KATEKEŻI ADULTIAVVIŻI PARROKKJALIKORS TAR-RELIĠJONDOKUMENTI TAL-KNISJASINODU DJOĊESAN

UFFIĊĊJU PARROKKJALIIL-PJAN PASTORALIFESTI FIS-SENA 2005ĦINIJIET TAL-QUDDIESSITI OĦRA

SPIRITWALITÀ

KAPPELLA LIVE

TALB GĦAL KULJUM

ITLOB MAL-PAPA

OFFERTA TA' KULJUM

RUŻARJU MA’ MARIJA

QADDIS TAL-JUM

QUDDIESA TA' KULJUM

LITURĠIJA TAL-ĦADD

LITURĠIJA TAS-SIGĦAT

ĦSIEB TAL-JUM

L-ISBAĦ    AWGURI

 

GĦAS-SENA

 2005

“Nawguralkom li matul din is-sena li se tibda jkollkom dejjem f’moħħkom, f’qalbkom u fuq fommkom il-kelma... ĠESÙ

 Il-Kappillan Dun Karm Mercieca

fil-quddiesa ta’ l-aħħar tas-sena.

SUĠĠERIMENTI

Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej. Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.


Inkarigu ġdid għall-

Kappillan 

DUN KARM MERCIECA

Eżattament f’għeluq id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Minkejja li għaddew  diversi ġimgħat, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa.

ARA AKTAR DETTALJI

 


IRBAĦ IL-ĦAŻEN BIT-TAJJEB

MESSAĠĠ TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU GĦAL JUM IL-PAĊI

Fil-bidu ta’ Sena Gdida, jiena għal darb’oħra nindirizza l-mexxejja tan-nazzjonijiet u l-bnedmin kollha, irgiel u nisa ta’ rieda tajba, li jagħrfu l-bżonn li jibnu l-paci fid-dinja. Bħala tema għal dan il-Jum Dinji għall-Paci 2005, jien għażilt il-kliem ta’ San Pawl fl-Ittra lir-Rumani: “Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb” (12:21). Il-ħażen qatt ma jintrebaħ bil-ħażen; ladarba tingħażel dik it-triq, minflok ma tirbaħ il-ħażen, wieħed jintrebaħ mill-ħażen.

  • Il-paci hija ġid li jitkabbar bil-ġid....

  • Il-ħażen huwa ċ-ċaħda traġika ta’ dak li titlob l-imħabba....

  • Il-vjolenza hija ħażen inaċċettabli li qatt ma ssolvi l-problemi....

  • Il-vjolenza hija gidba li tmur kontra l-verità tal-fidi....

  • Għalkemm il-misteru tal-ħażen huwa preżenti u attiv fid-dinja, iżda l-umanità mifdija hija kapaċi tirreżistih....

  • Meta t-tajjeb jirbaħ il-ħażen, ssaltan l-imħabba u fejn issaltan l-imħabba ssaltan il-paċi....

ARA L-MESSAĠĠ SĦIĦ


IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

L-ITTRA TAL-PAPA

 


LEZZJONIJIET TAR-RELIĠJON

Il-laqgħa li jmiss fil-kors tar-Reliġjon għall-eżami tal-livel avvanzat se tkun nhar it-Tnejn, 3 ta’ Jannar fis-6.30pm f’Dar Nażaret.

KATEKEŻI ADULTI

Il-laqgħa li jmiss tal-Katekeżi ma’ l-Adulti se tkun nhar it-Tlieta, 4 ta’ Jannar 2005 fit-6:30pm f’Dar Nażaret, Hal Tarxien. Kulħadd huwa mistieden jattendi. F’din il-website, tista’ ssib noti dwar il-laqgħat kollha li saru s’issa.

ARA AKTAR DETTALJI

 


Intenzzjoni tal-Papa matul Diċembru

Matul Diċembru nitolbu mal-Papa sabiex it-tfal jkun meqjusa bħala rigal prezzjuż ta’ Alla, biex jiġu mogħtijja r-rispett mistħoqq u jkunu mifhuma u maħbuba.

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Solennità tal-Verġni Marija, Omma Alla

 1 Jannar 2005

 


 

L-Epifanija tal-Mulej

2 ta' Jannar 2005

 


Adorazzjoni Ewkaristika

fil-Kappella ta' San Bert

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit issir il-post fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’ skiet fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.

Il-Papa ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li bdiet f’Ottubru li għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa, ssir impenn partikolari ta’ kull parroċċa.  “Ejjew insibu l-ħin”, kiteb il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk l-atti ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur tagħna jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”

Il-kappella qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta filgħodu u bejn 6.30 u d-9.00 ta filgħaxija.

Ġesù qiegħed jistiednek biex tasal wasla int ukoll.