.

ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA TA’ SAN BERT – Mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.30 am sal-10.00 am u mis-6.30 pm sad-9.00 pm.  Sib int ukoll ftit ħin biex tinvista lil Ġesů Sagramentat.

AKTAR PAĠNI

Festi matul is-Sena

Siti Oħra Relatati

 

SPIRITWALITA’

Mill-Grotta ta' Lourdes

Qaddis tal-Jum

Liturġija tas-Siegħat

Ħsieb għal Matul il-Jum

 
    TBERIK TAL-FAMILJI

GĦAL ŻMIEN L-GĦID

 

Din is-sena, it-tberik tal-familji għal żmien l-Għid se jibda’ nhar it-Tnejn, 28 ta’ Marzu.  It-tberik jibda’ dejjem fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar. 

Ara l-programm tat-tberik.

 

DWAR IL-LITURĠIJA 

Qegħdin nagħtu bidu għal sezzjoni ġdida ta’ tagħrif dwar il-liturġija.  L-ewwel tliet artikoli li għandna f’din is-serje jittrattaw dwar is-Sena Liturġika u huma miktuba mil-Liturġista Dun Ġorġ Schembri.  Huwa ħsieb tagħna li bl-għajnuna ta’ diversi kollaboraturi, kollha esperti f’dan is-suġġett, inkomplu nkabbru din it-taqsima tal-website.

Ara l-links fuq ix-xellug jew ikklikkja hawn

 

 

 

 

 

 

   GĦAJNEJN ID-DINJA FUQ IL-PAPA

Ruma, Is-Sibt, 2 ta’ April 2005 – Matul il-jum tal-bieraħ, kif ukoll matul il-lejl li għadda, għajnejn id-dinja baqgħu imsammrin fuq dawn iż-żewġ twieqi tal-appartament privat tal-Papa, minn fejn Ġwanni Pawlu II tant ta messaġġi u tant bierek lill-popli matul is-sitta u għoxrin sena tal-pontifikat tiegħu.  Ma kienux biss il-kattoliċi u l-insara li jappartjenu għal denominazzjonijiet oħra imma kienu l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, li permzz tal-istazzjonijiet tal-media segwew mill-qrib, mhux b’kurżitŕ, imma b’sens ta’ rispett u qima, din l-agunija ta’ dan il-bniedem li anke meta sieket u mitluf mis-sensieh kompla, bil-mod tiegħu jxandar l-Evanġelju ta’ Kristu.

Il-bieraħ fil-għaxija, f’San Ġwann Lateran, li huwa l-katidral tal-Papa bħala Isqof ta’ Ruma, tqaddset quddiesa mill-Kardinal Camillo Ruini, quddiesa li kienet trasmessa dirett mad-dinja kollha minn bosta stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni. Kien saħansitra l-istess stazzjon magħruf Iżlamiku, Al Jazeera, li xandar live din il-quddiesa għal bżonnijiet tal-Papa.

Dalgħodu l-kundizzjoni tal-Papa għadha waħda gravi ħafna u jidher ċar li l-Qdusija Tiegħu issa qiegħed fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu.

Ningħaqdu aħna wkoll ma’ tant miljuni ta’ insara biex permezz tat-talb tagħna, mill-knejjes, minn djarna, mill-post tax-xogħol tagħna, mit-toror, mill-ħwienet u mill-isptarijiet, inkunu preżenti miegħu fl-appartament tiegħu fil-Vatikan, mhux fiżikament, imma spiritwalment biex nassistuh u nkunu solidali miegħu f’dan il-mument diffiċċli.


Bidu tal-Ħidma Pastorali ta’

DUN RENČ VELLA

bħala Kappillan

tal-Parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Tarxien

IL-ĦADD, 3 TA’ APRIL 2005

5.00pm

Il-Kappillan il-ġdid, Dun Renč Vella, akkumpanjat mill-Banda Marija Annunzjata, jitwassal nid-Dar Parrokkjali fi Triq il-Kbira sal-Knisja Parrokkjali.

5.30pm

Quddiesa konċelebrata li fiha Dun Renč Vella jingħata l-mandat ta’ Kappillan tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien mid-Delegat ta’ l-Arċisqof, Mons. Carmelo Zammit. 

Wara jsir riċeviment fis-Sala ewlenija ta’ Dar Nażaret, fi Triq it-Tamal, Ħal Tarxien.

MINĦABBA L-ISTAT TA’ SAĦĦET IL-PAPA MHUX SE SSIR IL-PARTI FEJN IL-BANDA TWASSAL LIL DUN RENE’ MID-DAR SAL-KNISJA.

  TISTA’ TGĦIN FIT-TYPING?

Bdejna naħdmu fuq biċċa xogħol ambizzjuża – dik li nwasslulkom il-qari kollu tal-Liturġija tas-Siegħat.  Imma ninħtieġu bosta għajnuna minn persuni li jistgħu jgħinu fix-xogħol tat-typing. Dan sintendi jista’ jsir mid-dar stess.  Minn lest joffri mill-ħin tiegħu biex inwettqu dan il-proġett kbr, mitlub jiktbilna fuq jf@interteklabs.com

 

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

It-Tieni Ħadd tal-Għid

3 April 2005

Aħna l-Familja ta’ Alla


ĦADD IL-ĦNIENA DIVINA

Fir-rivelazzjonijiet tiegħu lil Santa Fawstina tal-Ħniena Divina, Ġesů talab diversi drabi sabiex kull sena, fl-ewwel Ħadd fuq l-Għid il-Kbir, tibda tiġi ċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina.  Din il-festa li bdiet issir l-ewwel fil-Polonja, ġiet imdaħħla fil-Knisja Kattolika kollha mill-Papa Ġwanni Pawlu II nnifsu fl-okkażżjoni tal-kanonizazzjoni ta’ Santa Fawstina li saret fit-30 a’ April 2000.

Hekk kitbet din il-qaddisa “F’okkazjoni minnhom, smajt dawn il-kliem: ‘Binti, għid lid-dinja kollha dwar il-Ħniena Inkonċepibbli tiegħi.  Nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun ta’ refuġju u ta’ kenn għall-erwieħ kollha, speċjalment għall-midinbin.  F’dik il-ġurnata, il-fond tal-Ħniena tenera tiegħi jkun miftuħ. Minn hemm inferra oċejan sħiħ ta’ grazzji, fuq dawk l-erwieħ li jersqu lejn dan il-fonti tal-Ħniena tiegħi.’ “


It-Tnejn, 4 April 2005

Festa Liturġika

tat-Tħabbira tal-Mulej

Ħa Jsir Minni Skond Kelmtek