KATEKEŻI ADULTIAVVIŻI PARROKKJALIKORS TAR-RELIĠJONDOKUMENTI TAL-KNISJA

SINODU DJOĊESANUFFIĊĊJU PARROKKJALIIL-PJAN PASTORALIFESTI FIS-SENA 2005ĦINIJIET TAL-QUDDIES

STORJA TAL-PARROĊĊAARKIVJI TAL-WEBSITESITI OĦRA

SPIRITWALITÀ

KAPPELLA LIVE

TALB GĦAL KULJUM

ITLOB MAL-PAPA

OFFERTA TA' KULJUM

RUŻARJU MA’ MARIJA

QADDIS TAL-JUM

QUDDIESA TA' KULJUM

LITURĠIJA TAL-ĦADD

LITURĠIJA TAS-SIGĦAT

ĦSIEB TAL-JUM

SUĠĠERIMENTI

Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej. Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.


MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦAR-RANDAN

Tħobb il-Mulej .... din hija l-ħajja tiegħek u t-tul ta’ jiemek. 

 "Matul dan ir-Randan nixtieq nistedinkom għar-riflessjoni dwar dan is-suġġett, sabiex ninżlu fil-fond fl-għarfien tar-rwol li l-anzjani huma msejħa jwettqu fis-soċjeta’ u fil-Knisja."

Ara l-Messaġġ kollu


DUN KARM MERCIECA JIBDA’ L-ĦIDMA TIEGĦU FIL-MELLIEĦA

Wara li nhar it-Tnejn, 31 ta’ Jannar, li għadda Dun Karm Mercieca laqqa’ għall-aħħar darba l-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, laqgħa li matulha huwa introduċa lil Kappillan il-Ġdid, Dun Renè Vella lill-membri preżenti, huwa din il-ġimgħa stess ta bidu għall-ħidma pastorali tiegħu fil-Mellieħa. Nawgurawlu u nitolbu għalih.


IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

L-ITTRA TAL-PAPA

 

TAGĦKOM – GĦALIKOM - MAGĦKOM

MESSAĠĠ MILL-KAPPILLAN IL-ĠDID

Dan l-ewwel messaġġ tiegħi lilkom, għeżież Tarxiniżi, qed niktibulkom f'mument privileġġjat fil-ħajja tal-Knisja f'pajjiżna: wara konsultazzjoni ma' numru kbir ta' nies, diskussjonijiet fit-tul, u approvazzjoni tad-dokumenti bħala frott ta' dawn, issa qegħdin fil-fażi tat-twettieq tas-Sinodu Djoċesan. Diġà kull parroċċa, inkluża dik tagħna, fasslet pjan pastorali għas-sentejn li ġejjin. Issa jmiss li lkoll kemm aħna nxammru l-kmiem biex is-suġġerimenti li saru minnkom u f'isimkom nibdew narawhom jieħdu l-ħajja għall-ġid ta' kulħadd.

Quddiem dan kollu, responsabbiltà partikulari taqa' fuqi bħala kappillan; kappillan TAGĦKOM, għaliex huwa mingħand l-Arċisqof li jien irċevejt dan il-mandat; kappillan GĦALIKOM, għaliex bħas-saċerdoti l-oħra fil-parroċċa nixtieq inkun qrib ta' min hu żgħir u ta' min hu kbir, ta' min jiflaħ u ta' min ma jiflaħx, ta' min iħoss ħafna entużjażmu u ta' min imtela bil-qrusa, ta' min dejjem fuq quddiem u ta' min dejjem fuq wara; kappillan MAGĦKOM, għaliex nemmen bis-sħiħ li l-komunità parrokkjali tinbena bis-sehem ta' tant persuni li t-talenti u l-kariżmi tagħhom joħorġuhom għad-dawl. Hawnhekk ma nistax ma niħux l-okkażjoni biex nuri l-apprezzament tiegħi għall-ħidma tal-kappillani li mexxew din il-parroċċa, u mhux inqas lil Dun Karm Mercieca, li għal dawn l-aħħar disa' snin kien ir-ragħaj li b'dedikazzjoni mhux żgħira mexxa l-komunità parrokkjali ta' Ħal Tarxien.

B'dawn is-sentimenti nwasslilkom din l-ewwel kelma tiegħi. Nittama li fis-snin li ġejjin jien inkun ta' servizz għal kull wieħed u għal kull waħda minnkom biex flimkien inkomplu ninbnew f'komunità li togħġob lill-Mulej u lil Marija.

Fr Renè Vella

Kappillan


IL-PAPA QIEGĦED L-ISPTAR

Frar, 2, 2005 - Il-Papa Ġwanni Pawlu II għadda lejl ta’ mistrieħ fil-poliklinika Ġemelli ġewwa Ruma, fejn il-bieraħ stess kien meħud b’urġenza minħabba diffikultajiet respiratorji. Il-ġimgħa li għaddiet, il-papa, li llum għandu 84 sena, kellu jħassar l-udjenza ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgħa minħabba problemi intestinali, waqt li t-Tnejn, 31 ta’ Jannar ikkanċella l-appuntamenti kollha tiegħu minħabba dak li l-Vatikan iddeskriva bħala ‘attakk ħafif ta’ influwenza’.

Il-Ħadd li għadda, il-Papa, flimkien ma’ tifel u tifla, tajjar żewġ ħammimiet bojod mit-tieqa tal-appartament tiegħu bħala sinjal ta’ paċi lid-dinja.

Din mhix l-ewwel darba li Ġwanni Pawlu II kien rikoverat fil-klinika Ġemelli. F’Mejju tal-1981 huwa kien ittieħed l-isptar wara attentat fuq ħajtu fi sparatura li seħħet fi Pjazza San Pietru.  Min dak in-nhar sal-lum huwa ttieħed l-isptar f’ta l-inqas sitt okkażżjonijiet oħra.

Il-kattoliċi huma mħeġga biex fit-talb tagħhom jiftakru kontinwament fil-Papa Ġwanni Pawlu II, għaliex bħala mexxej tal-Knisja, huwa wkoll il-Missier Spiritwali tagħna lkoll.


Adorazzjoni Ewkaristika f'San Bert

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit issir il-post fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’ skiet fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.

Il-Papa ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li bdiet f’Ottubru li għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa, ssir impenn partikolari ta’ kull parroċċa.  “Ejjew insibu l-ħin”, kiteb il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk l-atti ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur tagħna jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”

Il-kappella qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta filgħodu u bejn 6.30 u d-9.00 ta filgħaxija.

Ġesù qiegħed jistiednek biex tasal wasla int ukoll.

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Il-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena

6 ta’ Frar 2005

Melħ tal-Art u Dawl tad-Dinja

Ara l-Qari tal-Quddiesa


Ras ir-Randan

L-Erbgħa, 9 ta’ Frar

F’dan l-ewwel jum tar-Randan aħna obbligati għas-sawm u l-astinenza mil-laħam. Fil-quddies isir it-tberik u tqegħid ta’ l-irmied bħala sinjal ta’ ndiema.

Ara l-Qari tal-Quddiesa


Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl

Il-Ħamis, 10 ta’ Frar

Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.  In-nies tagħha ġiebu ruħħom magħna bi ħlewwa liema bħalha.

Ara l-Qari tal-Quddiesa


L-Ewwel Ħadd tar-Randan

13 Frar 2005

Il-Falliment tal-Bniedem:

Id-Dnub

Ara l-Qari tal-Quddiesa