5  April 2005

ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA TA’ SAN BERT – Mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.30 am sal-10.00 am u mis-6.30 pm sad-9.00 pm.  Sib int ukoll ftit ħin biex tinvista lil Ġesù Sagramentat.

AKTAR PAĠNI

Festi matul is-Sena

Siti Oħra Relatati

 

SPIRITWALITA’

Mill-Grotta ta' Lourdes

Qaddis tal-Jum

Liturġija tas-Siegħat

Ħsieb għal Matul il-Jum

 
   

 ENĊIKLIĊI TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Ara l-Enċikliċi bl-Ingliż billi tiklikkja fuq l-isem.

Ecclesia de Eucharistia

(17 April 2003)

Fides et Ratio

(14 Settembru 1998)

Ut Unum Sint

(25 Mejju 1995)

Evangelium Vitae

(25 Marzu 1995)

Veritats Splendor

(6 Awissu 1993)

Centesimus Annus

(1 Mejju 1991)

Redemptoris Missio

(7 Diċembru 1990)

Sollicitudo Rei Socialis

(30 Diċembru 1987)

Redemptoris Mater

(25 Marzu 1987)

Dominum et Vivificantem

(18 Mejju 1986)

Slavorum Apostoli

(2 Ġunju 1985)

Laborem Exercens

(14 Settembru 1981)

Dives in Misericordia

(30 Novembru 1980)

Redemptor Hominis

(4 Marzu 1979)

 

 

IL-WIRT TAL-PAPA

"IFTĦU BERAĦ IL-BIBIEN GĦAL KRISTU"

Il-kadavru tal-Papa Ġwanni Pawlu II, li qed  jiwassal mill-appartament tiegħu sal-Bażilika ta’ San Pietru.

Ritratt mis-sit http://www.tgcom.it

 

 

Ħmistax-il sena ilu, fil-Knisja tar-Rabat, Malta, il-Papa jidher bil-qegħda fuq l-aħħar bank tal-knisja, miġbur fit-talb.

Ritratt minn-kartolina tal-Kolleġjata ta’

San Pawl, Rabat.

Wirt il-Papa huwa l-kelma tiegħu, it-tagħlim li ħallilna, il-messaġġi u t-tagħlim li kiteb fl-enċikliċi, kotba, u dokumenti oħra, id-diskorsi li għamel fl-udjenzi u l-vjaġġi tiegħu.

Il-wirt tal-Papa qassamulna tul is-sitta u għoxrin sena tal-pontifikat tiegħu. Qassamulna mit-tieqa tal-appartament tiegħu minn fejn kien ikellem lil dawk miġbura fi pjazza San Pietru. Qassamulna minn fuq it-televiżżjoni u minn fuq il-meżżi l-oħra tal-media li huwa kien tant sar popolari magħhom, anke meta uża kliem li ma daqqilhomx.  Qassamulna meta ġie jżurna, kif spiss kien imur iżur lill-popli l-oħra tad-dinja.  Qassamulna miċ-ċella tal-ħabs, fejn mar iżur lil dak li sparalu biex joqtlu.  Qassamulna mit-tieqa tal-isptar fejn diversi drabi kien rikoverat għal kura.  Qassamulna mis-sodda tal-mewt, minn fejn sa l-aħħar nifs baqa’ jxandar l-Evanġelju tat-Tbatija.  Għadu jqassamulna saħansitra llum, wara mewtu bil-memorji sbieħ li ħallilna warajh.

Dan huwa l-wirt li ħalla warajh Ġwanni Pawlu II. – wirt li spiss tul il-pontifikat tiegħu huwa ġabru f’sentenza waħda – IFTĦU BERAĦ IL-BIBIEN GĦAL KRISTU.

Sadanitant il-Vatikan ħabbar li l-funeral tal-Papa se jsir nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ April fil-Bażilika ta’ San Pietru u Ġwanni Pawlu II se jindifen fil-post fejn qabel kien hemm midfun il-Beatu Ġwanni XXIII.


IL-PUSSESS TA’ DUN RENÈ VELLA BĦALA KAPPILLAN TA’ ĦAL TARXIEN

TAGĦKOM – GĦALIKOM - MAGĦKOM

Il-Ħadd, 3 April 2005 – Illum saret iċ-ċerimonja li matulha Dun Renè Vella ġie mogħti l-pussess bħala l-Kappillan il-ġdid tal-paroċċa ta’ Ħal Tarxien.  Matul il-quddiesa li kienet preseduta mid-Delagat tal-Arċisqof, Monsinjur Carmelo Zammit, u konċelebrata minn Dun Renè nnifsu u għadd kbir ta’ saċerdoti oħra, l-ewwel ġie moqri d-digriet tal-ħatra u iktar tard matul iċ-ċerominja Dun Renè ġie mogħti l-muftieħ tal-Knisja, ġest simboliku li jfisser l-awtorità li huwa għandu bħala kappillan.

Il-kappillan il-ġdid mar fetaħ it-tabernaklu u għamel ħin jitlob quddiem Ġesù fl-Ewkaristija ġhaliex huwa minn hemm li jrid jikseb il-qawwa tiegħu u huwa propju id-dmir u d-dritt tiegħu li jiċċelebra L-Ewkaristija lilk-komunità parrokkjali.  Imbagħad b’ġesti simboliċi oħra huwa daħal fil-konfessjonarju kif ukoll mar idoqq ftit tokki mill-qanpiena il-kbira tal-Knisja, għaliex f’idejħ issa huma fdat l-inkarigu li jsejjaħ lin-nies għal-kelma ta’ Alla u ċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti.

Fi tmiem iċ-ċerimonja, sar riċeviment sempliċi fis-sala ta’ Dar Nażaret fejn kull min kien preżenti kellu ċ-ċans li jkellem lil Dun Renè u jawguralu fil-ħatra ġdida tiegħu.  Minħabba l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, l-akkumpanjament ta’ Dun Renè mid-dar sal-Knisja bil-banda ma sarx.


TBERIK TAL-FAMILJI GĦAL ŻMIEN L-GĦID 

Din is-sena, it-tberik tal-familji għal żmien l-Għid se jibda’ nhar it-Tnejn, 28 ta’ Marzu.  It-tberik jibda’ dejjem fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar. 

Ara l-programm tat-tberik.

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

It-Tielet Ħadd tal-Għid

10 April 2005

Għarfuh fil-qsim tal-ħobż


ĦADD IL-ĦNIENA DIVINA

3 April 2005

Fir-rivelazzjonijiet tiegħu lil Santa Fawstina tal-Ħniena Divina, Ġesù talab diversi drabi sabiex kull sena, fl-ewwel Ħadd fuq l-Għid il-Kbir, tibda tiġi ċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina.  Din il-festa li bdiet issir l-ewwel fil-Polonja, ġiet imdaħħla fil-Knisja Kattolika kollha mill-Papa Ġwanni Pawlu II nnifsu fl-okkażżjoni tal-kanonizazzjoni ta’ Santa Fawstina li saret fit-30 a’ April 2000.

Hekk kitbet din il-qaddisa “F’okkazjoni minnhom, smajt dawn il-kliem: ‘Binti, għid lid-dinja kollha dwar il-Ħniena Inkonċepibbli tiegħi.  Nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun ta’ refuġju u ta’ kenn għall-erwieħ kollha, speċjalment għall-midinbin.  F’dik il-ġurnata, il-fond tal-Ħniena tenera tiegħi jkun miftuħ. Minn hemm inferra oċejan sħiħ ta’ grazzji, fuq dawk l-erwieħ li jersqu lejn dan il-fonti tal-Ħniena tiegħi.’ “


It-Tnejn, 4 April 2005

Festa Liturġika

tat-Tħabbira tal-Mulej

Ħa Jsir Minni Skond Kelmtek