu t-tema “L-Ewkaristija: għajn u quċċata tal-ħajja u tal-missjoni tal-Knisja.”, l-Arċisqof Mercieca tkellem dwar it-tifsir ta’ l-espressjoni “kult ewkaristiku” u spjega li din l-espressjoni tħaddan fiha l-atti ta’ venerazzjoni lejn l-Ewkaristija li jsiru barra l-Quddiesa, bħalma huma l-adorazzjoni Ewkaristika, il-Kwaranturi u l-festa ta’ Corpus, li fiha wieħed juri l-fidi tiegħu fid-divinta’ ta’ Ġesu’, Alla u bniedem, fil-ħobż u l-inbid konsagrati li jibqgħu wara t-Tqarbin u l-adorazzjoni.


Quddiesa mill-Arċisqof għall-Ħaddiema Mejtin

Valletta: Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca se jmexxi Quddiesa Konċelebrata b’suffraġju għall-ħaddiema li mietu fuq il-post tax-xogħol tagħhom, nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Novembru 2005, fil-KonKattidral ta’ San Ġwann, Valletta, fis-6.00 p.m.

Għall-Quddiesa huwa mistieden kulħadd, b’mod speċjali l-membri tal-familji tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar tliet snin, sħabhom ħaddiema, dawk li kienu jħaddmuhom u l-membri tal-unions tal-ħaddiema.

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

6 Novembru 2005

Il-32 Ħadd ta’ Matul is-Sena

"Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u anqas is-siegħa."


13 Novembru 2005

Il-33 Ħadd ta’ Matul is-Sena

"Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdalek ħafna: idħol fil-hena ta’ sidek."


20 Novembru 2005

Kristu Sultan

Il-34 Ħadd ta’ Matul is-Sena

"Tassew ngħidilkom, kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi."