|
EMAIL
SIT
UFFIĊĊJALI TAL-PARROĊĊA MARIJA ANNUNZJATA – HAL TARXIEN |

ĦNIENA DIVINA
Ikklikkja
fuq l-istampa |
|
Katekeżi għall-Adulti
Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Ottubru se jerġa’
jibda l-kors ta’ Katekeżi għall-Adulti.
Is-suġġett trattat matul il-ġimgħat li
ġejjien se jkun id-dokument tal-Konċilju
Vatikan II, Gaudium et Spes, li jitratta
dwar il-Knisja fid-dinja tal-lum.
Din hija l-erbgħin sena mill-promulgazjoni
ta’ dan id-dokument importanti, iżda
minkejja li għadda tant żmien, il-kontenut
tiegħu għadu attwali għaż-żminijiet
tagħna.
Il-laqgħat se jsiru Dar Nażaret kull nhar
ta’ Tlieta, bejn is-6.45 u 8.00 ta’
fil-għaxija. |
|

|
TAF MIN HUMA L-LAJĊI NSARA?
"Morru intom ukoll fl-għalqa tiegħi tad-dwieli." |
|

Minkejja li l-maġġoranza tal-Maltin huma
mgħammdin u jistqarru li huma Kattoliċi, jidher li huma ħafna
dawk li m’humiex konxji xi tfisser li jkunu lajċi fil-Knisja, u
għalhekk m’għandhomx kuxjenza lajkali. Wisq probabbli li ssibhom
jidentifikaw il-missjoni tal-lajċi unikament mal-membri
tal-għaqdiet u movimenti u ma’ dawk li huma impenjati fil-Knisja;
ftit li xejn jafu li l-post proprju tal-missjoni tal-lajċi
m’hijiex is-sagristija u lanqas it-tempju, imma r-realtajiet
storiċi, f’dinja li dejjem tinbidel, u fil-ħajja ta’ kuljum. Bil-mod
kif jitkellmu u jaġixxu, jidher li ħafna f’pajjiżna għad iridu
jkunu jafu li l-vokazzjoni tal-lajċi titwieled fl-individwu mal-Magħmudija,
u li tiġi mirfuda mill-Ewkaristija u l-Konfermazzjoni; forsi
jaħsbu li tkun akkwistata f’xi tesserament ta’ xi grupp
ekkleżjali. M’humiex konxji
biżżejjed li l-lajċi huma n-nies tal-Knisja fil-qalba tad-dinja...u
nies tad-dinja fil-qalba tal-Knisja.
(Mid-Dokument tas-Sinodu Djoċesan dwar il-Lajċi Nsara, p 15.)
Ara d-Dokument Sħiħ. |
|
IĊ-ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA
FIŻ-ŻMINIJIET BIKRIN
Kitba,
tassew interessanti li fiha, l-istudjuż tal-Liturġija, Dun
Ġorġ Schembri, jagħti ħarsa lejn x’kienu l-fehmiet u l-kurrenti
tal-ħsieb dwar Iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika, u l-mod kif
kienet tiġi ċċelebrata matul l-Ewwel Erbgħa Sekli
tal-Kristjaneżmu. Huwa jeżamina r-rifernzi marbuta ma’ l-Ewkaristija,
fir-Rabta l-Ġdida, u fir-Rabta l-Qadima, mbagħad ukoll
ir-riferenzi f’kitbiet oħra taż-żminijiet bikrini.
Ara l-artiklu
kollu
OTTUBRU…XAHAR TAR-RUŻARJU

Din is-sena x-xahar ta’ Ottubru, maghruf fostna
l-Insara bhala ix-Xahar
tar-Ruzarju Mqaddes,
hu ferm importanti ghall-Knisja peress li matulu ser tintemm is-Sena
Ewkaristika mnedija mill-mibki izda qatt minsi Papa
Gwanni Pawlu II fis-17 ta’ Ottubru tas-sena li ghaddiet.
Madankollu ghandna wkoll zewg avvenamenti ohra ferm importanti
…is-Sibt, 15 ta’ Ottubru, il-Q.T. Benedittu XVI ser ikollu
laqgha ta’ Katekezi gewwa l-Vatikan ma’ dawk it-tfal, l-aktar
dawk li joqoghdu gewwa Ruma u fir-regjun ta’ Lazio, li rcevew
l-Ewwel Tqarbina matul din is-sena; u bhal kull sena, il-Hadd,
23 tax-xahar ghandna il-Gurnata
Missjunarja.
Ara
l-artiklu ta’ Harry Agius Ordway
Ir-Rużarju tal-Madonna bl-istampi u
redkordjat
IL-PAPA JŻUR TFAL FL-ISPTAR |
|

  |
Ruma, 30 Settembru 2005 –
Il-Papa Benedittu XVI illum żar lit-tfal li huma rikoverati
fl-isptar pedjatriku, Bambino Gesu f’Ruma. Waqt li
bierek lilhom u lill-ġenituri tagħhom, huwa assigurhom li huwa
qrib tagħħom spiritwalment.
L-isptar, li huwa tas-Santa
Sede, huwa magħruf internazjonalment kemm għall-kura medika
pedjatrika, kif ukoll bħala ċentru ta’ riċerka biomedika.
Wara li żar id-diversi
dipartimenti u tkellem mat-tfal u mal-familjari tagħhom,
Benedittu XVI daħal fis-sala fejn huwa sellem lill-president
tal-isptar, lill-membri tal-kumsill amministrattiv, lill-istaff
mediku u lill-awtoritajiet ċivili li kien hemm miġbura.
Il-President tal-Isptar
Francesco Silvano fakkar kif l-isptar Bambini Gesu, kien
twaqqaf fl-1869, b’att karitattivoli ta' familja nobbli, li xi
80 sena ilu huma irregalawh lill-papa ta’ dak iż-żmien, Piju XI.
Il-Papa Benedittu XVI qal li
biż-żjara tiegħu fl-isptar tat-tfal huwa xtaq ikun xhud
tal-imħabba li Ġesù għandu għat-tfal. Huwa kompla jgħid li
fil-persuna ta’ kull min qed isofri, b’mod speċjali jekk dawn
huma żgħar, hemm Ġesù li jilqagħna u li jistenna l-imħabba
tagħna.
Ritratti - Ħajr lill-Catholic
Press Photo ta’ Ruma |
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
|
|
Għal qari...
ikklikja fuq l-istampa

2 Ottibru 2005
Is-27
Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla
titieħed minn għandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha.”

9 Ottubru 2005
It-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena
“Ara, il-mejda tiegħi lesta u kollox lest;
ejjew għall-festa”

16 Ottubru 2005
Id-29
Ħadd ta’ Matul is-Sena
“Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u
lil Alla dak li hu ta’ Alla.”

23 Ottubru 2005
It-30
Ħadd ta’ Matul is-Sena
“Ħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek
kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu. Ħobb lil għajrek bħalek
innifsek.”

30 Ottubru 2005
Il-31
Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Il-kbir fostkom għandu jkun qaddej
tagħkom; min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.”
|
|