|
Ix-xogħol fuq din il-website għadu
għaddej.
Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.
IL-PAPA
DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’
MAGĦNA, MULEJ"
Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa
tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra
Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum,
Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja.
| |
|

Għażiż Dun Karm,
Il-Komunità Parrokkjali ta’ Ħal
Tarxien, il-Kleru tal-Parroċċa,
il-membri tal-għaqdiet u l-familji tar-raħal tagħna
jirringrazzjawk tal-preżenza u l-ħidma bla waqfien
tiegħek għalina lkoll tul dawn id-disa’ snin li kont
Kappillan tagħna.
Filwaqt li nawgurawlek ħafna
għall-ħidma ġdida tiegħek, nitolbu ħafna għalik biex
il-Mulej jkompli jbierkek ħalli tkompli taħdem bil-qalb
fil-għalqa tiegħu u nitolbuk tiftakar dejjem fina
fit-talb tiegħek.
Marija Annunzjata,
Patruna tal-Parroċċa tagħna, tħarsek u tkompli twasslek
għand Binha, il-ferħ veru tagħna.
Awguri mill-qalb,
u mill-ġdid,
GRAZZI. |
 | |
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Ir-Raba' Ħadd ta’ Matul
is-Sena
30 ta’ Jannar 2005
Il-Fqar
fl-Ispirtu

Il-Ħames Ħadd ta’ Matul
is-Sena
6 ta’ Frar 2005
Melħ tal-Art u Dawl
tad-Dinja |
Adorazzjoni Ewkaristika
fil-Kappella ta' San Bert
Matul dawn l-aħħar ġimgħat,
il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit issir il-post fejn
diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’ skiet fil-preżenza
ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Il-Papa ħeġġeġ sabiex
matul din is-sena Ewkaristika, li bdiet f’Ottubru li għadda,
l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa, ssir impenn
partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”, kiteb
il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk
l-atti ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur
tagħna jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella qed tkun
miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn 6.30 u
d-9.00 ta’ filgħaxija.
Ġesù qiegħed jistiednek biex
tasal wasla int ukoll.
|