EMAIL                                                                                             SIT UFFIĊĊJALI TAL-PARROĊĊA MARIJA ANNUNZJATA – HAL TARXIEN

ĦNIENA DIVINA 

Ikklikkja fuq l-istampa

AKTAR PAĠNI

 Kaledarju Liturġiku 2005

SAN TUMAS MORE

"Immut bħala qaddej fidil tar-Re imma l-ewwel bħala qaddej ta’ Alla."

Tarxien, 3 Lulju 2005 -  Kien nhar is-6 ta’ Lulju 1535, eżattament 470 sena ilu, meta fit-Torri ta’ Londra kien miet martri l-Kanċillier Ingliż, Sir Tumas More.

Fl- 1525 il-Protestantiżmu kien beda jinxtered ma’ l-Ewropa kollha.Tumas kiteb ħafna kontra l-ideat ta’ Luteru u meta laħaq Kanċillier  beda jinforza l-liġijiet kontra l-eretiċi, għalkemm stqarr li kienu l-iżbalji ta’ l-istess eretiċi li ma kienx iħobb u mhux lill-persuni nfushom. Ftit xhur faqqghet il-proklamazzjoni biex il-kleru jagħraf lir-Re bħala l-Kap Suprem tal-Knisja.

Kien b’ruħu u ġismu kontra l-fehmiet  tar-Re dwar id-divorzju u t-tmexxija tal-Papa – affarijiet li tellfuh il-ħbiberija tar-Re u spiċċa biex irriżenja minn Kanċillier wara biss wieħed u tletin xahar.

F’Marzu 1534 ħareġ id-digriet tas-suċċessjoni (li għaraf lil Anne Boleyn bħala l-werrieta tat-tron). More dan ma aċċettahx u ġie mitfugħ fit-Torri  ta’ Londra. Għal darbtejn ġie jżżuru Cromwell fil-ħabs biex iħajru jaċċetta lir-Re bħala Kap tal-Knisja, imma Tumas More qallu li ma riedx jittradixxi l-kuxjenza tiegħu, akkost li jitlef ħajtu.  Ġie akkużat bi tradiment kontra l-Istat, ħaġa li hu ċaħad bil-qawwa kollha. Madankollu nstab ħati u ġie kkundannat għat-tgħalliq imma Neriku ordna li jaqtgħulu rasu.

Fl-għodwa tas-6 ta’ Lulju 1535, Tumas wasal fuq il-forka. F’ħin minnhom dar u qal lill-folla madwar il-forka li huma kienu xhieda li hu kien ser imut għall-Fidi fil-Knisja Kattolika. Imbagħad lissen l-aktar kliem famuż tiegħu: “I die the King’s good servant but God’s first” (Se mmut bħala qaddej fidil tar-Re imma l-ewwel bħala qaddej ta’ Alla). Wara dan niżel għarkubbtejh u beda jgħid il-kliem tas-Salm: “Ikollok ħniena minni, O Alla, fi tjubitek….

Ara l-artiklu kollu dwar San Tumas More miktub minn Harry Agius Ordway.


  ALLA BISS HUWA

SID IL-ĦAJJA

L-embrijoni umani ma jistgħux jiġu manipulati u m’għandu jsir ebda intervent fuqhom li jista’ jeqridhom jew jostakola l-iżvilupp naturali tagħhom.

Kurja tal-Arċisqof, 1 Lulju 2005 -  “Il-Knisja tħoss ħafna għall-koppji li, bla ebda tort tagħhom, ma jistgħux ikollhom ulied b’mod naturali. Tħoss u tbati magħhom.  Hija tisħaq li huwa dmir tas-soċjeta’ li, bil-mezzi kollha leġittimi, tgħin lil dawn il-koppji li jħossuhom qishom tonqoshom xi ħaġa f’ħajjithom.”

Hekk kitbu l-Isqfijiet Maltin fl-istqarrija tagħhom bit-titolu,”Il-Ħarsien tal-Ħajja tal-Bniedem sa mill-bidu nett tagħha.  Huma saħqu li Alla u Alla biss huwa sid il-ħajja u jagħti l-ħajja.

“Xi wħud”, tgħid l-istqarrija,  “forsi jaħsbu li għandhom ‘dritt’ għal tarbija, ċioe’ il-‘jedd’ li jkollhom l-ulied. Madankollu, il-Knisja hija fid-dover li tfakkarna li l-ulied qatt ma huma ‘dritt’ għaliex kull persuna li titnissel hija don gratuwitu minn Alla.”

Huma komplew li wieħed irid jikkura u jħares il-ħajja mill-bidu tal-konċepiment u ta’ l-ewwel żvilupp embrijonali tiegħu. Matul dan iż-żmien, il-ħajja hija aktar debboli u tiddependi minn ħaddieħor, u għalhekk teħtieġ attenzjoni u premura akbar. Il-ħajja tal-bniedem, mill-bidunett tat-tnissil sal-mewt naturali tagħha, għandha titqies bħala ħaġa sagra u għandha d-dritt li tiġi mħarsa minn kulħadd. Minn hawn joħroġ ukoll id-dmir li l-embrijoni umani ma jistgħux jiġu manipulati u m’għandu jsir ebda intervent fuqhom li jista’ jeqridhom jew jostakola l-iżvilupp naturali tagħhom.

Aqra t-test sħih tal-Istqarrija tal-Isqfijiet.

Kif diġa ħabbarna xi jiem ilu, qegħdin naħdmu fuq Kalendarju Liturġiku li fih ikun hemm ġurnata b’ġurnata il-qari tal-quddiesa ta’ kuljum, il-liturġija tas-sigħat, il-qaddis/a tal-jum, u ħsieb qasir għal matul il-ġurnata. 

Dan huwa proġett li jirrikjedi ħafna xogħol u għalhekk nisperaw li nkunu nistgħu nibdew dan is-servizz mill-iktar fis possibli. Għalhekk minn żmien għal żmien ikklikkja fuq l-istampa tal-Kalendarju ta’ hawn fuq biex tiċċekja x’ikun sar.


LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

3 ta' Lulju 2005

L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena


ADORAZJONI EWKARISTIKA KULJUM F'SAN BERT

Nixtiequ nfakkru li l-Kappella ta’ San Bert, fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien, qegħda tkun miftuħa kuljum mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6:30 u 10:00 ta’ fil-għodu u bejn is-6:30 u 9:00 ta’ fil-għaxija għal qima lil Ġesù Ewkaristija u talb privat.

Kulħadd huwa mħeġġeġ li jsib ftit ħin kuljum biex jgħaddih fis-skiet ma’ Ġesù Sagramentat.