EMAIL LILL-KAPPILLAN                                                                                                                             GĦAL DIN IL-PAĠNA GĦANDEK BŻONN IL-JAVA

  SIT UFFICCJALI TAL-PARROCCA MARIJA ANNUNZJATA - TARXIEN

FITTEX F’PAĠNI OĦRA

 
 
 
 
 

Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej. Xi links li jidhru f’din il-paġna għadhom mhumiex attivi u ta’ dan nitolbu skuża. Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.

SPIRITWALITA'

 
 
 
 
 
 
IL-MIXJA TAL-FIDI GĦALL-ASSEMBLEA TAL-ĦADD

KATEKEŻI ADULTA

Biblika-Liturġika-Soċjali

SENA A

SAN MATTEW

 

L-AVVENT – BIDU TAS-SENA LITURĠIKA

Żmien l-Avvent jimmarka għall-Knisja, il-bidu tas-Sena Liturġika.  Jibda s-Sibt filgħaxija  tal-Ħadd qrib it-30 ta’ Novembru; din is-sena jaħbat is-27 u t-28 ta’ Novembru.

Il-kelma Avvent tfisser Miġja, għaliex dan huwa żmien li matulu niftakru, niċċelebraw u nġeddu fostna, l-miġja tal-Mulej.  Huwa żmien li fih aħna l-insara nqiegħdu ruħna bħal nies li kollhom tama, qegħdin jistennew lill-Feddej ta’ ħajjithom.

L-Avvent fih bejn wieħed u ieħor erba’ ġimgħat.  L-aħħar jiem, bejn is-17 u l-24 huma jiem speċjali li fihom issir l-aħħar tħejjija qabel il-festa.  Iżda hija ħasra li f’dawn il-ġranet, tant nintilfu fi ħwejjeġ materjali li spiss ninsew il-veru tifsira tal-festa li qed toqrob.

Id-dawl tal-girlanda jirraprezenta lil Kristu, id-dawl tad-dinja.  Il-lewn vjola huwa simbola taċ-ċaħda, li f’dan iż-żmien hija meħtieġa aktar mis-soltu.  Fil-liturġija tat-tielet Ħadd, jista’ jintuża r-roża minflok il-vjola – sinjal ta’ ferħ għall-festa li hija riesqa.

Il-girlanda 

tal-Avvent

Inħejju l-imsiebaħ tagħna sakemm jasal l-għarus, Kristu l-Mulej, id-Dawl Tassew.

Ara l-Qari tal-Liturġija tal-Ħadd >>

URI LILNA, MULEJ, IT-TJIEBA TIEGHEK U S-SALVAZZJONI TIEGHEK AGHTINA........mill-vers ta' l-Hallelujah ta' l-Ewwel Hadd

Inkarigu ġdid għall-Kappillan 

DUN KARM MERCIECA

Eżattament f’għeluq id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Sadanittant minkejja diversi spekulazjonijiet, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa.


Ħsieb dwar il-Lituġija tal-Ħadd

Mill-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, jiġifieri nhar it-28 ta’ Novembru, se jibda jkollna fuq din il-website ħsieb qasir dwar il-qari tal-quddiesa.  Għalhekk inti mħeġġeg sabiex fi ftit jiem oħra tfittex din il-website għal dan is-servizz ġdid li se jibda’ jkun mogħti. 

Sadanittant għamilna paġna bil-qari tal-Liturġija tal-Ħadd kif ukoll link fejn jinsab il-qari tal-quddiesa ta’ kuljum.  Din ta’ l-aħħar hi bl-Ingliż.  Forsi jasal żmien meta nkunu nistgħu noffruha bil-Malti wkoll.

Nittamaw li jservu ta’ gid.


Reliġjon Livell Avvanzat

Il-parroċċa qed torganiżża kors tar-Reliġjon li  jitmexxa fuq is-sillabu li hemm għall-eżami fil-livell avvanzat ta' dan is-suġġett.  

Għalkemm il-kors huwa immirat l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005, madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.   

Aktar informazzjoni minn għand il-Kappillan fuq 21828153 jew lil Joe Farrugia fuq 79801385.


Ħsieb żgħir għal kuljum ...

 

Spiss jiġri li tgħaddi ġurnata wara l-oħra bla ma qatt nieqfu ftit mumenti biex naħsbu.  Insiru qisna magna, li taħdem bla ma taf għaliex. Qatt ġralek hekk?

Bi ħsieb zgħir kuljum, nixtiequ nkunu ta’ għajnuna biex jiena u int ma nsirux magna.

IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

Katekeżi ma’ l-Adulti

Laqgħat kull nhar ta’ Tlieta, f’Dar Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden ukoll. Narawk.

Adorazzjoni Ewkaristika f'San Bert

Fil-bidu tas-Sena ta’ l-Ewkaristija, il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien qegħda tati bidu għal Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella ta’ San Bert, li qegħda fi Triq il-Kbira, maġenb l-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Kappella se tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn is-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija.

Intenzzjoni tal-Papa matul Novembru

Nitolbu sabiex l-insara, irġiel u nisa li għarfu l-vokazzjoni li hija tagħhom fil-Knisja, iwieġbu b’ġenerożitá għas-sejħa ta’ Alla  sabiex ifittxu l-qdusija f’ħajjithom.