EMAIL          |          ARKIVJU          |

F'PAĠNI OĦRA

INDULGENZA PLENARJA FIL-KUNCIZZJONI

Vatikan: Il-Papa Benedittu XVI qed jagħti Indulġenza Plenarja għas-Solennita' ta' l-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Dicembru 2005). Id-Digriet jgħid li t-8 ta' Dicembru jimmarka l-40 sena minn meta l-Qaddej ta' Alla, l-Papa Pawlu VI, f’għeluq il-Konċilju Vatikan II iddedika tifħir kbir lill-Verġni Marija li, bħala Omm Kristu, hija Omm Alla u l-omm spiritwali tagħna lkoll.

“F’din is-Solennita’, il-Papa Benedittu XVI, waqt li jfaħħar pubblikament lil Marija Immakulata, minn qalbu jixtieq li l-Knisja kollha tingħaqad miegħu, sabiex dawk kollha li jemmnu, magħqudin f’isem l-Omm komuni, jissaħħu fil-fidi, jikbru fid-devozzjoni lejn Kristu, u jħobbu lil ħuthom billi jitħeġġu aktar fil-karita’. Minn dan – kif għallem b’tant għaqal il-Konċilju Vatikan II – jinbtu ħidmiet ta’ ħniena lejn dawk fil-bżonn, l-osservanza tal-ġustizzja, u d-difiża u t-tfittxija għall-paċi,” jgħid iid-digriet.

Għal din ir-raġuni, il-Papa kkonċeda d-don ta’ Indulġenza Plenarja bil-kundizzjonijiet normali tas-soltu: Qrara sagramentali, Tqarbina u talba skond l-intenzjoni tal-Papa. L-Indulġenza Plenarja tista’ tinkiseb minn dawk li, b’ruħ
meħlusa mir-rabta mad-dnub, fis-Solennita’ ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ din is-sena jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni liturġika f’ġieh il-Verġni Marija, jew
għallinqas joffru xiehda bil-miftuħ ta’ devozzjoni Marjana quddiem xbiha ta’ Marija Immakulata li tkun għall-qima tan-nies, waqt li jgħidu wkoll il-Missierna u l-Kredu u xi invokazzjoni lil Marija.

Dawk li minħabba mard jew raġuni oħra ġusta ma jistgħux joħorġu minn djarhom, jistgħu jiksbu l-Indulġenza Plenarja fi djarhom stess, jew fejn ikunu qegħdin, jekk jingħaqdu fl-ispirtu u x-xewqa tal-Papa f’talb lil Marija Immakulata, u jgħidu l-Missierna u l-Kredu. F’dawn il-każi, barra li jridu jkunu b’ruħ meħlusa minn kull forma ta’ dnub, il-persuni konċernati jrid ukoll ikollhom l-intenzjoni li josservaw ilkundizzjonijiet normali għall-Indulġenza Plenarja, l-iktar kmieni possibbli.


WARA L-ASSEMBLEA PARROKKJALI

Dar Nażaret: Nhar it-Tnejn, 28 ta’ Novembru, fis-Sala ta’ Dar Nażaret tlaqqet l-Assemblea Parrokkjali għas-sena 2005-2006.  Il-laqgħa, bit-tema, "Morru Intom Ukoll fl-Għalqa Tiegħi", kienet miftuħa għall-membri kollha tal-parroċċa ta’ Ħal Tarxien bdiet bit-talba liturġika tal-Għasar, u wara indirizz ta’ introduzzjoni mill-Kappillan Fr Renè Vella, ic-Chairpersin tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali qara rapport li fih kienet mogħtija ħarsa lejn il-ħidma li saret mill-Pjan Pastorali Parrokkjali 2005-2006, kif ukoll lejn dak li hu maħsub li jitwettaq matul is-sena d-dieħla.

Imbagħad dawk preżenti tqassmu f’ħames gruppi differenti, fejn kull grupp iddiskuta temi differenti – Familja, Formazzjoni, Liturġija, Solidarjetà u Spiritwalità Nisranija. Wara s-segretarji tal-gruppi qraw lill-Assemblea rapport dwar dak li kien diskuss fil-grupp tagħhom.

L-Assemblea intemmet b’indirizz tad-Delegat tal-Arċisqof għas-Segretarjat tal-Lajċi, il-Perit Joe Magro u bit-talba tat-tmiem.

Ara r-rapport li nqara waqt l-Assemblea

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

27 Novembru 2005

"U dak li qiegħed ngħid lilkom, qiegħed ngħidu għal kulħadd, ishru!”


It-Tieni Ħadd tal-Avvent

4 Diċembru 2005

"Hejju t-triq tal-Mulej."


It-Tielet Ħadd tal-Avvent

11 Diċembru 2005

"Wittu t-triq tal-Mulej.”


Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent

11 Diċembru 2005

"Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skond kelmtek!”